Ages
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years
Bookmark

 

Saċ: Qari mili-Ktieb tal-Eżodu. (Eż.16,2-5,31 -35)

Kum: Fid-deżert, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Israel bdew igergru kontra Mosè u Aron. Ulied Israel qalulhom:

Poplu: Mhux li mitna b’id il-Mulej fl-art-Eġittu, meta konna ħdejn il-borom tal-laħam u konna nieklu ħobż bix-xaba’. Ħriġtuna f’dan id-deżert biex toqtlu bil-ġuħ din il-ġemgħa kollha.

Kum: Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè:

Mulej: Ara, se nibagħtilkhom xita ta’ ħobż mis-sema. Il-poplu kollu joħroġ u jiġbor minn jum għal ieħor kemm ikun jinħtieġ għall-ġurnata, biex hekk inġarrabhom u nara jimxux mal-liġi tiegħi jew
le. Fis-sitt jum, imbagħad, iqisu li jkun darbtejn aktar minn dak li jiġbru kuljum.

Kum: U dar Israel semmiet dan l-ikel: ‘Manna’; kienet qisha bħal żerriegħa bajdatal-kożbor u t-togħma tagħha kienet bħal ftira bil-għasel. U Mosè qal:

Mosè: Dan li jikkmandakom il-Mulej: ‘Imlew siegħ minnu u erfgħuh għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajkom biex jaraw il-ħobż li kont nitmagħkom fid-deżert meta ħriġtkom mill-Eġittu.’

Kum: U Mosè qal lil Aron:

Mosè: Ħu ġarra u qiegħed fiha daqs siegħ manna, qegħidha quddiem il-Mulej biex iżżommha għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajkom.

Kum: U skond ma ordna l-Mulej lil Mosè, hekk Aron qegħidha fl-arka tax-xhieda biex tintrefa’ hemm. U wlied lsrael kienu jieklu l-manna għal erbgħin sena sakemm waslu fl-art imgħammra; u baqgħu jieklu minnha sat-trufijiet tal-art ta’ Kangħan.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 46

KENN U QAWWA HU ALLA GĦALINA

Kenn u qawwa Hu Alla għalina,
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed,
jew jiġġarrfu l-muntanji f’nofs ta’ baħar.
anqas jekk igħajtu u jogħlew ilmijietu.
jew jitheżhżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu. R/

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej,
egħmejjei tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa truf l-art;
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser.
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid;
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla;
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!” R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Ibqgħu fija, u jien nibqa’ fikom, igħid il-Mulej;
min jibqa’ fija, dan jagħmel ħafna frott:

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mark. (Mk 6; 30-41)

Kum: L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom:

Ġesù: Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit.

Kum: Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa waħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘I hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom.

Kum: X’ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom ngħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad igħallimhom hafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-
dixxipli tiegħu u qalulu:

Dixxipli: Dan post imwarrab, u diġa’ sar ħafna ħin. Ibgħathom ħa jmorru fl- irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.

Kum: Iżda hu weġibhom:

Ġesù: Agħtuhom intom x’jieklu.

Kum: Qalulu:

Dixxipli: U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?

Kum: Imbagħad staqsiehom:

Ġesù: Xi kemm għandhom ħobż? Morru u araw.

Kum: Meta saru jafu, qalulu:

Dixxipli: Ħamsa u żewġ ħutiet.

Kum: Imbagħad ordnalhom iqiegħdu lil kulħadd bilqiegħda, ġemgħa ġemgħa, fuq il-ħaxix aħdar. U n-nies inxteħtet fl-art mija mija, u ħamsin ħamsin. Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, refa’
għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-ħobżiet lid-dixxipli tiegħu biex inewluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll. U kulħadd kiel u xaba’. U ġabru
l-bċejjeċ li fadal mill-ħobż u l-ħut u mlew tnax-il qoffa; u kienu ħamest elf raġel dawk li kielu mill-ħobż.

Saċ: ll-Kelma tal-MuIej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA
Grazzi talli int għażiltna bħala sħabek u talli għadek fostna issa bħal ma kont dakinhar. Grazzi Mulej talli int tkun dejjem magħna f’kull ma nagħmlu. Grazzi talli tipprovdilna kull ma jkollna bżonn.
Nirringrazzjawk Mulej għas-saħħa, u l-ikel li inti tipprovdilna. Grazzi Mulej ta’ l-ikliet kollha tagħna. Grazzi tas-sajjieda, tal-bdiewa, grazzi għal dawk kollha li jagħtu sehemhom biex lilna jwasslulna l-ikel. Grazzi għal ommijietna u għal missirijietna.

Saċ: Qari mill-ktieb tas-Slaten (1 Slaten 3,5-7)

Kum: F’Gibon il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl.

Mulej: Itlobni xi ħaġa x’nagħtik.

Salamun: Mulej, Alla tiegħi, lili, qaddej tiegħek għadek kemm qegħidtni sultan flok David,missieri. Iżda jien għadni daqsxejn ta’żagħżugħ, bla ma naf mnejn għandi ngħaddi. Il-qaddej tiegħek sab ruħu
f’nofs dan il-poplu li int għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’ jgħoddu jew iqisu. Agħti, għalhekk lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem u jmexxi lill-poplu tiegħek u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk kbira?

Kum: II-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa. Għalhekk qallu Alla:

Alla: La darba tlabt din il-ħaġa u ma tlabtnix ħajja twila, jew ħafna ġid jew il-ħajja ta’ I-għedewwa tiegħek – iva, talli tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi – hawn jien se nagħmel kif għidt int. Qed
nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek u anqas warajk ma jkun hawn. U mqar dak li ma tlabtnix se nagħtihulek sew ġid kif ukoll glorja, hekk li ma jkun hawn qatt
ebda sultan ieħor bħalek. U jekk timxi ġo triqati, billi toqgħod għal-liġijiet u l-kmandamenti tiegħi kif mexa David missierek, nagħtik ukoll ħajja twila.

Kum: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI SALM145

INBIEREK ISMEK MULEJ GĦAL DEJJEM

Ngħollik, Alla tiegħi, sultan,
U nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem
Kull jum inbierek u
nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. R/

ll-Mulej tajjeb u ħanin,
idum biex jagħdab u kollu tjieba.
Twajjeb il-Mulej ma’ kulħadd,
u ħnientu akbar minn kull ma għamel. R/

Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej,
u ħbiebek iberkuk:
is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,
fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu. R/

Fidil il-MuIej fkull kelma tiegħu,
twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.
Iwiezen il-Mulej lil kull min se jaqa’,
u jqajjem ‘il kull min imil. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH.

Glorja lill-Missier, lill-lben u lill-lspirtu s-Santu.

HALLELUJAH.

Saċ: Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew. (Mt 2, I-II)

Kum: Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija.fi żmien is-sultan Erodi, xi Maġi mil-Lvant ġew Ġerusalem jistaqsu:

Maġi: Fejn hu dak-li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna I- kewkba tiegħu tielgħa, u ġejħa nadurawh.

Kum: Is-sultan Erodi sama’ bihom u tħawwad hu u Ġerusalem kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu u ried jaf minn għandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. U
huma qalulu:


Nies: F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk kien kiteb il-profeta. – ‘U int, Betlehem art ta’ Ġuda, le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Israel.’

Kum: Erodi sejjaħ lill-Maġi bil-moħbi u tkixxef bir-reqqa kollha minn għandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba, bagħathom f’Betlehem u qalilhom:

Erodi: Morru staqsu sew għat-tifel u meta ssibuh ejjew għiduli ħalli jien ukoll niġi nadurah.

Kum: Dawk bdew jimxu wara l-kewkba sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ tassew kbir. Meta mbagħad daħlu u raw lit-tifel ma’ ommu Marija,
inxteħtu fl-art jadurawh; fetħu l-kaxxi tat-teżori tagħhom u bħala
rigali offrewlu deheb, inċens u mirra.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA
Mulej kulħadd jista’ jagħti xi ħaġa:l-għaqli jagħti l-għaqal tiegħu;is-sinjur jagħti l-ġid tiegħu; min hu b’saħħtu s-saħħa tiegħu.
Anki jien nixtieq nagħtik xi ħaġa avolja m’iniex xi gharef, imma nista’ nagħtik qalbi, m’għandix ġid imma nista’ nagħtik imħabbti kollha, m’iniex xi ħadd b’saħħti ħafna imma dejjem nista’ nkun fidil lejk! Dan biss nista’ noffrilek O Mulej tant ġust u tant ħanin!

NITOLBU
INFITTXU ĦIN FIL-KWIET – FIS-SKIET – BIEX ALLA
JKELLIMNA U AHNA NITKELLMU MIEGĦU

Saċ: Qari mill-Ktieb tas-Slaten (I Slaten 19,4-13)

Kum: ll-profeta rħielha lejn id-deżert. Wara jum mixi waqaf, inxteħet taħt siġra tal-ġummar u ntefa’ għal mejjet u qal:

Profeta: lssa biżżejjed Mulej; ħudli ‘l ħajti, għax m’iniex aħjar minn missirijieti!

Kum: U mtedd għad-dell tal-ġummara u raqad. Kif kien rieqed, messu anġlu u qal:

Anġlu: Qum u kul!

Kum: Elija dawwar wiċċu u lemaħ ħdejn rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob u raġa’ mtedd. Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej u raġa’ messu u qallu:

Anġlu: Qum u kul inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.

Kum: Elija qam, kiel u xorob u bis-saħħa ta’ dak l-ikel, baqa’ miexi għal erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Ħoreb, il-muntanja tal-Mulej. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih. U waslitlu
l-kelma tal-Mulej u qallu:

Anġlu: Hawn x’inti tagħmel, Elija?

Elija: Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall-Mulej, Alla tal-eżerċti għaliex ulied Iżrael ħallew il-patt tiegħek,farrku l-artali tiegħek u l-profeti qatluhom bix-xabla. Jien waħdi bqajt u qegħdin ifittxu
jneħħuli ħajti.

Alla: Oħroġ u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.

Kum: ll-Mulej bagħat riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, imma l-Mulej ma kienx f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżhżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa. Elija kif ħassha għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra u waqaf f’bieb il-għar. U fil-ħin jisma’leħen:

Leħen: X’inti tagħmel hawn Elija?

