English

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bil-kollaborazzjoni ta’ Spiritual Development in Schools, ser torganizza ħdax-il sessjonijiet ta’ programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba Nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal minn 8 sa 10 snin.

Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ippubblikat ġdid bl-isem ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, ser isiru fi spazji barra f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Dawn l-istejjer jistgħu jservu ta’ opportunità biex it-tfal jitħarrġu fil-qari, fil-kitba kreattiva kif ukoll f’attivitajiet immaġinattivi u riflessivi ta’ talb.

Waqt kull sessjoni ta’ qari, it-tfal ser jingħataw riżorsi bil-Malti u l-Ingliż biex jesprimu ruħhom.
L-ewwel storja bl-isem ‘Il-Luzzu tan-Nannu’ ser tiġi organizzata nhar il-21 ta’ Ġunju 2023 fil-villaġġ tas-sajjieda, Marsaxlokk.

Min jixtieq jieħu sehem f’din l-attività għandu jimla l-formola online.

L-applikazzjoni online trid tintbagħat sa nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2023. Jekk ikun hemm wisq applikanti, jintgħażlu dawk li jkunu applikaw l-ewwel.

Min ikun jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel 2598 3326 jew jibgħat ittra elettronika lil
[email protected] jew [email protected]

It-tieni attività ser issir nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru 2023.

English