Monthly Archives: April 2023

X’differenza!

pexels/pixabay: waiting for life

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosna.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ.

Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

Kompli aqra »

L-istorja mhix ċirku!

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Dakinhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh…

Kompli aqra »

Ġrieħi li jfejqu!

pexels/anna shvets: in the hands of the wounded healer

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”…

Kompli aqra »

Enormi!

pexels/oziel gomez: always amazed at God's surprising ways

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”…

Kompli aqra »