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI SALM 92

TAJJEB LI NFAĦĦRU ‘L MULEJ

Tajjeb li nfaħħru ‘l Mulej,
u ngħannu lil ismek, inti l-Għoli,
inxandru filgħodu t-tjieba tiegħek,
u l-fedeltà tiegħek fl-iljieli. R/.

ll-bniedem ġust bħal palma jħaddar,
bħal ċedru, tal-Lebanon jikber,
imħawlin f’dar il-Mulej,
Iħaddru fil-btieħi ta’ Alla tagħna. R/.

Sa fi xjuhithom il-frott jagħmlu,
mimlijin kollhom ħajja u ħdura,
biex ixandru li ġust hu l-Mulej,
iħaddru fil-btieħi t’Alla tagħna. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH.

Fehimni, Mulej, biex inżomm il-liġi tiegħek
u nħarisha b’qalbi kollha.

HALLELUJAH.

Saċ: Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark. (Mk 1, 35-38)

Kum: L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob. Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh. Kif sabuh, qalulu:

Appostli:Kulħadd jistaqsi għalik.

Kum: U qalilhom:

Ġesù: Ejjew immorru band’oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll għax għalhekk ħriġt.

Saċ: ll-Kelma tal-MuIej.
Tifħir Iilek Kristu.

TALBA:

Għażiż Missierna li inti fis-smewwiet, nirringrazzjawk tal- istorbju li nagħmlu meta nilagħbu flimkien, jew meta nieħdu sehem f’xi loghob preferut tagħna. Nirringrazzjawk ta’ meta noqogħdu nisimgħu ir-radju jew naraw it-televiżjoni li nħobbu. Nirringrazzjawk ukoll għal meta nkunu d-dar mal-familja jew l-iskola ma’ sħabna.
Mulej nirringrazzjawk ukoll għall-mumenti inqas storbjużi, għall-kwiet u l- ħemda tal-lejl u tal-għelieqi, ġrazzi għas- skiet tal-knejjes. Imma Mulej l-iktar li nirringrazzjawk hu talli int tippermetti li aħna nsibuk f’dan il-kwiet biex inkunu nistgħu niftħu qalbna miegħek, u nħossuk dejjem aktar qrib tagħna.

Saċ: Qari mill-ktieb tal-Ġenesi (Ġen 37,3,4,12-14,18-28)

Kum: Israel kien iħobb ‘il Ġużeppi aktar minn ħutu kollha għax kien twelidlu fi xjuħitu; u għamillu libsa bil-kmiem twal. U ħutu ntebħu li missierhom kien iħobbu aktar minn ħutu kollha u saru jobogħduh u ma kellhomx ħila jkellmuh bis-sliem. U ħutu marru jirgħaw l-imrieħel ta’ missierhom f’Sikem u Iżrael qal lil Ġużeppi:

Iżrael: Ara ħutek qegħdin jirgħaw f’Sikem, ejja ħa nibagħtek ħdejhom.

Ġużeppi: Hawn jien.

Israel: Mur u ara jara humiex tajba ħutek u humiex tajbin l-imrieħel, u ejja għidli.

Kum: U bagħtu mill-wied ta’ Hebron u mar Sikem. Huma rawh mill-bogħod u sakemm wasal idejhom ftiehmu kif joqtluh. U bdew igħidu lil xulxin:

Hutu: Arah, ġej dak li joħlom! Issa ejjew ħa noqtluh u nixtħuh ġo xi bir u mbagħad ngħidu li xi bhima selvaġġa kilitu, u naraw x’jiswielu l-ħolm tiegħu.

Kum: U Reuben sama’ u ħelsu minn idejhom u qalilhom:

Ruben: Ma nneħħulux ħajtu. La xxerrdux demm. Ixħtuh f’dan il-bir li hawn fid-deżert, u la tmiddux idejkom fuqu.


Kum: Dan għamlu biex jeħilsuh minn idejhom u jroddu lil missierhom. U ġara li malli Ġużeppi wasal ħdejn ħutu neżżgħuh mil-libsa li kellu fuqu, il-libsa bil-kmiem twal u qabduh u xeħtuh fil-bir. Il-bir kien battal u bla ilma. Imbagħad qagħdu bilqiegħda jieklu l-ħobż. Kif refgħu għajnejhom raw karwana ta’ Ismaegħlin ġejja minn Gilgħad bl-iġmla tagħhom imgħobbija bid-dragant, il-balzmu u l-lawdnu, sejrin iħottuhom l-Eġittu. U Ġuda qal lil ħutu:

Ġuda: X’se ndaħħlu jekk noqtlu ‘l ħutna u naħbu demmu? Ejjew inbigħuh lill-Ismaegħlin u ma mmidux idejna fuqu għax ħuna u laħamna hu.

Kum: U ħutu semgħu minnu. U għaddew xi neguzjanti Midjanin u ġibdu ‘l Ġużeppi u tellgħuh mill-bir u biegħuh Iill-lsmaegħlin b’għoxrin biċċa tal-fidda u ’I Ġużeppi ħaduh l-Eġittu.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI SALM95

ISIMGĦU LEĦEN IL-MULEJ, U TWEBBSUX QALBKOM

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena l-Mulej,
ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nidhru quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’agħjat ta’ ferħ. R/

Ejjew inqimuh mixħutin fi-art,
għarrkobbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna,
għaliex hu Alla tagħna.
U aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu, n-ngħaġ tiegħu. R/

Mhux li kontu Ilum tisimgħu leħnu!
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bħal dak in-nhar f’Masah, fid-deżert,
meta ġarrbuni missirijietkom,
ippruvawni, għalkemm egħmili raw.” R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Urini, Mulej, it-triq tiegħek,
Mexxini mill-mogħdijiet tiegħek.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju ta’ San Luqa (Luqa 9, 46-48)

Kum: Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu u qalilhom:

Ġesù: Min jilqa ‘lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, jkun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, jkun jilqa’ lil dak li bagħtni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.

TALBA

Mulej għinna biex ma nkunux għajjurin għal xulxin, ġħinna ma nkunux suppervi
minħabba fl-għira. Mulej agħmel li nkunu dejjem ferħanin anki meta naħsbu
li ħadd ma jagħti kasna.

Saċ: Qari mill-ktieb tas-Slaten. (2 Slaten 4,8-11).

Kum: Ġurnata waħda Eliżew kien għaddej minn Sunem. Hawn kienet toqgħod mara għanja u din ġagħlitu joqgħod jiekol għandha; u kull meta kien igħaddi minn hemm kien idur għal għandha biex
jiekol hemm. U hi qalet lil zewġha:

Mara: Ara, jien żgura li dan ir-raġel li jgħaddi għandna sikwit, hu raġel qaddis t’Alla. Ha nagħmlu Għorfa żgħira mal-ħajt u nqegħdulu fiha sodda, mejda, siġġu u mnara, u meta jgħaddi għandna jkun jista’ jidħol fiha.

Kum: U ġurnata waħda wasal hemm u daħal fil-għorfa u raqad hemm.

Saċ: ll-Kelma tal-MuIej.
Irroddu hajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI SALM 15

MULEJ, MIN IGĦAMMAR FID-DAR TIEGĦEK?

Min jimxi bla ħtija u jagħmel is-sewwa,
min igħid is-sewwa f’qalbu,
min ma jqasqasx bi Isienu. R/.

Min ma jagħmilx id-deni lil għajru,
anqas ma jgħajjar lill-proxxmu tiegħu,
min xejn ma jqis lill-bniedem imwarrab,
imma jweġġah ‘l dawk li jibżgħu mill-Mulej. R/.

Min flusu ma jislifhomx bl-imgħax,
min ma jiħux rigali kontra l-innoċenti.
Min jagħmel dan ma jitħarrek qatt. R/.

HALLELUJAH HALLELUJAH.
ln-ngħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej;
u jien nagħrafhom u huma jimxu warajja,

HALLELUJAH.

Saċ: Qari mill-Evanġelju ta’ SanLuqa.(Luqa 10,38-42).

Kum: Huma u sejrin, daħal f’raħal u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qed igħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu:

Marta: Mulej, m’intix tara kif oħti ħaliiet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmei xi ħaġa miegħi!

Kum: Qabeż il-Mulej u qalilha:

Mulej: Marta! Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA
Għażiż Ġesù ġrazzi tal-ħbieb kollha tagħna. Agħmel li kull min jiġi fid-dar tagħna jħoss dejjem l-imħabba ta’ bejnietna u li aħna nkunu dejjem lesti li nilqgħuh.

ID-DAR TIEGĦEK HI:

post fejn intom il-membri tal-familja tghixu flimkien fl-imhabba,
post fejn kulhadd jaghti s-sehem tieghu u jkun lest li jaghder u jahfer,
post fejn l-ghaqda tghin lil kulhadd jikber u jiskopri t-talenti li tah Alla.

Saċ: Qari mill-ktieb tal-Għerf. (Is 55,10-11)

Kum: Ma hemmx Alla ħliefek, li tieħu ħsieb kollox, u ma għandek turi lil ħadd li ma tonqosx meta tagħmel il-ħaqq. Il-qawwa tiegħek hi l-għajn tal-ġustizzja, u għax int sid ta’ kulħadd int kollox tagħder. Meta n-nies ma jemmnux fil-milja tal-qawwa tiegħek int turiha, u trażżan ‘il dawk li, għad li jafuha, jitkabbru miegħek. Għalkemm int sid il-qawwa int tagħmel il-ħaqq bil-ħniena, u b’kotra ta’ tjieba int tmexxina, int għandek is-setgħa, tagħmel li trid. B’dawn I-għemejjel tiegħek int għallimt lill-poplu tiegħek li l-bniedem ġust irid ikun ħanin. It-tama sabiħa int tajt lil uliedek, u tagħti lill-midin
bin żmien għall-indiema.

