English

Għan: Biex nispiraw lill-istudenti jitgħallmu mill-għerf u mill-esperjenzi tal-ġenituri u tan-nanniet tagħhom stess, u jkabbru sens ta’ tama u apprezzament ta’ dak li għaddewlhom il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom.

Merħba

Merħba, kulħadd! Kemm qed nieħu pjaċir narakom kollha hawn illum. Ħarsu lejn din l-istampa. Lil min tistgħu taraw? Iva, nannu, missier u iben.

Illum se nitkellmu dwar xi ħaġa speċjali ħafna – kemm nistgħu nitgħallmu mill-ġenituri u n-nanniet tagħna. Huma importanti ħafna f’ħajjitna u jistgħu jgħallmuna ħafna affarijiet meraviljużi.

Riflessjoni

Il-ġenituri u n-nanniet tagħna huma bħall-ewwel għalliema tagħna. Iħobbuna ħafna u juruna kif inkunu qalbna tajba u t’għajnuna. Meta nkunu trabi, huma jieħdu ħsiebna, jitimgħuna, jaraw xi bżonnijiet għandna u li għandna kenn. Dan jgħallimna dwar l- imħabba u kif għandna nieħdu ħsieb lil xulxin.

In-nanniet tagħna jgħidulna stejjer dwar ħajjithom u dwar il-familja tagħna. Dawn l-istejjer jgħinuna nsiru nafu minn fejn ġejjin u nersqu iktar qrib mal-familja tagħna. Nitgħallmu dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna, bħal vaganzi speċjali u riċetti tal-familja, li huma ferm divertenti u importanti. Iddiskuti: Saqsi lit-tfal jekk iridux jaqsmu l-istejjer li jgħidulhom in-nanniet tagħhom.

Il-ġenituri u n-nanniet tagħna jgħallmuna wkoll affarijiet prattiċi. Pereżempju, għandhom imnejn juruna kif norbtu l-lazz taż-żraben tagħna, nirkbu rota jew naħmu xi biskuttini. Dawn il-lezzjonijiet huma utli u jgħinuna nsiru aktar indipendenti. Iddiskuti: Itlob lit-tfal jaqsmu l-affarijiet li jkunu tgħallmu mingħand il-ġenituri/nanniet tagħhom.

Huma jgħallmuna wkoll valuri importanti, bħal ngħidu s-sewwa, naqsmu mal-oħrajn u nkunu rispettużi. Dawn il-valuri jgħinuna nsiru nies twajba u jgħinuna nagħmlu għażliet tajbin.

Vidjo Klipp

Family Education Series – Caring For My Family

Iddiskuti l-parti fejn tgħid li turi rispett lil ħaddieħor u tqatta’ ħin ma’ membri anzjani tal-familja.

Attività: Xemgħat għal-Familja Tiegħi

Riżorsi: ħendawt b’mudelli ta’ xemgħa (xemgħa waħda għal kull student), lapsijiet ikkuluriti, imqassijiet.

Istruzzjonijiet

  • Qasqas xemgħa mill-mudell ipprovdut.
  • Pinġi jew ikteb l-ismijiet tal-membri tal-familja, anke dawk mejtin. Inkludi membri tal-familja li jistgħu jkunu qed jgħixu f’pajjiż ieħor jekk trid.
  • Ikteb ismek fuq il-karta.
  • Agħti kulur lix-xemgħa tiegħek.

Meta kulħadd ikun lest nistgħu lkoll ngħidu t-talba li ġejja waqt li nżommu x-xemgħat ikkuluriti f’ idejna.

Talba

O Alla, Grazzi tal-ġenituri u n-nanniet tagħna. Grazzi ta’ mħabbithom, l-istejjer tagħhom, u l-affarijiet li jgħallmuna. Għinna nisimgħuhom u nitgħallmu minnhom. Bierek lill-familji tagħna u żommna lkoll magħqudin u ferħanin. Ammen

Talb għall-erwieħ mejta

Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom. Jistieħu fil-paċi. Ammen

(Spjega li importanti li waqt il-quddies jew mumenti oħra ta’ talb niftakru f’ dawk in-nies li għaddew għal ħajja ta’ dejjem u nitolbu għalihom.)

Għan: Biex nispiraw lill-istudenti jitgħallmu mill-għerf u mill-esperjenzi tal-qaddisin, kif ukoll tal-ġenituri u tan-nanniet tagħhom stess, u jkabbru sens ta’ tama u apprezzament ta’ dak li għaddewlhom il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom.

Introduzzjoni

Ibda b’merħba u diskussjoni qasira fuq l-importanza li nitgħallmu minn dawk li ġew qabilna.  Introduċi t-tema: “Niżirgħu t-Tama – Nitgħallmu mill-Għorrief.”

