Prayer Spaces fil-Kulleġġ San Benedittu Skola Pimarja Kirkop
Fl-14 u 21 ta’ Jannar 2019, tfal tal-primarja mill-klassijiet Yr 1 sa Yr 6 rispettivament, esperjenzaw siegħa ta’ riflessjoni u talb b’mod kreattiv u hands on. Dawn il-prayer spaces ġew armati tul żewġ kuriduri li hemm biswit is-sala fejn issir l-assembly. It-tfal kitbu talb għall-persuni madwar id-dinja, għamlu figuri għan-nies li jħobbu f’ħajjithom, kitbu talb ta’ maħfra u ħassruh, ħasbu dwar ix-xewqat tagħħhom kif ukoll staqsew mistoqsijiet kbar… Read more »