Saċ: II-Kelmatal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI Salm 64

MULEJ, INTI TAJJEB U TAĦFER

Int, Mulej, tajjeb u taħfer,
u kollok tjieba għal kull min isejjaħlek.
Agħti widen, Mulej, għat-talba tiegħi,
Isma’ l-leħen tal-ilfiq tiegħi. R/

ll-ġnus kollha, li għamilt,
jiġu jinxteħtu quddiemek,
u jsebbħu ismek, Sidi.
Għax kbir int, u egħmejjel tal-għaġeb tagħmel;
Int waħdek Alla. R/

Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb,
iddum biex tagħdab, kollok tjieba u fedelta’.
Ħares lejja u ħenn għalija,
agħti qawwa lill-qaddej tiegħek. R/

Saċ: Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu Iir-Rumani
(Rum 8, 18-23)

Kum: Ħuti: L-lspirtu jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna anqas biss nafu x’għandna nitolbu kif imiss, imma I- Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem
u Dak li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub jaf x’inhi x-xewqa tal-lspirtu, kif bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skond ma jrid Alla.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

HALLELUJAH HALLELUJAH.

Il-Kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija,
u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.

HALLELUJAH.

Saċ: Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew. (Mt 13,24-43)

Kum: F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies din il-parabbola

Ġesù: Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żera’ żerriegħa tajba fil-għalqa tiegħu. Iżda x’ħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żera’s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad
il-qamħ nibet u ħareġ iż-żbul, tfaċċat ukoll is- sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid il-għalqa u qalulu:

Qaddejja: Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fil-għalqa tiegħek? Mela s-sikrana minn fejn ġiet?”
Kum: Iżda hu qalilhom:

Sinjur: Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.

Qaddejja: Tridx, immorru niġbruha?

Kum: Qalulu l-qaddejja:

Sinjur: Le,

Kum: Qalilhom

Sinjur: Għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad, ngħid lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.

Kum: Gibilhom parabbola oħra u qalilhom:

Ġesù: Is-Saltnà tas-smewwiet tixbaħ lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fil-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha; iżda meta tikber, tkun I-
akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.

Kum: Qalilhom parabbola oħra:

Ġesù: Is-Saltna tas-Smewwiet tixbaħ lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.

Kum: Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:

Profeta: Niftaħ fommi bil-parabboli, nitkellem fuq ħwejjeġ moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.

Kum: Imbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu:

Dixxipli: Fissirhilna l-parabbola tas-sikrana fil-għalqa.

Kum: U weġibhom:

Ġesù Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-xitan; il-ħsad
ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli. Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja. Bin il-bniedem jibgħat l-anġli tiegħu, u huma jiġbru barra mis-Saltna tiegħu kull ma jġib it-tfixkil u kull min jagħmel il-ħażen, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar. Hemmhekk ikun hemm il-biki u t-theżżiż tas-snien. Imbagħad il-ġusti jsiru jiddu bhax-xemx fis-Saltna ta’ Missierhom. Min għandu widnejn ħa jisma’.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

TALBA
Mulej nitolbuk tagħtina l-għajnuna biex inkunu nistgħu nagħżlu t- tajjeb mill-
hażin. Agħmel li dejjem inkunu lesti li nitgħallmu dak kollu li tgħallimna. Għinna
nagħmlu dejjem ir-rieda tiegħek.

Saċ: Qari mil-ktieb ta’ Tobija (Tob 5,4-9)

Kum: Tobija ħareġ ifittex raġel li jaf it-triq, biex imur miegħu l-Medja, u kif ħareġ isib l-anġlu Rafel wieqaf quddiemu, u ma għarafx li kien l-anġlu t’Alla. U qallu:

Tobija: Fejn sejjer żagħżugħ?

Kum: U dak wieġbu:

Anġlu. Jien wieħed minn ulied Israel, ħutek, u ġejt infittex ix- xogħol.

Kum: U staqsieh:

Tobija: Tafha t-triq li tiehu għall-Medja.

Kum: U dak wieġbu:

Anġlu: “Iva, kemm-il darba kont hemm. Imdorri u naf it-toroq kollha. Bosta drabi mort Medja u qgħadt għand Gabajel, ħuna.

Kum: U Tobija qallu:

Tobija: Stennieni, żagħżugħ, sakemm immur ngħid lil missieri, għax naħtieġ li inti tiġi miegħi, u mbagħad inħallsek.

Kum: U dak qallu

Anġlu: Ara, nistenniek, imma tiddawwarx.

Kum: Tobija mar jgħid lil missieru Tobit, u qallu :

Tobija: Ara, jien sibt raġel, wieħed minn ħutna l-lsraelin.

Kum: Tobit wieġbu :

Tobija: Sejjaħlu lil dan il-bniedem, biex nara minn liema familja u tribu hu, u hux ta’ min jafdah biex jivvjaġġa miegħek, ibni.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 121

L-GĦAJNUNA TIEGĦI MINN GĦAND IL-MULEJ

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet,
mnejn se tiġini l-għajnuna?
L-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art. R/

Ma jħalli qatt li riġlejk jogħtor,
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod,
dak li jħares lil Israel. R/

ll-Mulej hu dak li jħarsek,
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tonqosx ix-xemx bin-nhar,
anqas il-qamar bil-lejl. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

ll-mogħdijiet tiegħek, Mulej għarrafni, mexxini fis-sewwa tiegħek.

HALLELUJAH

Sac: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. (Lq 10,25-37).

Kum: Mela jqum wieħed għaref fil-liġi u biex iġarrbu, staqsieh

Għaref: Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?

Kum: Qallu Ġesù’ :

Ġesù: Fil-liġi x’hemm miktub? Int x’taqra fiha?

Kum: U dak wieġeb:

Għaref: Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.

Ġesù: Sewwa weġibt. Agħmel hekk u tgħix.

Kum: Iżda dak, juri li kellu raġun, qallu:

Għaref: U l-proxxmu tiegħi min hu?

Kum: U Ġesù reġa qabad igħidlu:

Ġesù: Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm, u waqa f’idejn Il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu u ħallewh nofsu mejjet. Inzerta kien nieżel qassis minn dik it-triq u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. Hekk ukoll wieħed Levita, meta wasal hemm u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer. Imma kien għaddej minn hemm wieħed Samaritan, wasal ħdejh rah u tħassru. Resaq lejh, dewwielu l-ġriehi biż-żejt u l-inbid u rabathomlu, u mbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, wasslu f’lukanda u ħa ħsiebu. L-għada ħareġ biċċtejn flus, tahom lil tal-lukanda u qallu:

Sam: Ħu ħsiebu; jekk tonfoq xi ħaġa iżjed inroddhielek jien meta nerġa’ ngħaddi.

Ġesù: Minn dawn it-tlieta, int min jidhirlek li ġab ruħu ta’ proxxmu ma’ dak li waqa’ f’idejn il-ħallelin?

Għaref: Min ħenn għalih

Kum: Wieġbu dak. Qallu Ġesù.

Ġesù: Mur u agħmel hekk int ukoll.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

TALBA
Mulej idejk kienu jdejn li jafu jħennu, maħluqin biex jgħinu u jagħmlu l-ġid, biex ifejqu l-morda u jtaffu l-uġiegħ, biex ibier ku t-tfal u jaħslu r-riġlejn għajjenin, u biex jerfgħu ‘l min jaqa’. Mulej kienu jdejn tajba li lesti dejjem biex jgħinu.
Mulej jien nagħtik idejja. Nitolbok Mulej, ħudhom biex iservuk, għamilhom b’saħħithom u twajbin biex iħennu bħal idejk għal dawk kollha li jkollhom bżonn l-għajnuna. Mulej għinni nagħmel dan billi dejjem inżomm f’moħħi li jdejja tajthomli int biex nużahom kif trid int.

Saċ: Qari mill-ktieb tas-Slaten (1 Slaten 3,5-7)

Kum: F’Gibon il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl.

Mulej: Itlobni xi ħaġa x’nagħtik.

Salamun: Mulej, Alla tiegħi, lili, qaddej tiegħek, għadek kemm qegħidtni sultan flok David,missieri. Iżda jien għadni daqsxejn ta’żagħżugħ bla ma naf mnejn għandi ngħaddi. Il-qaddej tiegħek sab ruhu
f’nofs dan il-poplu li int għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’ jgħoddu jew iqisu. Agħti, għalhekk lill-qaddej tiegħek moħħ ħafif biex jifhem it-tajjeb mill-ħażin għax inkella min jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk kbira?

Kum: ll-Mulej ħa ġost li Salamun talab dil-ħaġa. Għalhekk qallu Alla:

Alla: La darba tlabt din il-ħaġa u ma tlabtnix ħajja twila, jew ħafna ġid jew il-ħajja tal-egħdewwa tiegħek – iva, talli tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi – hawn jien se nagħmel kif għidt int. Qed
nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek u anqas warajk ma jkun hawn. U mqar dak li ma tlabtnix se nagħtihulek sew ġid kif ukoll glorja, hekk li ma jkun hawn qatt
ebda sultan iehor bħalek. U jekk timxi ġo triqati, billi toqgħod għal-liġijiet u l-kmandamenti tiegħi kif mexa David missierek, nagħtik ukoll ħajja twila.

Kum: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI

ĦARISNI O ALLA GĦAX FIK JIEN NISTKENN

Jien għidt lill-Mulej, “Int Sidi;
M’għandix ġid ieħor ħliefek.”
It-twajbin huma l-kbar f’din l-art,
Fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi. R/

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,
Inti żżomm f’idejk xortija,
Il-kejl tani art li tgħaxxaq
messni sehem tassew għal qalbi. R/

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi
U ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Għax int ma titlaqnix fl-imwiet
Ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.
Int tgħallimni t-triq tal-ħajja.
Hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm il-għaxqa għal dejjem f’lemintek. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Iftaħli għajnejja Mulej
ħa nara l-egħġubijiet tal-liġi tiegħek.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew (Mt 7, 24-29)

Ġesù: Għalhekk kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ingħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il- blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarfitx, għax kellha s-sisien tagħha fuq il- blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ingħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir- ramel. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarfet: u kbira kienet il-qerda tagħha.

Kum: Ġara li meta Ġesù temm dan id-diskors, in-nies baqgħu mistagħġba bit-tagħlim tiegħu. Għax hu kien igħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa u mhux bħall-kittieba tagħhom.

Saċ: II-Kelmatal-Mulej
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej, nitolbok li tagħtina l-għerf biex aħna nkunu nistgħu nagħżlu t-tajjeb mill-ħazin u agħmel li dejjem inkunu lesti li nagħmlu dak kollu li tgħallimna I-Kelma tiegħek permezz tal- Bibbja.

