English

Għan: Nispiraw lill-istudenti jitgħallmu mill-għerf u l-esperjenzi tal-ġenituri u tan-nanniet tagħhom stess, u b’hekk inrawmu sens ta’ tama u apprezzament li għaddewlna l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna.

Merħba

Bonġu! Kemm jien kuntent/a li qed narakom ilkoll hawn illum. Illum ser nitkellmu fuq xi ħaġa speċjali ħafna – kemm nistgħu nitgħallmu mill-ġenituri u n-nanniet tagħna. Huma importanti ħafna f’ħajjitna u jistgħu jgħallmuna ħafna affarijiet sbieħ.

Riflessjoni

Jgħollu jdejhom dawk it-tfal li jżuru lin-nanniet tagħhom. Il-ġenituri u n-nanniet huma bħall-ewwel għalliema tagħna. Iħobbuna ħafna u juruna kif inkunu twajbin u kif ngħinu lil xulxin. Meta nkunu trabi, jieħdu ħsiebna, jitimugħna, u jiżguraw li ma mmorrux fil-periklu. Dan jgħallimna fuq l-imħabba u l-kura tal-oħrajn.

In-nanniet tagħna jgħidulna stejjer fuq ħajjithom u fuq il-familja tagħna. Dawn l-istejjer jgħinuna nkunu nafu minn fejn ġejjin u jorbtuna iktar mal-familja tagħna. Nitgħallmu fuq il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna, bħalma huma l-vaganzi speċjali u r-riċetti tal-familja, li huma importanti u li jagħtuna pjaċir.

Kanzunetta

Sesame Street: Family Song

Talba

O Alla, grazzi għall-ġenituri u n-nanniet tagħna. Grazzi għal imħabbithom, l-istejjer tagħhom, u l-ħwejjeġ li jgħallmuna. Għinna nisimgħuhom u nitgħallmu minnhom. Bierek il-familji tagħna. Ammen

Għan: li nispiraw lill-istudenti biex jitgħallmu mill-għerf u mill-esperjenzi tal-qaddisin, kif ukoll mill-għerf tal-ġenituri u tan-nanniet tagħhom stess. Inrawmu sens ta’ tama u ta’ apprezzament li ġew mgħoddija lilna minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Merħba

Bonġu lil kulħadd! Illum ser nirriflettu fuq it-tema “Niżirgħu t-Tama – Nitgħallmu mill-Għorrief.” Dan ix-xahar, niċċelebraw il-festa tal-Qaddisin Kollha  u l-Festa ta’ San Martin, u hija opportunità meraviljuża għalina biex naħsbu fuq il-lezzjonijiet prezzjużi li nistgħu nitgħallmu mill-qaddisin kif ukoll mill-ġenituri u n-nanniet tagħna. Ejjew niftħu qalbna u moħħna għall-għerf li hawn madwarna.

Riflessjoni

Waqt li niċċelebraw il-festa tal-Qaddisin Kollha, niftakru fil-qaddisin li għexu ħajjithom fil-fidi, kuraġġ  u tjubija. Qaddisin bħal San Franġisk t’Assisi, li għallimna fuq l-imħabba għall-ħlejjaq kollha; Santa Tereża ta’ Kalkutta, li urietna kif inservu lill-oħrajn bil-kumpassjoni; Beatu Carlo Acutis (dalwaqt qaddis), li uriena kif nużaw l-Internet biex inxerrdu l-kelma t’Alla. Huma żergħu ż-żerriegħa tat-tama u tat-tjubija li għadhom jispriawna sal-lum.

Bħalhom, il-ġenituri u n-nanniet tagħna għandhom ħafna għerf li jaqsmu magħna. Huma għandhom esperjenzi ta’ ħafna affarijiet u tgħallmu lezzjonijiet prezzjużi li jgħadduhom lilna. Kemm jekk tkun storja ta’ meta kienu żgħar u kemm jekk ikun parir kif tiffaċċja l-isfidi, l-esperjenzi tagħhom huma teżori li jgħinuna fil-ħajja tagħna.

Ejja nikkunsidraw dan l-għerf bħala żerriegħa. Eżatt bħalma ż-żerriegħa tirrifletti l-frott li tiġi minnha, l-għerf li nirċievu mill-qaddisin u l-familji tagħna jiffurmaw min aħna u x’nistgħu nsiru. Żerriegħa minn siġra tat-tuffieħa tikber f’siġra tat-tuffieħ, waqt li tipproduċi aktar tuffieħ. Bl-istess mod, il-valuri u l-lezzjonijiet tajbin li nitgħallmu jgħinuna nikbru u bihom nsiru individwi twajbin u għorrief. Wara wkoll nistgħu naqsmu dawn il-valuri mal-oħrajn.

Kwotazzjoni li tispira

“Tgħallem mil-lbieraħ, għix illum u t-tama għal għada. Il-ħaġa importanti hi li ma tieqaf qatt tistaqsi.” – Albert Einstein

Din il-kwotazzjoni tgħidilna li meta nitgħallmu mill-passat, aħna nistgħu nibnu futur tajjeb waqt li nistaqsu jekk l-affarijiet jistgħux isiru aħjar.