Semmi il-festa tal-Qaddisin Kollha u ta’ San Martin, waqt li tenfasizza s-sinjifikat tagħhom. (San Martin kien suldat u darba, waqt li kien qed jivvjaġġa ra tallab fqir u anzjam jitriegħed bil-bard. San Martin tħassru u tah nofs il-mantar tiegħu. Wara xi żmien, tgħammed u sar qassis. San Martin beda jevanġelizza anke f’żoni rurali, filwaqt li għen lill-foqra.)

Eżatt bħal żerriegħa li tikber ġo siġra b’saħħitha minħabba l-kura li tirċievi, aħna wkoll nikbru b’saħħitna u mimlijin tama billi nitgħallmu minn dawk li ġew qabilna.

Storja/Vidjo: Animazzjoni ta’ Beatu Carlo Acutis

Iddiskuti: X’nitgħallmu minn Beatu Carlo Acutis? Illi kollha kemm aħna nistgħu nsiru qaddisin għax Carlo kien bħalek u bħali; huwa għamel użu tal-Internet bħala mezz biex iqarreb in-nies lejn Alla; wera l-importanza tat-talb biex iżżomm kuntatt ma’ Alla.

Attività: Is-Siġra tal-Għerf

Riżorsi: werqa għal kull student (ara t-template), imqassijiet, kuluri.

Istruzzjonijiet:

  • Agħti werqa lil kull student u għidilhom jaqtgħu mad-dawra tagħha.
  • Għidilhom jiktbu jew ipinġu xi parir żgħir jew xi lezzjoni li tgħallmu mingħand il-ġenituri jew nanniet tagħhom. (Jistgħu jagħtu kulur lill-werqa tagħhom mingħajr ma’ jaħbu l-kliem).
  • Iġbru l-weraq u l-għalliem/a jista’ jwaħħalhom ma’ stampa ta’ siġra fil-klassi biex jaraha kulħadd u sservihom ta’ tifkira.

Irrifletti: Qabel ma tiġbor il-weraq, stieden lill-istudenti jaqsmu x’kitbu jew pinġew biex jaqrawha jew juruha lill-klassi u jispjegaw kif għenithom. Irrifletti fuq messaġġi importanti li jistgħu joħorġu. (Tista’ tissuġġerixxi li l-istudenti jistgħu jitolbu għal xi membri tal-familja jew ħbieb mejta waqt il-Quddiesa jew mumenti oħra ta’ talb).

Talba

O Alla, grazzi tal-qaddisin u ta’ kemm jispirawna bl-eżempju tajjeb tagħhom. Grazzi għall-ġenituri u n-nanniet tagħna talli kuljum jagħtuna lezzjonijiet tajba w eżemplari. Għinna napprezzaw dejjem l-għerf tagħhom u nikbru f’nies ta’ qalb tajba u mimlija tama. Ammen.

Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar/jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħhom ta’ success u bl-eżempju tagħhom.

Merħba (2 min.)

  • L-animatur jilqa’ lill-istudenti u mbagħad  ifakkarhom fit-tema tas-sena Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nkunu “art tajba” – miftuħa għal dak li Alla jrid jagħmel fina u permezz tagħna din is-sena.
  • L-animatur jiggwida lill-istudenti sabiex jinġabru fis-skiet billi jroddu s-salib u jgħidu  talba sempliċi ta’ ringrazzjament.

Qsim ta’ ideat (5 min.)

  • L-animatur iqajjem kurżità fuq il-fatt li filwaqt li fl-aħħar sessjoni rajna li l-frott jiġi minn żrieragħ miżrugħa, minn fejn ġejja ż-żerriegħa jibqa’ misteru għal ħafna – u  (l-animatur) jistenna għal xi reazzjonijiet speċjalment minn dawk li mhumiex żguri.
  • L-animatur isostni permezz ta’ stampi fl-isfond illi ż-żerriegħa tiġi minn frott preċedenti u jsaqsi minn fejn ser inġibu ż-żerriegħa tat-tama li nixtiequ niżirgħu din is-sena.
  • L-animatur jissuġġerixxi illi din tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u eżempji tajbin) ta’ dawk li huma akbar/jafu aktar minna, inklużi persuni li jħobbuna jew jispirawna (ukoll il-mejtin – qegħdin f’Novembru).

Vidjo (8 min.)