Għinna nagħmlu dejjem ir-rieda tiegħek. B’ Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

Saċ: Qari mill-ewwel ktieb ta’ Samwel. (1 Sam 17, 31-50)

Kum: ll-kliem ta’ David semgħuh in-nies, u wassluh lil Sawl, u dan bagħat għalih. U David qal lil Sawl:

David: Ħadd ma għandu jaqta’ qalbu minn dan il-bniedem. Jien, il-qaddej tiegħek immur niġġieled ma’ dan il-Filisti.

Kum: U Sawl wieġeb lil David:

Sawl: Int ma tistax tmur quddiem dan il-Filisti u tiġġieled miegħu, għax int għadek żagħżugħ, u hu raġel tal-ġlied sa minn żgħożitu.

David: Il-qaddej tiegħek kien għadu jirgħa n-ngħaġ ta’ missieru, u meta kien jiġi xi ljun jew ors jaħtaf xi waħda mill-merħla, jien kont nagħmel għal warajh, nidorbu, u naħtafhielu minn ħalqu. U jekk
kien idur għalija, kont naqbdu minn ilħitu, nidorbu u noqtlu. II-qaddej tiegħek qatel l-iljun u l-ors; u dan il-Filisti bla ħtin ikun bħal wieħed minnhom, għaliex sfida l-eżerċti t’Alla l-ħaj.

Kum: U David issokta jgħid:

David: ll-Mulej li ħelisni minn ħalq l-iljun u l-ors, jeħlisni minn idejn dan il-Filisti.

Sawl: Mur u l-Mulej ikun miegħek.

Kum: Wieġeb Sawl. Sawl libbes lil David bl-armatura tiegħu, qegħidlu f’rasu l-elmu tal-bronż, u xiddlu l-kurazza. Imbagħad David tħażżem bix-xabla fuq l-armatura, u meta ġie biex jimxi, darba darbtejn, ma għamel xejn. Għalhekk qal lil Sawl:

David; Ma nistax nimxi b’dan kollu, m’iniex imdorri bihom.

Kum: Għalhekk neħħa kollox minn fuqu. David ħa l-ħatarf’idejh, għażel ħames ċagħqiet lixxi mill-wied, u qegħidhom fil-ħorġa ta’ ragħaj li kellu, ħa wkoll żbandola f’idejh, u qarreb lejn il-Filisti. Il-Filisti resaq lejn David bil-mod, u raġel bit-tarka quddiemu. Malli lemaħ lil David stmellu, għax rah żagħżugħ ruxxan u għajnejh ħelwin, u sabiħ fis-sura tiegħu. U l-Filisti qal lil David:

Filisti: Xi ħsibtni lili, xi kelb, biex ħriġt għalija bil-ħatar?

Kum: U beda jisħet lil David bl-allat tiegħu. U ssokta jgħid lil David:

Filisti: Ejja lejja biex nagħti laħmek lit-tajr tas-smewwiet u lill-bhejjem tal-art.

Kum: David wieġeb lil-Filisti:

David: Int ġejt lejja bix-xabla, bil-lanza u bil-vleġġa, iżda jien ġejt għalik b’isem il-Mulej tal-eżerċti, Alla tal-armata ta’ Israel li inti sfidajt. Illum stess il-Mulej jagħtik f’idejja, u jien nidorbok naqtagħlek
rasek minn fuqek, u l-iġsma tal-armata tal-Filistin nagħtihom illum stess lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem tal-art. U Kulħadd isir jaf li hemm Alla f’Israel. U din il-kotra tagħraf illi l-Mulej ma jsalvax bix-xabla jew bil-lanza, għax il-gwerra f’idejn il-Mulej, u llum se jitlaqkom f’idejna.

Kum: Il-Filisti qam u resaq lejn David; malli dan, David mar jgħaġġel fil-post tal-ġlied jiltaqa’ mal-Filisti. Daħħal idu fil-ħorġa, minnha ħareġ ċagħqa, waddabha bl-iżbandola, u laqat lill-Filisti fi ġbinu; iċ-ċagħqa daħlet fi ġbinu u waqa’ għal wiċċu fl-art. Hekk David rebaħ lill-Filisti bl-iżbandola u biċ-ċagħqa; laqtu u qatlu, bla xabla f’idejh.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Irrodu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI SALM 3

IT-TAMA TIEGĦI FIL-MULEJ

Kemm kotru, Mulej, l-egħdewwa tiegħi!
Ħafna huma dawk li qamu għalija;
Ħafna huma dawk li jgħidu fuqi
“M’hemmx salvazzjoni għalih f’Alla. R/.

Imm’int, Mulej, tarka madwari,
Inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi.
Jiena b’leħen għoli l-Mulej insejjaħ;
Hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu R/.

Immur nimtedd u norqod;
u nqum, għax il-Mulej iżommni.
Ma nibżax minn poplu sħiħ
li jinġema’ madwari kontrija R/.

HALLELUJAH HALLELUJAH

Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,
Twajjeb fl-egħmil tiegħu kollu!

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mark (Mk 10, 13-16)

Kum: Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex imisshom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù meta ra hekk, inkorla u qalilhom:

Ġesù: Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna t’Alla. Tassew, ngħidilkom, li min is-Saltna t’Alla ma jilqagħhiex b’qalb ta’ tifel ċkejken ma jidħolx fiha.

Kum: Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.

Saċ: ll-Kelmatal-Mulej
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej, int taf x’jiġifieri tkun waħdek għax kemm in-nies kif wkoll id-dixxipli tiegħek telquk. Nitolbok Mulej tħallini qatt waħdi.
Nirringrazzjawk talli fil-ħajja tiegħek urejtna li inti tħobb lil kulħadd speċjalment it-tfal iż-żgħar li ridthom jibqgħu miegħek.

IL-BNIEDEM JIBŻA’ GĦAX JAĦSEB Ll ALLA JINSIEĦ

Meta l-poplu Lhudi ħareġ mill-Eġittu w kien fid-deżert ħaseb li Alla nsieh- beża’ għax kien waħdu għalhekk ġabar id-deheb li minnu għamlu għoġol.

Saċ:Qari mill-ktieb tai-Eżodu. (Eż 32,1 -14)

Kum: ll-poplu, meta ra li Mosè ddawwar ma niżel minn fuq il-muntanja,
inġabar madwar Aron u qallu:

Poplu: Qum u agħmlilna allat li jimxu quddiemna, għax dan Mosè, il-bniedem li tellagħna mill-art tal-Eġittu, ma nafux x’sar minnu.

Kum: Aron weġibhom:

Aron: Neħħu l-imsiele t tad-deheb li hemm imdendlin ma’ widnejn in-nisa tagħkom u ta’ wliedkom, subien u bniet, u ġibuhomli.

Kum: U l-poplu kollu neħħa l-imsielet tad-deheb li kellhomf’widnejhom, u ġibuhom lil Aron. U ħadhom minn idejhom, xeħethom fil- forma, u għamel għoġol tal-metal imdewweb. U qalu:

Poplu: Dawn huma l-allat tiegħek, ja lsrael, li tellgħuk mill-art tal- Eġittu.

Kum: Malli ra dan Aron bena artal quddiemhom u għamel sejħa u qal:

Aron: Għada ssir festa lill-Mulej.

Kum: U bakkru filgħodu, offrew is-saġrifiċċji u ġiebu offerti tas-sliem. U l-poplu kollu qagħad jiekol u jixrob, u mbagħad qamu jixxalaw. II-Mulej qai lil Mosè,

Mulej: Mur u inżel, għaliex tħassar il-poplu tiegħek, li inti tellajt mill-Eġittu. Malajr warrbu mit-triq li jiena wrejthom: għamlu għalihom għoġol tal-metall imdewweb, niżlu fl-art iqimuh, u offrewlu sagrifiċċji u qalu: “Dawn huma l-allat tiegħek, Israel, li tellgħuk mill-art tal- Eġittu.”

Kum: U l-Mulej issokta jgħid lil Mosè:

Mulej: Jiena ħarist lejn dan il-poplu, u rajt li hu poplu ta’ ras iebsa. Ħallini waħdi, issa, ħalli nixgħel bil-korla tiegħi għalihom u neqridhom. U lilek nagħmlek ġens kbir

Kum: Mosè mbagħad talab bil-ħniena quddiem il-Mulej Alla tiegħu, u qal:

Mosè: Għaliex, Mulej, tixgħel il-korla tiegħek għall-poplu tiegħek, li inti, b’ħila kbira u b’id qawwija, ħrigtu mill-art tal-Eġittu? Il-għala għandhom igħidu I-Egizzjani: “Araw x’deni għamlilhom: ħariġhom
biex itemmhom fil-muntanja u jeqridhom minn wiċċ l-art?” Erġa’ lura mis-sħana tal-korla tiegħek, u raġġa’ lura l-ħsara li trid tagħmel lill-poplu tiegħek. Ftakar f’Abraham, f’Iżakk u f’lsrael, Iil-qaddejja
tiegħek, li int ħliftilhom bik innifsek u għidtilhom: “Inkattar in-nisel tagħkom bħall-kwiekeb tas-sema, u din l-art kollha, li jien wegħidt, nagħtiha lil nisilkom bħala wirt għal dejjem.”

Kum: U l-Mulej nidem mill-ħsara li qal li kien se jagħmel lill-poplu tiegħu.

Saċ: ll-kelmatal-Mulej.
Irroddu ħajr III Alla.

SALM RESPONSORJALl Salm 27

IL-MULEJ ID-DAWL U S-SALVAZZJONI TIEGĦI

ll-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi;
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu kenn tiegħi;
quddiem min għandi nitwerwer?
Meta jqumu għalija l-ħżiena,
biex jaħtfuni u jiekluni,
dawk li għandhom għalija, l-egħdewwa tiegħi,
huma jiftixklu u jaqgħu. R/

Imqar jekk eżerċtu jqum għalija,
xejn ma tibża’ qalbi;
Imqar jekk gwerra tqum kontrija,
jiena nibqa’ qalbi qawwija. R/

Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej,
ħaġa waħda nfittex;
li ngħammar f’dar il-Mulej
tul il-jiem kollha ta’ ħajti;
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej
u nbakkar fit-tempju tiegħu. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Ejjew għandi intom li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin
u jien inserraħkom.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mark. (Mk 4,35-41)

Kum: Dak in-nhar, x’ħin sar filgħaxija qalilhom:

Ġesù: Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor.

