During this time of reflection and prayer based on the writings of St George Preca called the School of Betlehem (L-Iskola ta’ Betlem) is ideal to be done during Christmas time

Equipment: powerpoint presentation

Related to Liturgy: Christmas

Ages
  • Middle Years
  • Secondary Years
  • Post-Secondary Years
Bookmark

  • Dal-ħin maħsub biex isir bil-pawsa ħalli jingħata ħin għar-riflessjonijiet u t-talb.
  • Għalhekk tajjeb jekk bejn riflessjoni u oħra ssir waqfa qasira.
  • Jekk tindaqq mużika strumentali tal-Milied fil-baxx tgħin fl-eżerċizzju.

2. Titlu: L-Iskola ta’ Betlem

3.      Ninġabru fis-skiet u nippreparaw ruħna biex immoru fi vjaġġ flimkien.

4.      Madwar id-dinja nsibu ħafna bliet kbar li għandhom xi bini famuż u magħruf li baqgħu msemmijin għalih. Londra, per eżempju, hemm il-Big Ben. Sydney hemm l-Opera House. Ateni hemm l-Akropolis u Ruma hemm il-Kolossew. M’iniex ser noħodkom f’xi belt kbira iżda f’raħal ċkejken, għalkemm huwa raħal magħruf ħafna. Ser noħodkom Betlem. U l-bini speċjali li għalih baqa’ msemmi Betlem huwa l-iskola ta’ Betlem. Tgħiduli: “Din xi skola hi? Primarja? Sekondarja? Tas-subien jew tal-bniet?”

5.      Ir-risposta ma hi l-ebda waħda minn dawn. L-iskola ta’ Betlem hija skola għal kulħadd: għall-kbar u għaż-żgħar, għall-bniet u għas-subien. Il-bini ta’ din l-iskola huwa għar fqajjar u mwarrab tal-annimali. U l-għalliem waħdieni li jgħallem f’din l-iskola huwa Sidna Ġesù Kristu stess, imwieled tarbija.

6.      Biex nidħlu f’din l-iskola jeħtieġ li jkollna żewġ affarijiet magħna: uniformi u pitazz ġdid. Uniformi diġa għandna: hija l-marka tad-dnub, għax aħna lkoll midinbin u Kristu twieled biex isejjaħ lejh il-midinbin. Bħala pitazz ġdid nistedinkom iġġibu qalbkom bħal u, bħal ktieb, tpoġġuha miftuħa quddiem dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin. Inħallu lilu, illejla, jikteb fil-qlub tagħna t-tagħlimiet li jgħallimna mill-maxtura; tagħlimiet li jgħinuna ngħixu ħajjitna aħjar f’imħabbitna lejn Alla u lejn il-proxxmu.

7.      L-aktar għeżież, ejjew noqogħdu quddiem l-Imgħallem Divin tagħna mwieled tarbija, u nitgħallmu minnu ħames tagħlimiet tal-Ħajja Eterna.

8.      L-ewwel tagħlima: Nitgħallmu li Kristu kien Alla.

         Kristu twieled biex isalvana bit-tagħlim, bil-mewt u bil-qawmien tiegħu. Xejn u ħadd ħlief Alla nnifsu ma seta’ jifdi lill-bnedmin mill-{ustizzja nfinita ta’ Alla l-Missier. Għax kif jista’ bniedem bħall-oħrajn jasal iħallas id-dejn hekk kbir li aħna l-bnedmin kellna ma’ Alla minħabba d-dnub? Kristu biss seta’, għax kien Alla wkoll. Fi twelidu l-anġli kantaw: “Glorja ’l Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.” Kristu, Alla u bniedem, jitwieled biex iġibilna l-Paċi li Hu biss jista’ jagħti, għax Hu Alla.

         Sentenza ta’ Ġesù fuq id-DivinitaÏ tiegħu:

         Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.

9.      It-tieni tagħlima: Il-Providenza t’Alla.

         Ma tarax kemm Alla tagħna jieħu ħsiebna u jipprovdilna, meta bagħtilna lil Ibnu stess imwieled tarbija? Ġesù Kristu huwa l-uniku u l-aqwa mezz li Alla ta lilna l-bnedmin għas-salvazzjoni ta’ ruħna. U x’hemm aktar għażiż milli wieħed isalva ruħu? L-anġli ħabbru lir-rgħajja: “Għax twieled illum lilkom Salvatur, li Hu Kristu l-Mulej, fil-belt ta’ David.” Alla tagħna huwa tassew Alla tal-providenza.