Kanzunetta – Wisdom Song – IDMC Kids Church Worship Dance Music Video

Talba

O Alla, grazzi għall-qaddisin li wrewna t-triq biex ngħixu bil-fidi u bl-imħabba. Grazzi għall-ġenituri u n-nanniet tagħna li jaqsmu l-għerf tagħhom magħna. Eżatt bħal żerriegħa li tikber biex tirrifletti il-frotta li ġejja minnha, jalla nikbru fl-għerf u fit-tjubija li ġew murija lilna. Ammen.

Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar / jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħom ta’ success u bl-eżempju.

Merħba (1 min)

  • L-edukatur jilqa’ l-istudenti u mbagħad ifakkarhom fit-tema Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nippreparaw l-art fil-bidu tas-sena.
  • L-edukatur jiggwidahom biex jisktu, jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjament / jagħmlu mument qasir ta’ silenzju biex jaħsbu fuq il-ġmiel tal-għodwa ġdida

Filmat (4 min)

  • L-edukatur jintroduċi it-tema ta’ Novembru billi jgħidilhom li dan ix-xahar huwa marbut tradizzjonalment mal-mejtin u mal-qaddisin għall-Insara.
  • L-edukatur jistaqsi b’mod riflessiv fuq  kif dawk li huma akbar / jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jgħid lill-istudenti li hemm ħjiel qawwi fil-filmat li ġej (frawla minn żerriegħa – 1:33 min) *(Jekk il-filmat ma jistax jintwera ma jimpurtax)

Riflessjoni (4 min)

*(F’każ li l-filmat ma jkunx intwera, l-edukatur jaqbeż l-ewwel pass tar-riflessjoni u minflok jispjega li hemm ħjiel mill-fatt li kull żerriegħa tiġi mill-frott tal-istaġun ta’ qabel). 

  • L-edukatur jisteden student biex jiddeskrivi l-filmat, imbagħad student ieħor biex jinterpreta l-filmat fid dawl ta’ kif dawk akbar jew li jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jiġbor il-ħsibijiet billi jiddikjara li t-tama, li hija bħal żerriegħa li nixtiequ twarrad f’ħajjitna, tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tajba) ta’ nies akbar jew li jafu aktar minna.
  • L-edukatur jiggwida l-istudenti biex jaħsbu fuq persuna li tispirahom – tista’ tkun omm, missier, għalliem, nanna/nannu, persuna maħbuba li mietet, anki qaddis – u jkunu grati għal dik il-persuna jew persuni.

Talba (1 min)

O Alla, grazzi għal dawk il-persuni li  qed ġġibilna f’moħħna u għall-qaddisin li jispirawna biex nagħtu l-frott tat-tama. Għinna nitgħallmu kif nimxu warajhom biex permezz tal-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tagħna, inkunu nistgħu anke aħna mmissu l-ħajja tal-oħrajn. Ammen.

Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar / jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħom ta’ success u bl-eżempju.

Merħba (1 min)

  • L-edukatur jilqa’ l-istudenti u mbagħad ifakkarhom fit-tema Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nippreparaw l-art fil-bidu tas-sena.
  • L-edukatur jiggwidahom biex jisktu, jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjament / jagħmlu mument qasir ta’ silenzju biex jaħsbu fuq il-ġmiel tal-għodwa ġdida

Filmat (4 min)

  • L-edukatur jintroduċi it-tema ta’ Novembru billi jgħidilhom li dan ix-xahar huwa marbut tradizzjonalment mal-mejtin u mal-qaddisin għall-Insara.
  • L-edukatur jistaqsi b’mod riflessiv fuq kif dawk li huma akbar / jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jgħid lill-istudenti li hemm ħjiel qawwi fil-filmat li ġej (frawla minn żerriegħa – 1:33 min) *(Jekk il-filmat ma jistax jintwera ma jimpurtax)

Riflessjoni (4 min)

*(F’każ li l-filmat ma jkunx intuża, l-edukatur jaqbeż il-pass li jmiss u minflok jispjega hemm ħjiel mill-fatt li kull żerriegħa tiġi mill-frott tal-istaġun ta’ qabel). 

  • L-edukatur jisteden student biex jiddescrivi l-filmat, imbagħad  student ieħor biex jinterpreta l-filmat fid dawl ta’ kif dawk akbar jew li jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jiġbor il-ħsibijiet billi jiddikjara li t-tama, li hija bħal żerriegħa li nixtiequ twarrad f’ħajjitna, tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tajba) ta’ nies akbar jew li jafu aktar minna.
  • L-edukatur jiggwida l-istudenti biex jaħsbu fuq persuna li tispirahom – tista’ tkun omm, missier, għalliem, nanna/nannu, persuna maħbuba li mietet, anki qaddis – u jkunu grati għal dik il-persuna jew persuni.

Talba (1 min)

O Alla, grazzi għal dawk il-persuni li  qed ġġibilna f’moħħna u għall-qaddisin li jispirawna biex nagħtu l-frott tat-tama. Għinna nitgħallmu kif nimxu warajhom biex permezz tal-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tagħna, inkunu nistgħu anke aħna mmissu l-ħajja tal-oħrajn. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English