Kum: Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam, riefnu kbir, u mewġ beda tiela’ għal ġo d-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-
poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu:

Appostli: Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?

Kum: Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar:

Ġesù Iskot! Biżżejjed!

Kum: U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom:

Ġesù: Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?

Kum: U qabadhom biża’ kbir, u bdew igħidu lil xulxin:

Appostli: Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?

Saċ: Il-Kelmatal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej grazzi tal-imħabba kollha li int tagħtina, u talli ma toqgħodx tagħti każ in-nuqqasijiet tagħna.
Mulej il-qawwa kbira tal-imħabba tiegħek tirbaħ kull biża’li aħna jista’ jkollna. Għamel għalhekk li aħna dejjem inħossuk qrib tagħna, kemm meta jkollna xi problema u anki meta kollox ikun sejjer sew. Ġesù int dejjem miegħi anki meta naħseb li jiena waħdi Int dejjem tkun miegħi u qatt ma tħallini. Int timxi quddiemi. u turini t- triq. Ammen.

Saċ: Qari mit-tieni ittra lil Timotju. (2 Tim 3,10-17)

Kum: Imma int imxejt warajja fit-tagħlim tiegħi, fl-imġieba tiegħi, fil-pjan u t-twemmin tiegħi; fis-sabar, fl-imħabba u fil- perseveranza tiegħi; fil-persekuzzjonijiet u t-tbatijiet li ġew fuqi fAntijokja, f’Listra. X’persekuzzjoni għaddejt minnhom! Iżda ħelisni l-Mulej minnhom kollha. U dawk li jridu jgħixu ħajja tajba fi Kristu Ġesù Ikoll jgħaddu mill-persekuzzjoni. Imma n- nies il-ħżiena u l-uċuħ b’oħra jmorru mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu. lmma int ibqa’ miexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu, u għax sa minn żogħżitek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa, li jistgħu jagħtuk il- għerf li jwassal għas-salvażzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù. L-lskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed igħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem t’Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma tajba.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI Salm4

WEĠIBNI META NSEJJAĦLEK

Weġibni, meta nsejjaħlek,
Alla tal-ġustizzja tiegħi;
oħroġni fil-wisa’ meta nkun imdejjaq,
ħenn għalija u isma’ talbi.
Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom?;
Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb? R/

Kunu afu li I-Mulej wera tjieba kbir miegħi
jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.
Triegħdu bil-biża’, u la tidinbux;
aħsbu f’qalbkom bil-lejl, u isktu! R/

Offru s-sagrifiċċju li għandkom tagħmlu;^
u ittamaw fil-Mulej._
Ħafna jgħidu: “Min jurina r-riżq?”
Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek.

Int nissilt l- hena f’qalbi,
aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.
Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem,
għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħdni. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Mulej, Ġesù, fissrilna 1-lskrittura,
ħeġġilna qalbna, int u tkellimna.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. (Lq 24,13- 35)

Kum: Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi seba’ mili ‘l boghod minn Ġerusalem, jitħaddtu bejniethom fuq bogħod minn kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkellmu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnehom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom:

Ġesù: X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?

Kum: U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Imbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu:

Dixxiplu: Inti waħdek il-barrani f’Ġerusalem li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?

Ġesù: X’ġara?

Kum: Staqsiehom Ġesù. Qalulu:

Dixxipli: Dak li ġara lil Ġesù ta’ Nażaret, li kien profeta setgħan fl-egħmil u l-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu, kif il-qassisin il-kbar u l-kapijiet tagħna tawh f’idejn il-gvernatur biex ikun ikkundannat għall-mewt u sallbuh. Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Israel; iżda issa, fuq mewtu ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn il-ġrajjiet! Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna hasduna, għax marru kmieni ħdejn il-qabar u l- katavru tiegħu ma sabuhx; ġew igħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj. Imbagħad marru ħdejn il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx!

Kum: Qalilhom Ġesù

Ġesù: Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kull ma qalu l-profeti! U ma kellux il-messija jgħaddi minn dawn il-ħwejjeġ u hekk jidħol fil-glorja tiegħu?

Kum: U beda minn Mosè u l-profeti kollha jfissrilhom kull ma kien hemm fl-Iskrittura fuqu. Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin, hu għamel ta’ birruħu li hu kien se jibqa’ sejjer aktar ‘il bogħod. Iżda huma ġiegħluh jibqa’ magħhom u qalulu:

Dixxiplu: Ibqa’ magħna għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm.

Kum: U mbagħad daħal biex joqgħod magħhom. U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom. Imbgħad infetħulhom għajnejhom u għarfuħ, iżda hu għab minn quddiemhom. U wieħed lill-ieħor bdew igħidu:

Dixxipli: Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?

Kum: Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura f’Ġerusalemm. Hemm sabu lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien, u dawn qalulhom:

Appostli: Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!

Kum: U huma tarrfulhom ukoll x’kien ġralhom fit-triq kif kienu għarfuh huwa u jaqsam il-ħobż.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mill-Kotba kollha l-isbaħ wieħed huwa l-Bibbja. Grazzi Mulej tal-Kelma tiegħek, li int wassaltilna permezz tal-Bibbja. Ngħidulek grazzi għal dawk li kitbuha u għal dawk kollha li għenu biex il-Bibbja tkun tista’ tiġi maqlubna bil-lingwa tagħna biex aħna nkunu nistgħu naqrawha.
Nirringrazzjawk ukoll Mulej għal dawk kollha li jgħinuna biex nifhmuha, l-iskola, il-Knisja, u anki d-dar. Nitolbuk Mulej biex inti tgħina nsiru nafu iktar lil Ġesù permezz tal-Vanġelu u nsiru nħobbuh dejjem iktar. Ammen.

Saċ: Qari mill-Ktieb tal-Eżodu. (Eż 3,1 -12)

Kum: Mosè kien jirgħa l-merħla ta’ ħatnu Ġetru, qassis ta’ Midjan, u ħa l-merħla ‘l hemm fid-deżert, u wasal sa ħdejn Ħoreb, il-mun tanja t’Alla. Hawn deherlu l-Anġlu tal-Mulej f’ħuġġieġa nar qalb l-
għollieq. Mosè ħares u ra l-għollieq jaqbad bin-nar bla ma jintemm.

Mosè:Ħa nersaq u nara din id-dehra tal-għaġeb għala mhux jinħaraq l-għollieq.

Kum: ll-Mulej rah riesaq biex jara, u Alla sejjaħlu minn qalb l- għollieq u qallu:

Alla: Mosè Mosè!

Kum: Wieġeb Mosè:

Mosè: Hawn jien!

Kum: U l-Mulej qallu:

Alla La tersaqx ‘il hawn. Neħħi l-qorq minn riġlejk, għax il-post li inti fuqu hu art qaddisa.

Kum: Mosà għatta wiċċu għax beża’ jħares lejn Alla. U l-Mulej qallu:

Alla: Jieh ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu. U jien smajt il-karba tagħhom minħabba fl-argużini tagħhom u għaraft l-uġigħ tagħhom. Issa nżilt biex neħlishom minn idejn l-Eġizzjani u biex
intellagħhom minn dik l-art u neħodhom f’art tajba u wiesgħa, f’art tnixxi ħalib u għasel, art il-Kangħanin u I- Ħittin, l-Amurrin u l-Perizzin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin. U issa, ara, il-karba ta’ wlied lsrael
waslet sa għandi u rajt ukoll it- tgħakkis li bih qegħdin igħakksuhom l-Eġizzjani. Ejja, mela, ħa nibagħtek għand il-Fargħun biex toħroġ lil ulied Israel, il-poplu tiegħi mill-Eġittu.

Kum: Mosè wieġeb lil Alla:

Mosè: Min jien biex immur quddiem il-Fargħun u noħroġ lil ulied Israel mill-Eġittu?

Kum: U Alla wieġbu:

Alla: Jien inkun miegħek, u dan ikun is-sinjal li jien bgħattek: meta tkun ħriġt il-poplu mill-Eġittu, intom qimu lil Alla fuq din il- muntanja.

Saċ: Il-Kelmatal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 89

IT-TJIEBA TAL-MULEJ IRRID DEJJEM NGĦANNI

Ifaħħru s-Smewwwiet egħġubijietek, Mulej,
u l-fedelta’ tiegħek fil-ġemgħa tal-qaddisin.
Għax min hemm fis-sema daqs il-Mulej?
Min jixbah lill-Mulej fost dawk li hemm fis-sema? R/

Mulej, Alla tal-eżerċti, min hu bħalek?
Int qawwi, Mulej, u l-fidili tiegħek madwarek.
Int taħkem fuq il-baħar imqalleb;
meta jqumu l-imwieġ int trażżanhom. R/

Driegħ kollu qawwa hu driegħek,
b’saħħitha idejk, merfugħa lemintek.
Fuq id-dritt u l-ġustizzja mibni t-tron tiegħek;
tjieba u fedelta’ jgħaddu quddiemek. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu, twajjeb fl-egħmil tiegħu kollu.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Luqa. (Lq 11, 5-13)

Kum: Qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu:

Ħabib Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib, tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.

Kum: U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu:

Ħabib: Iddejjaqnix, issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.

Ġesù: Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum, jagħtih kullma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu. U jien ngħidilkom itolbu u jingħatalkom.fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom.
Għax min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib, u min iħabbat, jiftħulu. Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk
intom nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis- smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej nirringrazzjawk tal-qawsalla u tal-kuluri sbieħ tagħha. Kemm hu sabiħ li toqgħod tħares lejha wara xi ġurnata xita. Grazzi Muiej talli int żammejt il-wegħda tiegħek. Ammen.

Grazzi Mulej talli żammejt il-wegħdiet li Int għamiltilna fil- Bibbja u, nitolbuk biex int tgħin lilna nżommu l-wegħdiet kollha li nagħmlu. B’Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

Alla ħalaq kollox – u jibqa’ jieħu ħsieb il-ħolqien. Alla jridna wkoll nieħdu ħsieb
il-ħolqien.

Saċ: Qari mill-Ktieb tai-Ġenesi. (Ġen 1,2,1-4)

Kum: Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art; u kienet l-art taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-abissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar riħ t’Alla. U qal Alla:

Alla: Ħa jkun id-dawl.

