English

Għan: Biex ngħinu lill-istudenti jifhmu li bħala Insara jeħtieġ li nkunu impenjati li nieħdu ħsieb il-fidi tagħna u nrawmu valuri morali tajbin bħalma bidwi jikkultiva u jieħu ħsieb l-għelieqi. L-istudenti dejjem jitgħallmu modi kif jagħmlu dan.

Merħba

Bonġu lil kulħadd! Is-sena t-tajba u nilqgħukom lura l-iskola. Ejjew nagħtu tgħanniqa lil xulxin waqt li ngħidu kemm hu sabiħ li rġajna lura u kemm hu sabiħ li qed naraw mill-ġdid lil xulxin. Ejjew nkunu grati li nkunu preżenti wieħed għall-ieħor.

Ejjew nitkellmu naqra fuq il-bdiewa:

  • Għaliex il-bidwi jsaqqi l-għelieqi tiegħu? (jekk il-pjanti ma ssaqqihomx, dawn imutu.)
  • Kemm-il darba l-bidwi jsaqqi l-pjanti tiegħu? (ħafna drabi, anki kuljum ġieli.)

Riflessjoni

Il-bidwi jeħtieġ isaqqi l-pjanti tiegħu kuljum speċjalment fis-sajf meta tkun ħafna sħana. Eżatt bħalma bidwi jieħu ħsieb il-pjanti tiegħu, aħna wkoll jeħtieġ nieħdu ħsieb tagħna nfusna kuljum, bħal meta nieklu ikel bnin, nixorbu ħafna ilma, norqdu biżżejjed, nilagħbu u nieħdu gost u nitgħallmu – l-ħwejjeġ kollha li jeħtieġ nagħmlu kuljum. Għaliex nagħmlu dan kollu? (Biex ngħixu ħajja kuntenta u b’saħħitha.)

U xi ngħidu dwar il-ħbieb fil-klassi? Nitbissmulhom, ngħidulhom affarijiet sbieħ jew ngħinuhom darba biss? Le, jeħtieġ nagħmlu hekk kuljum, anki meta ma jkollniex aptit.

Għandna nkunu ġentili ma’ xulxin kuljum. Dan jgħinna nagħmlu n-nies ta’ madwarna ferħana, u dan jagħmel lilna ferħana wkoll.

U xi ngħidu dwar dawk it-tfal li ma tantx nafu? Għandna nkunu ġentili mat-tfal kollha tal-klassi, anki ma’ dawk li ma nafuhomx u dawk li ma jogħġbuniex. Dan ifisser tkun impenjat li tħobb.

Kanzunetta: Peace Like A River

Talba

O Alla, grazzi talli ġbartna flimkien fil-bidu ta’ din is-sena ġdida. Għallimna nkunu ġentili ma’ xulxin kuljum u mhux biss meta jkollna aptit. Grazzi għall-ferħ li naqilgħu meta nkunu twajba mal-oħrajn. Ammen

Għan: Sabiex ngħinu l-istudenti jifhmu li bħala Nsara jeħtiġielna li nkunu impenjati li nieħdu ħsieb il-fidi tagħna u li nrawmu valuri morali sodi bħalma bidwi jħaddem l-għelieqi tiegħu u jieħu ħsiebhom. L-istudenti jitgħallmu modi kif jagħmlu dan.

Merħba

Bonġu lil kulħadd! Is-sena t-tajba u nilqgħukom lura l-iskola. Nittama li lkoll gawdejtu l-vaganzi tal-Milied.

It-tema ta’ dax-xahar hija: ‘Niżirgħu t-Tama – Nimpenjaw rwieħna.’ Immaġina bidwi jipprepara l-għelieqi tiegħu. Jiżra’ żrieragħ, jieħu ħsiebhom, jneħħi l-ħaxix selvaġġ, u jistenna bis-sabar li jikbru.

Riflessjoni

Dan jixbaħ ħafna bħalma meta aħna nimpenjaw rwieħna biex noħolqu dinja aħjar. Jeħtieġ li nibdew b’azzjonijiet ta’ tjubija, ta’ altruiżmu, naħfru u nkunu ġenerużi. Jeħtieġ nieħdu ħsieb dawn l-azzjonijiet kuljum, eżatt bħal bidwi, biex aħna nikbru u nagħmlu d-dinja post aktar ferħan. Il-bidu ta’ sena ġdida huwa żmien tajjeb ħafna biex noħolqu għanijiet ġodda. Eżatt bħalma bidwi jippjana biex ikollu annata (harvest) tajba, aħna nistgħu nippjanaw biex nagħmlu ħajjitna u d-dinja aħjar billi nkunu twajbin ma’ xulxin, ngħinu lill-oħrajn, u napprezzaw dak li għandna.

Kwotazzjoni ispirata

Ħafna nies ifallu, mhux b’nuqqas ta’ xewqa, imma b’nuqqas ta’ impenn.” – Vince Lombardi, kowċ famuż tal-futbol.  Dan ifisser illi jekk nibqgħu sejrin nagħmlu affarijiet tajbin u nieħdu ħsieb il-valuri tajbin, u t-twemmin tajjeb tagħna, naraw riżultati sbieħ f’ħajjitna u f’ħajjet ħaddieħor. Jekk dawn l-affarijiet nagħmluhom ftit drabi jew meta jkollna aptit, mela mhux se naraw effetti sbieħ fil-ħajja tagħna.