         Sentenza ta’ Ġesù fuq il-providenza t’Alla:

         Jekk Alla jieħu ħsieb it-tajr u l-ġilji, kemm iżjed jieħu ħsieb tagħkom, ja nies ta’ fidi żgħira?

10.    It-tielet tagħlima: il-Faqar.

         Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, is-Sultan tal-ħolqien, jidħol fid-dinja biex ikun is-salvatur tagħna taħt is-sura ta’ bniedem. Ara, Alla li hu kollox jiftaqar u jsir bniedem, kreatura hekk żgħira. U jsir bniedem fqir. Il-palazz tiegħu huwa għar tal-annimali u s-sodda indurata tiegħu hija l-maxtura tagħhom. ċaħad il-kumditajiet u r-rikkezzi li tant jgħożżu l-bnedmin u għannaq miegħu l-faqar. L-anġli ħabbru: “Morru u ssibu lit-tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.”

         Sentenza ta’ Ġesù fuq il-faqar:

         Agħmlu għalikom teżori fis-sema fejn la susa u lanqas sadid ma jħassru u lanqas ħallelin ma jidħlu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek hemm ukoll hija qalbek.

11.    Ir-Raba’ tagħlima: il-Manswetudni.

         Ġesù Kristu twieled u sar bniedem mhux biex jiġġudikana tal-ħażen li għamilna iżda twieled biex isalvana mit-telfien li ġibna fuqna bi dnubietna. L-anġli stess kienu xhieda ta’ dan meta ħabbru li tweldilna Salvatur. Alla jsir bniedem biex isalvana meta aħna konna għedewwa tiegħu bid-dnubiet li għamilna. Din hi l-manswetudni, li Alla tagħna tant iħobbna li jaħfrilna. Wara tant offiżi li għamilnielu, Alla stess isir bniedem għas-salvazzjoni tagħna.

         Sentenza ta’ Ġesù fuq il-manswetudni:

         Imitaw lili għax jien ta’ qalb mansweta u umli.

12.    Il-ħames tagħlima: il-Paċenzja.

         Ġesù Kristu malli deher fid-dinja ried juri lilna l-bnedmin il-ħtieġa tal-paċenzja. Il-bard tal-istaġun, il-maxtura, l-għar fil-beraħ u n-nuqqas tal-kumditajiet kollha huma xhieda ta’ kemm din it-tarbija Divina riedet tgħallimna li ħadd ma hu meħlus milli jieħu paċenzja f’din id-dinja. Ma setax Alla jsalva l-bnedmin b’mezz aktar komdu jew b’inqas diffikultajiet? |gur li seta’, iżda Kristu għażel din it-triq biex jurina u jgħallimna li bil-paċenzja tagħna nsalvaw ruħna.

         Sentenza ta’ Ġesù fuq il-paċenzja:

         Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.

13.    Nirriflettu fuq dan li smajna.

14.    Alla jsir bniedem. Il-Providenza t’Alla. Il-Faqar. Il-Manswetudni. Il-Paċenzja. Dawn huma l-ħames tagħlimiet li għal-lum l-Imgħallem tagħna Ġesù Kristu għallimna bi twelidu. F’din l-iskola tar-ruħ hemm ħafna aktar tagħlim x’jista’ wieħed jitgħallem: l-Ubbidjenza, il-Kruha tal-Infern, il-Ħniena t’Alla, l-Umilta u aktar.

15.    Issa inti llejla nġabar f’post għall-kwiet u kompli aħseb fuq dak li smajt. Ara ftit kif it-twelid tal-Iben t’Alla se jwasslek għas-salvazzjoni ta’ ruħek. U dak li tgħallimt ipprattikah fil-ħajja tiegħek biex tkun tassew skular tajjeb ta’ dan l-Imgħallem divin u tal-iskola tiegħu.

16.    (Hawn isir ħin ta’ talb personali fis-silenzju)

17.    (It-talba tan-Novena. Għal disgħa darbiet jingħad hekk:

         Qarrej: ‘L-Iben t’Alla sar Bniedem’

         Kulħadd: ‘Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.’

         u wara Sliema u Qaddisa.) 18.       (Slide sewda)

Material



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more activities