Kum: U d-dawl sar. U ra Alla d-dawl li kien tajjeb. U Alla fired id-dawl mid-dlam. U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam sejjaħlu lejl. U dalam u sebaħ – l-ewwel jum. U qal Alla:

Alla: Ħa jkun hemm medda f’nofs l-ilmijiet u tifred ilma min ilma.

Kum: U Alla għamel il-medda u fired l-ilma ta’ taħt il-medda mill-ilma ta’ fuq il-medda. U hekk sar. U I-medda Alla semmieha sema. U dalam u sebaħ – It-tieni jum. U qal Alla:

Alla: Ħa jinġemgħu naħa waħda l-ilmijiet ta’ taħt is-sema u jidher I- inxif.

Kum: U hekk sar. U sejjaħ Alla l-inxif art; u l-ġemgħa tal-ilma sejħilha baħar. U Alla ra li kollox kien tajjeb. U qal Alla:

Alla: Ħa tnibbet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa, siġar li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa ġo fih skond għamliethom, fuq l-art.

Kum: U hekk sar. U nibbtet l-art il-ħaxix, ħaxix li jagħmel iż-żerriegħa skond għamlietu u s-siġar jagħmlu l-frott biż-żerriegħa skond għamlietu u ra Alla li kien tajjeb. U dalam u sebaħ – It tielet jum. U qal Alla:

Alla: Ħa jkun hemm imnariet fil-firxa tas-sema biex jifirdu l-jum mil-lejl, u jkun sinjal għat-tqassim taż-żminijiet, tal-jiem u tas- snin. U jkun hemm imnariet fil-firxa tas-sema biex idawlu l-art.

Kum: U hekk sar. U għamel Alla ż-żewġt imnariet il-kbar; l-imnara l- kbira biex trieġi l-jum, u l-imnara ż-żgħira biex trieġi l-lejl, u l-kwiekeb. U Alla qegħidhom fil-firxa tas-sema biex jiddu fuq l-art, u jrieġu l-jum u l-lejl u jifirdu d-dawl mid-dlam. U Alla ra li kien tajjeb. U dalam u sebaħ – Ir-raba’ jum. U qal Alla:

Alla: Jiżgħed l-ilma b’kotra ta’ ħlejjaq ħajjin u jittajru t-tjur fuq I-art fil-wesgħa tas-smewwiet.

Kum: U Alla ħalaq il-ħut il-kbir u l-annimali kollha li jitkaxkru, li bihom miżgħud l-ilma, skond ġenshom, u t-tajr bil-ġwienaħ skond ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb. U berikhom Alla u qalilhom:

Alla: Ferrgħu u oktru, u imlew l-ilma tal-ibħra; u joktor it-tajr fuq l-art.

Kum: U dalam u sebaħ – ll-ħames jum. U qal Alla:

Alla: Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skond ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru, u bhejjem selvaġġi, skond ġenshom.

Kum: U hekk sar. U għamel Alla il-bhejjem selvaġġi skond ġenshom, u l- bhejjem tad-dar skond ġenshom, u l-ħlejjaq kollha, li jitkaxkru fuq l-art skond ġenshom. U ra Alla li kien tajjeb. U qal Alla:

Alla: Ħa nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna, u jaħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tajr tal-ajru, fuq il-bhejjem tad-dar u fuq il-bhejjem selvaġġi, u fuq il-ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-art.

Kum: U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom. U berikom Alla u qalilhom:

Alla: Nisslu u oktru u mlew l-art, u s-siġar kollha li jagħmlu l-frott biż-żerriegħa dawn kollha jkunu għall-għajxien tagħkom. U lill-bhejjem kollha selvaġġi u t-tajr kollha tal-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fl-art li fihom nifs il-ħajja; nagħtihom il-ħaxix kollu aħdar għall-għajxien tagħhom.

Kum: U hekk sar. U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u ara, kollox kien tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ – Is sitt jum. U hekk intemmu s-sema u l-art bit-tagħmir kollu tagħhom. U fis-seba’ jum Alla temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel, u waqaf fis-seba’ jum mix-xogħol tiegħu li kien għamel. U bierek Alla s-seba’jum u qaddsu, għax kien waqaf mix-xogħol kollu tiegħu li kien għamel fil-ħolqien.Dan hu nisel is-sema u l- art fil-ħolqien tagħhom.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI Salm 04

BIEREK RUĦ TIEGĦI IL-MULEJ

Bierek, ruħ tiegħi il-Mulej.
Mulej, Alla tiegħi inti kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes,
bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.
Inti frixt is-smewwiet bħal tidna,
waqqaft fuq l-ilma l-agħmajjar għolja tiegħek. R/

Int tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek,
fuq ġwienaħ ir-riħ tiġġerra.
L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek,
u l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek. R/

Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha,
b’mod li qatt ma titħarrek;
bl-ibħra bħal b’libsa, inti ksejt;
u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet il-għoljiet. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Iftħilna qalbna, Mulej biex nifhmu dak li jgħidilna Ibnek.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. (Mt 6,25-34)

Ġesù: Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema: la jiżirgħu, lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! Intom ma tiswewx aktar minnhom? U min minnkom, bl-inkwiet kollu
tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’xiber wieħed biss? U għall-ilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji tal-għelieqi kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu.
Madanakollu, ngħidilkom, anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu ma kien jilbes bħal wieħed minnhom. Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn,
kemm aktar lilkom, nies ta’ fidi ċkejkna! Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu, ‘X’se nieklu? jew ‘X’se nixorbu? jew ‘X’se nilbsu?, għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-
pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu tiħteġuh. Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja tiegħu, u dan kollu jingħatallkom ukoll. Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-
għada, għax il-jum ta’ għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA
Grazzi tad-dinja ii fiha ngħixu.
Grazzi taI-ikel li aħna nieklu.
Grazzi tal-għana tant sabiħ tal-għasafar.
Grazzi Mulej għal dak kollu li ħlaqt.
Ammen.

Saċ: Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (Is 55,1-3)

Kum: Dan igħid il-Mulej:
Intom li bikom il-għatx, ejjew għall-ilma; intom ukoll li ma għandkomx flus, ejjew ixtru u kulu b’xejn, inbid u ħalib bla ħlas. Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhux ħobż u ġidkom fdak li ma jxebbax? Isimgħu minni u tieklu tajjeb, u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin. Agħtuni widen u ersqu lejja, isimgħu u tieħdu r- ruħ. Nagħmel patt magħkom għal dejjem, skond il-wegħdiet li mħabbti għamlet lil David.

Saċ: II-kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 145

MULEJ, INTI TTAFFI X-XEWQAT TAGĦNA.

Il-Mulej tajjeb u ħanin,
idum biex jagħdab u kollu tjieba,
Twajjeb il-Mulej ma’ kulħadd,
u ħnientu akbar minn kull ma għamel. R/

Għajnejn kulħadd fik jittamaw, Mulej
u inti f’waqthom tagħtihom jieklu:
Int tiftaħ idek,
u ttaffi x-xewqa ta’ kull min igħix. R/

Gust il-Mulej fl-imġieba tiegħu kollha,
twajjeb fl-egħmil tiegħu kollu.
Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu,
lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti,
igħid il-Mulej u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelju skond San Mattew. (Mt 14, 13-21)

Kum: F’dak iż-żmien: Meta sema’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. lmma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. X’ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra ta’ nies u tħassarhom u fejqilhom il-morda tagħhom. X’ħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu:

Dixxipli: Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom in-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.

Kum: Imma Ġesù qalilhom:

Ġesù: Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.

Kum: U huma qalulu:

Dixxipli: Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.

Kum: Ġibuhomli hawn,qalilhom. Imbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix, ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet,refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-
dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba’; u ġabru li fadal u mlew bihom tnax-il qoffa. U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra min-nisa u t-tfal.

Saċ: ll-kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Grazzi Ġesù talli tmajt lin-nies li ġew warajk biex jisimgħuk titkellem. Illum ukoll għadek tkellimna u tistedinna biex nisimgħuk u nagħmlu dak li jogħġob lilek. Għinna niġu warajk u nisimgħuk kif għamlu n-nies ta’ żmienek. Irridu ngħidulek grazzi ta’-ikel li tipprovdilna ta’ kuljum u nitolbuk għal dawk kollha li jmmorru jaħdmu biex iġibulna l-ikel ta’ kuljum. Għin lil dawk in-nies kollha, b’mod speċjali lit-tfal, li minħabba l-faqar u l- gwerra m’għandhomx x’jieklu.

Abraham kien raġel onest. Martu kien jisimha Sara: Kellu ħafna qaddejja u
mrieħel ta’ ngħaġ u mogħoż. Iżda tfal ma kellux.

Saċ: Qari mill-ktieb tal-Ġenesi. (Ġen. 12,1-7)

Kum: U l-Mulej qal lil Abraham:

Mulej: Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U jien nagħmlek ġens kbir, imbierek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka. Jiena nbierek lil min ibierek, u nisħet lil min jisħtek. U jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art.

Kum: U telaq Abraham kif kien qallu l-Mulej; u mar miegħu Lot. U Abraham kellu ħamsa u sebgħin sena meta ħareġ minn Ħaran. U ħa miegħu Abraham ‘l Sara martu, u ‘l Lot, bin ħuh, u l-ġid kollu li
kienu għamlu, u n-nies li kienu kisbu f’Ħaran u ħarġu biex imorru fl-art ta’ Kangħan u waslu f’art Kangħan. U Abraham qasam l-art sas-santwarju ta’ Sikem, sal-balluta ta’ Mori; u dak iż-żmien kien
hemm il-Kangħanin fl-art. U l-Mulej deher lil Abraham u qallu:

Mulej: Lil nislek għad nagħti din l-art.

Kum: U hemm bena artal lill-Mulej, li kien deherlu. Minn hemm telaq lejn il-muntanja fuq in-naħa tal-lvant ta’ Betel, u waqqaf il-għarix tiegħu hemm, b’Betel fuq il-punent u Għaj fuq il-lvant. U bena hemm artal lill-Mulej u sejjaħ isem il-Mulej. U Abraham baqa’ sejjer, miexi miexi, lejn in-Negeb.

Saċ: ll-kelmatal-Mulej
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 27

IL-MULEJ ID-DAWL U S-SALVAZZJONl TIEGĦI

Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi;
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu l-kenn tiegħi;
quddiem min għandi nitwerwer?