  • L-animatur jafferma li meta nitkellmu fuq stejjer ta’ success u eżempji tajba, bħala nsara għandna nitgħallmu speċjalment mill-Qaddisin.
  • L-animatur juri dawn mingħajr spjegazzjoni:

B. Carlo Acutis https://www.youtube.com/watch?v=-oJyA6r-l9Y

San Martin de Porres https://www.youtube.com/watch?v=nQ_kxvorjRQ

Sta Tereża ta’ Kalkutta https://www.youtube.com/watch?v=OpNGcR48JtQ 

Sta Kateri Tekakwitha https://www.youtube.com/watch?v=rkt9oFQvIP8

Riflessjoni (3 min.)

  • L-animatur inewwel mudell (template) ta’ nofs frotta lill-istudenti.
  • L-animatur jiggwida l-istudenti biex jirrflettu fuq il-qaddis  bl-istorja l-aktar li jirrelataw magħha.
  • L-animatur jistieden żewġ voluntiera biex jaqsmu ħsibijiethom.

Talba (2 min.)

  • L-animatur jgħid lill-istudenti jiktbu talba lil Alla sabiex jagħtihom il-qawwa li għandhom bżonn biex ikunu bħall-mudelli tagħhom.
  • L-animatur jitlob talba bħal din:

O Alla, grazzi għal qaddisin li tajtna bħala mudelli, u għal dawk li jgħinuna/għenuna niżirgħu ż-żrieragħ tat-tama – kemm jekk huma ġenituri, għalliema, maħbubin, anki dawk mejtin. Saħħaħna waqt li nimxu wara l-eżempju tagħhom, sabiex, permezz tal-istejjer ta’ suċċess u eżempji tagħna stess, inkunu ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn u nagħtuk Glorja. Ammen.

Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar/jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħhom ta’ success u bl-eżempju tagħhom.

Merħba (2 min.)

  • L-animatur jilqa’ lill-istudenti u mbagħad  ifakkarhom fit-tema tas-sena Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nkunu “art tajba” – miftuħa għal dak li Alla jrid jagħmel fina u permezz tagħna din is-sena.
  • L-animatur jiggwida lill-istudenti sabiex jinġabru fis-skiet billi jroddu s-salib u jgħidu  talba sempliċi ta’ ringrazzjament.

Qsim ta’ ideat (5 min.)

  • L-animatur iqajjem kurżità fuq il-fatt li filwaqt li fl-aħħar sessjoni rajna li l-frott jiġi minn żrieragħ miżrugħa, minn fejn ġejja ż-żerriegħa jibqa’ misteru għal ħafna – u  (l-animatur) jistenna għal xi reazzjonijiet speċjalment minn dawk li mhumiex żguri.
  • L-animatur isostni permezz ta’ stampi fl-isfond illi ż-żerriegħa tiġi minn frott preċedenti u jsaqsi minn fejn ser inġibu ż-żerriegħa tat-tama li nixtiequ niżirgħu din is-sena.
  • L-animatur jissuġġerixxi illi din tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u eżempji tajbin) ta’ dawk li huma akbar/jafu aktar minna, inklużi persuni li jħobbuna jew jispirawna (ukoll il-mejtin – qegħdin f’Novembru).

Vidjo (8 min.)

  • L-animatur jafferma li meta nitkellmu fuq stejjer ta’ suċċess u eżempji tajba, bħala nsara għandna nitgħallmu speċjalment mill-Qaddisin.                                                                        
  • L-animatur juri dawn mingħajr spjegazzjoni:

San Wistin ta’ Ippona  https://www.youtube.com/watch?v=kSnOWMKeBlE 

San Oscar Romero https://www.youtube.com/watch?v=LHkpN6b2IU4

Sta Edith Stein https://www.youtube.com/watch?v=EUaDHBkk3x8

Sta Josephine Bakhita  https://www.youtube.com/watch?v=lFccYcenT6Y

Riflessjoni (3 min.)

  • L-animatur inewwel mudell (template) ta’ nofs frotta lill-istudenti.
  • L-animatur jiggwida l-istudenti biex jirrflettu fuq il-qaddis  bl-istorja l-aktar li jirrelataw magħha.
  • L-animatur jistieden żewġ voluntiera biex jaqsmu ħsibijiethom.

Talba (2 min.)

  • L-animatur jgħid lill-istudenti jiktbu talba lil Alla sabiex jagħtihom il-qawwa li għandhom bżonn biex ikunu bħall-mudelli tagħhom.
  • L-animatur jitlob talba bħal din:

O Alla, grazzi għall-qaddisin li tajtna bħala mudelli, u għal dawk li jgħinuna/għenuna niżirgħu ż-żerriegħa tat-tama – kemm jekk huma ġenituri, għalliema, maħbubin, anki dawk mejtin. Saħħaħna waqt li nimxu wara l-eżempju tagħhom, sabiex, permezz tal-istejjer ta’ suċċess u eżempji tagħna stess, inkunu ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn u nagħtuk Glorja. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English