Kanzunetta: Never give up (TASTER)

Talba O Alla, grazzi talli ġibtna flimkien fil-bidu ta’ din is-sena l-ġdida. Għinna nkunu bħal bdiewa, impenjati f’xogħolna biex noħolqu dinja aħjar. Għinna nagħmlu dan b’azzjonijiet ta’ tjubija, imħabba u ġenerożità.  Ammen

Għan: Nagħmlu riżoluzzjoni biex insaħħu t-twemmin tagħna u nżommu sodi fid-deċiżjonijiet tajba morali tagħna.

Merħba (2 min):  

  • L-edukatur jagħti merħba lill-istudenti u jfakkarhom fit-tema, Niżirgħu t-Tama, u fl-importanza li naġixxu fil-mument opportun, billi nevitaw li nkunu aljenati jew li nitgħażżnu.
  • L-edukatur jiggwida lill-istudenti biex iżommu s-silenzju, jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjAmment / mument qasir ta’ silenzju biex jaħsbu fuq il-ġmiel ta’ għodwa ġdida u ta’ sena ġdida. 

Vidjo (4 min)

  • L-edukatur jintroduċi t-tema ta’ Jannar Nimpenjaw irwieħna fil-kuntest tas-sena l-ġdida meta ħafna jagħmlu r-riżoluzzjonijiet tagħhom biex itejbu lilhom infushom.
  • L-edukatur juri filmat X’inhi r-riżoluzzjoni tiegħek għas-sena l-ġdida? (1.21 minuti). Imbagħad jistieden 2 jew 3 studenti jiġu ħdejh u jgħidu tagħhom.

Riflessjoni (4 min)

  • L-edukatur igħin l-istudenti biex jammettu li spiss ħafna nies ma jirnexxilhomx bil-kbir iżommu r-riżoluzzjonijiettagħhom tas-sena l-ġdida.
  • L-edukatur ifakkar l-istudenti li fil-bidu tas-sena skolastika konna ġa għamilna riżoluzzjoni biex niżirgħu t-tama u jsaqsi jekk hux nagħmlu suċċess f’dan il-proċess – kellna niftħu qalbna biex nemmnu fl-affarijiet tajba li hemm quddiem, biex nitgħallmu mill-eżempji tajba tal-oħrajn, u nagħmlu l-parti tagħna u li nagħmluha f’waqtha.  
  • L-edukatur jinkuraġixxi lill-istudenti li eżatt bħalma għandna bżonn li nsaqqu l-pjanti kuljum, il-ħtieġa li nimpenjaw mill-ġdid kuljum hija realtà li ma nistgħux naħarbu minnha, jekk irridu li naraw il-frott ta’ riżultati pożittivi fina u fid-dinja ta’ madwarna.

Talba (1 min):

O Alla, grazzi għal din is-sena l-ġdida 2025. F’dan il-bidu ġdid għinna nagħmlu riżoluzzjoni biex nerġgħu nimpenjaw irwieħna kuljum waqt li nemmnu u nżommu l-pass mal-proċess sabiħ tat-tkabbir. Inkuraġġina dejjem waqt li nitgħallmu mingħand oħrajn kif nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex nilħqu l-għanijiet mixtieqa. Ammen.

Għan: Nagħmlu riżoluzzjoni biex insaħħu t-twemmin tagħna u nżommu sodi fid-deċiżjonijiet tajba morali tagħna.

Merħba (2 min):  

  • L-edukatur jagħti merħba lill-istudenti u jfakkarhom fit-tema Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li naġixxu fil-mument opportun, billi nevitaw li nkunu aljenati jew li nitgħażżnu.
  • L-edukatur jiggwida lill-istudenti biex iżommu s-silenzju, jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjAmment / mument qasir ta’ silenzju biex jaħsbu fuq il-ġmiel ta’ għodwa ġdida u ta’ sena ġdida. 

Vidjo (4 min)

  • L-edukatur jintroduċi t-tema ta’ Jannar Nimpenjaw irwieħna fil-kuntest tas-sena l-ġdida meta ħafna jagħmlu r-riżoluzzjonijiet tagħhom biex itejbu lilhom infushom.
  • L-edukatur juri filmat X’inhi r-riżoluzzjoni tiegħek għas-sena l-ġdida? (1.21 minuti). Imbagħad jistieden 2 jew 3 studenti jiġu ħdejh u jgħidu tagħhom.

Riflessjoni (4 min)

  • L-edukatur igħin l-istudenti biex jammettu li spiss ħafna nies ma jirnexxilhomx bil-kbir iżommu r-riżoluzzjonijiettagħhom tas-sena l-ġdida.
  • L-edukatur ifakkar l-istudenti li fil-bidu tas-sena skolastika konna ġa għamilna riżoluzzjoni biex niżirgħu t-tama u jsaqsi jekk hux nagħmlu suċċess f’dan il-proċess – kellna niftħu qalbna biex nemmnu fl-affarijiet tajba li hemm quddiem, biex nitgħallmu mill-eżempji tajba tal-oħrajn, u nagħmlu l-parti tagħna u li nagħmluha f’waqtha.  
  • L-edukatur jinkuraġixxi lill-istudenti li eżatt bħalma għandna bżonn li nsaqqu l-pjanti kuljum, il-ħtieġa li nimpenjaw mill-ġdid kuljum hija realtà li ma nistgħux naħarbu minnha, jekk irridu li naraw il-frott ta’ riżultati pożittivi fina u fid-dinja ta’ madwarna.

Talba (1 min):

O Alla, grazzi għal din is-sena l-ġdida 2025. F’dan il-bidu ġdid għinna nagħmlu riżoluzzjoni biex nerġgħu nimpenjaw irwieħna kuljum waqt li nemmnu u nżommu l-pass mal-proċess sabiħ tat-tkabbir. Inkuraġġina dejjem waqt li nitgħallmu mingħand oħrajn kif nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex nilħqu l-għanijiet mixtieqa. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English