Meta jqumu għalija l-ħżiena,
biex jaħtfuni u jekluni,
dawk li għandhom għalija, l-għedewwa tiegħi;
huma jitfixklu u jaqgħu. R/

Imqar jekk eżerċtu jqum għalija,
xejn ma tibża’ qalbi;
imqar jekk gwerra tqum kontrija;
jiena nibqa’ qalbi qawwija. R/

Ħaġa waħda tlabt lill-MuIej,
ħaġa waħda nfittex:
li ngħammar f dar il-Mulej
tul il-jiem kollha ta’ ħajti:
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej
u nbakkar fit-tempju tiegħu. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Tibżax, Żakkarija, martek Eliżabetta se tagħtik iben u int issemmih
Ġwanni. Hu ikun kbir quddiem il-Mulej.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mili-Evanġelu skond San Luqa. (Lq 1, 8-20)

Kum: Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta’ qassis quddi em Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu, u, skond id-drawwa tal-liturġija, intgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis- santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens. Waqt ir-rit ta’ I- inċens il-kotra kollha tal-poplu kienet qiegħda titlob barra.
U deherlu anġlu tal-Mulej wieqaf in-naħa tal-lemin tal-artal ta’ inċens. Żakkarija malli rah, tħawwad u waqa’ biża’ fuqu. Imma l-anġlu qallu:

Anġlu: Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet; martek Eliżabetta se tagħtik iben; u inti ssemmih Ġwanni. Din tkun għalik ħaġa li tqanqlek bil-ferħ u thennik ħafna u jkun hemm bosta li jifirħu bit-twelid tat-tifel. Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda nbid jew xorb qawwi, u jimtela bi Spirtu Qaddis sa minn ġuf ommu.

Huwa jreġġa’ lil ħafna minn ulied Israel lejn il-Mulej Alla tagħhom, u hu ġej qabel il-Mulej mimli bl-lspirtu u l-qawwa ta’ Elija, biex ireġġa l-qlub tal- missirijiet lejn uliedhom u lil dawk li ma jridux
jobdu jreġġa’ għhom għall-għaqal tal-ġusti, ħalli b’hekk ilesti poplu, mħejji sewwa għall-Mulej.

Kum: lmma Żakkarija qal lill-anġlu:

Żakkarija: Kif inkun żgur minn dan? Għax jiena raġel xiħ, u marti mdaħħla fiż-żmien!

Kum: Wieġeb l-anġlu u qallu:

Anġlu: Jiena Gabrijel, li qiegħed quddiem Alla. Hu bagħatni nkellmek u nwassallek din il-bxara t-tajba. U issa, talli int ma emmintx kliemi, li għad iseħħ meta jasal il-waqt, ara int tibqa’ mbikkem u ma tkunx tista’ titkellem sa dak in-nhar li jiġri kull ma ħabbartlek.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej, aħna nitgħallmu minn min hu ikbar minna. Abraham għallem lit-tifel tiegħu Iżakk u Eliżabetta u Żakkarija għallmu lit-tifel tagħhom Ġwanni. Nitolbuk għall-ġenituri tagħna biex ikunu ħbieb tiegħek u lilna jgħallmuna kif għandna nġibu ruħna ħalli meta nikbru aħna nibqgħu nħobbuk.

Mosè twieled fl-Egittu minn mara Lhudija. Biex teħilsu mill-mewt ommu ħbietu fix-mara u sabitu bint il-Fargħun. Trabba u kiber fil-palazz sakemm kellu jaħrab għax qatel lil wieħed Eġizzjan.

Saċ: Qari mill-ktieb tal-Eżodu. (Eż 3,1-12).

Kum: Mosè kien jirgħa I-merħla ta’ ħatnu Ġetro, qassis ta’ Midjan, u ħa l-merħla ‘I hemm fid-deżert, u wasal sa ħdejn Ħoreb, il- muntanja ta’ Alla. Hawn deherlu l-Anġlu tal-Mulej f’ħuġġieġa nar qalb il-
għolliq. Mosè ħares u ra l-għolliq jaqbad bin-nar bla ma jintemm. Mosè qal:

Mosè: Ħa nersaq u nara din id-dehra tal-għaġeb għala mhux jinħaraq il-għolliq.

Kum: Il-Mulej rah riesaq biex jara, u Alla sejjaħlu minn qalb il-għolliq u qallu:

Alla: Mosè Mosè!

Kum: Wieġbu Mosè:

Mosè: Hawn jien!

Kum: U l-Mulej qallu:

Alla: La tersaqx ‘il hawn. Neħħi l-qorq minn riġlejk, għax il-post li inti fuqu hu art qaddisa. Jien hu Alla ta’ missirijietek: Alla ta’ Abraham, Alla ta Iżakk u Alla ta’ Ġakobb.

Kum: Mosè għatta wiċċu għax beża’ jħares lejn Alla. U l-Mulej qallu:

Alla: Jien ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu. U jien smajt il-karba tagħhom minħabba fl-argużini tagħhom u għaraft l-uġigħ tagħhom. Issa nżilt biex neħlishom minn idejn l-Eġizzjani u biex
intellagħhom minn dik l-art u neħodhom f’art tajba u wiesgħa, f’art tnixxi ħalib u għasel, art il-Kangħanin u l-Ħittin, l-Amurrin u I-Perizzin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin. U issa, ara, il-karba ta’wlied Israel
waslet sa għandi u rajt ukoll it- tgħakkis li bih qegħdin igħakksuhom l-Eġizzjani. Ejja, mela, ħa nibagħtek għand il-Fargħun biex toħroġ lil ulied Israel, il-poplu tiegħi mill-Eġittu.

Kum: Mosè wieġeb lil Alla:

Mosè: Min jien biex immur quddiem il-Fargħun u noħroġ lil ulied Israel mill-Eġittu?

Kum: U Alla wieġbu:

Alla: Jien inkun miegħek, u dan ikun is-sinjal li jien bgħattek: meta tkun ħriġt il-poplu mill-Eġittu, intom tqimu lil Alla fuq il- muntanja.

Saċ: Il-Kelmatal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 25

LEJK JIEN NERFA’ ĦUĦI MULEJ, ALLA TIEGĦI

Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej, Alla tiegħi.
Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad;
ma jifirħux l-egħedewwa tiegħi minħabba fija.
Kull min jittama fik ma jkollux għax jitħawwad;
jitħawwad min malajr jonqos mill-Kelma. R/

Triqatek, Mulej, għarrafni,
ll-mogħdijiet tiegħek għallimni.
Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni,
għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.
Għalik nixxennaq il-jum kollu. R/

Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek,
għax huma minn dejjem, Mulej.
Tiftakarx fil-ħtijiet u d-dnubiet ta’ żgħożitek;
inti tajjeb, Mulej: ftakar fija skond it-tjieba tiegħek. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skond kelmtek.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelu skond San Luqa. (Lq 1,26-38)

Kum: lmbagħad fis-sitt xaħar Alla bagħat I-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Gużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu
daħal għandha u qalilha:

Anġlu: Ifraħ mimlija bil-grazzja, il-MuIej miegħek.

Kum: Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha:

Anġlu: Tibżax, Marija għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. U dan jkun kbir, u jkun it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.

Kum: Iżda Marija qalet lill-anġlu:

Marija: Kif ikun dan, ladarba jiena verġni?

Kum: Wieġeb l-anġlu u qalilha:

Anġlu: L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjah Bin Alla. Ara il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kien igħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.

Kum: Imbagħad qalet Marija:

Marija: Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!

Kum: U l-Anġlu telaq minn quddiemha.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu

TALBA

Mulej, la Mosè u lanqas Marija ma qatt ħasbu li int ridthom jaħdmu
daqshekk qrib tiegħek li tajthom missjoni hekk speċjali. Nixtieq ngħidlek
li jekk trid xi haġa speċjali minni jien lest li nghidlek iva. Nitolbok biex
minn issa, li għadni żghir, ma nagħmilx biss dak li jogħġobni imma naqdi d-
dmirijiet tiegħi u nagħmel dak li jgħiduli l-ġenituri.

Il-mara Anna talbet lil Alla biex ikollha tarbija u wegħditu li t-tifel li jkollha tagħtih ‘I Alla biex jaqdih fit-tempju. It-tifel Samwel trabba fit-tempju mal-qassis Għeli. Samwel mexxa l- poplu Lhudi u għallmu biex dejjem jobdi l-liġi ta’ Alla.

Saċ: Qari mill-ewwel ktieb ta’ Samwel (1 Sam 3, 1-10, 19-20)

Kum: Iż-żagħżugħ Samwel kien jaqdi l-Mulej ma’ Għeli imma l-kelma tal-Mulej kienet rari f’dak iż-żmien, ftit kien hemm dehriet. Ġara li, jum wieħed, Għeli kien nistrieħ f’postu, għax għajnejħ kienu bdew jintfew, u ma kienx għadu jista’ jara. Il-musbieħ ta’ Alla kien għadu ma ntefiex u Samwel kien mimdud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta’ Alla. Il-Mulej sejjaħ:

Mulej: Samwel!

Kum: U dan wieġeb:

Samwel: Hawn jien

Kum: U mar jiġri għand Għeli u qallu:

Samwel: Hawn jien, għalfejn sejjaħtli?

Għeli: Ma sejjaħtlekx, erġa mur imtedd.

Kum: U raga mar jorqod. U ssokta l-Mulej issejjah:

Mulej: Samwel!

Kum: U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu:

Samwel: Hawn jien. Għalfejn sejjaħtli ?

Għeli: Ma sejjaħtlekx, ibni erġa mur orqod.

Kum: Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttgħarrfitlu l-kelma tal-Mulej. U ssokta l-Mulej isejjaħ:

Mulej: Samwel

Kum: U Għeli fehem li l-Mulej kien qiegħed isejjah iż-żagħżugħ. U qal lil
Samwel:

Għeli: Mur orqod. Jekk jerġa’jsejjaħlek, wieġeb: Tkellem Mulej, għax
il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.

Kum: U Samwel mar jorqod f’postu. U l-Mulej ġie, waqaf ħdejh u sejjah
bħal drabi oħra:

Mulej: Samwell Samwel!

Kum: U Samwel wieġeb:

Samwel: Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.

Kum: Samwel kiber. U l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur fix-xejn. U Israel għaraf li Samwel kien tassew profeta tal-Mulej, u l-Mulej baqa’ jidher f’Silo, għax hemm kien għarraf lilu nnifsu lil Samwel, f’Silo, permezz tal-Kelma tal-Mulej.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI Salm 21

ĦA NGĦANNU U NFAĦĦRU S-SAĦĦA TIEGĦEK, MULEJ

Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan;
Kemm jithenna bir-rebha tiegħek!
Ix-xewqa ta’ qalbu int qtajthielu,
ma ċħadtlux it-talba ta’ fommu. R/

Għax inti Iqajtu bil-barka u r-rizq,
kuruna ta’ deheb fin qegħidtlu fuq rasu.
Il-ħajja talbek, u int tajthielu,
għomor twil minn żmien għal żmien. R/

Kbir hu sebħu bir-rebħa li tajtu;
gieh u ġmiel int tqiegħed fuqu.
Lilu tagħti barkiet għal dejjem,
għalhekk is-sultan fil-Mulej jittama,
għall-ħniena tal-Għoli qatt ma jitħarrek. R/

HALLE LUJAH HALLELUJAH

Ejjew warajja u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelu skond San Mattew. (Mt. 4,18-22)

Kum: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemah żewġt aħwa, Xmun igħidulu Pietru, u ħuh Indri’, qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar għax kienu sajjieda. U qalilhom:

Ġesù: Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.

Kum: U minnufiħ telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom, u sejħilhom. Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Samwel, Indri, Xmun, Ġakbu u Ġwanni laqgħu s-sejha tiegħek għax semgħuk tkellimhom Mulej, lilna ukoll għandek xi ħaġa speċjali x’tgħidilna. Aħna nisimgħu dak li qiegħed tgħidilna permezz tal- ġenituri u l-għalliema. Nitolbuk biex illum nagħmel dak li jgħiduli I-ġenituri biex nuri li nħobbok u li rrid nogħġbok .

David kien it-tifel iż-żgħir mill-familja ta’ Ġesse. Alla għażlu u wrieh li jridu jmexxi l-poplu Lhudi permezz ta’ Samwel. Meta kien għadu żgħir qatel lill-ġġant Gulija. Meta kiber mexxa l-poplu Lhudi.

Saċ: Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel. (1 Sam 16,1-3, 6-13)

Kum: Il-Mulej kellem lil Samwel

Mulej: Kemm se ddum qalbek sewda għal Sawl, meta jien neħħejtu minn sultan fuq Israel? Imla l-qarn biż-żejt u itlaq. Jien se nibgħatek għand Ġessi il-Betleħemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan.

Kum: Samwel wieġbu:

Samwel: Kif nista’ mmur? Jekk ikun jaf Sawl, joqtolni!

Kum: Il-Mulej wieġbu:

Mulej: Ħu għoġla miegħek; għid li mort biex tagħmel saġrifiċċju; jien Imbagħad nurik x’tagħmel; u lil min ngħidlek, tidilku u Sultan.

Kum: Ġara li, malli waslu, Samwel ra lil Eljab u qal:

Samwel: Tgħid hawn quddiemi l-midluk tal-Mulej?

Kum: U l-Mulej qal lil Samwel:

Mulej: Tħarisx lejn is-sura tiegħu, jew it-tul ta’ persuntu, għax jien diġa warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fil-għajn, imma l-qalb.

Kum: Ġessi sejjaħ lil Abinadab u ressqu quddiem Samwel, u dan qal:

Samwel: Anqas dan ma hu li ħatar il-Mulej

Kum: U Ġessi ressaq quddiem Samwel sebgħa minn uliedu imma Samwel qallu:

Samwel: Il-Mulej ma ħatar lil ħadd minn dawn. Dawn huma t-tfal kollha?

Ġessi: Għad fadal iż-żgħir, qiegħed jirgħa n-ngħaġ

Kum: U Samwel qal lil Ġessi:

Samwel: Ibgħat għalih u ġibu: għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn.

Kum: U bagħat għalih u ġiebu: Kien żagħżugħ ruxxan, għajnejh ħelwin, u sabih fis-sura tiegħu. U l-Mulej qal lil Samwel:

Mulej: Qum u idilku, għax dan hu

Kum: U Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu. Minn dak in-nhar’l quddiem niżel fuq David u ħakmu l-Ispirtu tal-Mulej.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 46

KENN U QAWWA HU ALLA GĦALIJA

Kenn u qawwa hu Alla għalina,
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed,
Jew jiġġarrfu l-muntanja f’nofs ta’ baħar;
anqas jekk igħajtu u jogħlew ilmijietu,
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu. R/

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej,
egħmejjel tal-għageb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art;
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser,
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid: R/

Biżżejjed, kunu afu li jien Alla;
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!
Il-Mulej ta’ I-eżerċti magħna,
fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb! R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib iżda l-
morda. Jien mhux il-ġusti ġejt insejjah, iżda l-midinbin għall-
indiema.

HALLELUJAH

Kum: Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi: Kien jismu Mattew

Ġesù: Ejja warajja

Kum: Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta publikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu:

Far: Għaliex jiekol mal-publikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?

Kum: Hu semagħhom u qal:

Ġesù: It-tabib ma jeħtiguhx dawk li huma f’saħħithom iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri: Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjah,iżda lill-midinbin.

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej, int dejjem ridt li l-bniedem jahdem id f’id miegħek. Dan nafuh għax matul is-snin għażilt nies biex igħallmu iil bnedmin. Ta’ dan nirringrazzjawk. Illum ukoll Mulej għadek qiegħed issejjah nies ġenerużi biex jiħinuk. Kemm inkunu ferħana meta tagħżel lilna. Nitolbuk turina xi tridna nagħmlu ilum.

II-poplu Lhudi qabad triq ħażina (nesa l-imħabba ta’ Alla). Fl- istess waqt ħaseb li kien miexi sewwa. Alla għażel lil Ġeremija. Kien jippriedika, jgħallem u jistieden lin-nies jitolbuh maħfra u ma jibqgħux miexja fit-triq il-ħażina. Ġeremija beża’ jgħid iva lil Alla u beda jgiblu ħafna skużi.

Saċ: Qari mill-ktieb tal-profeta Ġeremija. (Ġer 1, 4-10)

Kum: U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

Mulej: Qabel ma bdejt teżisti, għaraftek; qabel ma twelidt, ikkonsagrajtek. Jien qegħidtek profeta fuq il-ġnus.

Kum: Jien weġibt:

Ġeremija: Ah, Sidi Mulej, ma nafx nitkellem, għandi żgħir.

Kum: U l-Mulej weġibni:

Mulej: Tgħidx, ‘Għadni żgħir’ Inti tmur kull fejn nibagħtek, u tgħid kull ma nordnalek. La tibżax minnhom, għax jien miegħek biex neħilsek.

Kum: U l-Mulej ħareġ idu u messli fommi: u qalli l-Mulej:

Mulej: Ara, qegħidtlek kliemi fuq fommok. Ara, jiena llum qegħidtek fuq il-ġnus u s-saltniet biex taqla’ u ġġarraf, biex teqred u tħott, biex tibni
u tħawwel.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI Salm 18

INĦOBBOK, MULEJ, QAWWA TIEGĦI

ll-Mulej blata tiegħi, fortizza u ħellies tiegħi,
Alla tiegħi, sur tal-kenn tiegħi u tarka tiegħi,
qawwa tas-salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi!
Insejjah il-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru,
inkun meħlus mill-egħdewwa tiegħi. R/

Fil-hemm tiegħi lill-Mulej sejjaħt,
tlabt il-għajnuna ‘l Alla tiegħi;
Hu sema’ leħni mit-tempju tiegħu,
f’ widnejh waslet il-għajta tiegħi. R/

HALLELUJAH HALLELUJAH

Infaħħrek, Missieri, Sid is-sema u l-art,
li wrejt il-misteru tal-Saltna liċ-ċkejknin.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelu skond San Luqa. (Lq 6,12-19)

Kum: Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn il-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebah, sejjah lejh d- dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun li semmieh Pietru, u ħuh Indri’, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-lmħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-lskarjota, li mbagħad ittradieh. Imbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxi pli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalem u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti ħżiena kien ifiq; u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.

Saċ: ll-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek Kristu.

TALBA

Mulej, il-profeta Ġeremija u l-Appostli mhux dejjem fehmu t-tagħlim tiegħek u xi drabi beżgħu u qatgħu qalbhom, imma dejjem għamlu dak li ridt minnhom. Aħna wkoll Mulej, niġġieldu u nirrispondu l-ġenituri tagħna għax ma nifhmux jew ma naqblux ma ’dak li jgħidulna. Aħna nafu
li kull ma jgħidulna l-ġenituri tagħna jgħiduh għall-ġid tagħna. Għalhekk nitolbuk tagħtina l-għajnuna biex ma nobdux biss meta naqblu ma’ dak li jgħidulna imma dejjem.

Saċ: Qari mill-ktieb tas-Slaten (1 Slaten 19, 4-13)

Kum: Il-profeta rħielha lejn id-deżert. Wara jum mixi waqaf, inxteħet taħt siġra tal-ġummar u ntefa’ għal mejjet u qal:

Profeta: Issa biżżejjed Mulej; ħudli ħajti, għax m’iniex aħjar minn missirijieti!

Kum: U mtedd għad-dell tal-ġummara u raqad. Kif kien rieqed, messu anġlu u qal.

Anġlu: Qum u kul!

Kum: Elija dawwar wiċċu u lemaħ ħdejn rasu ftira moħmija u ġarra ilma; kiel u xorob u reġa mtedd. Għat-tieni darba ġie l-anġlu tal-Mulej u raga messu u qallu:

Anġlu Qum u kul, inkella ma tkunx tiflaħ għall-mixja li fadallek.

Kum: Elija qam, kiel u xorob u bis-saħħa ta’ dak l-ikel, baqa’ miexi għal erbgħin jum u erbgħin lejl sa ma wasal Ħoreb, il-muntanja tal-Mulej. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih. U waslitlu l-
Kelma tal-Mulej u qallu:

Anġlu: Hawn x’inti tagħmel, Elija?

Elija: Għandi qalbi tħeġġeġ għall-aħħar għall- Mulej, Alla tal-eżerċti, għaliex ulied Israel ħallew il-patt tiegħek, farrku l-artali tiegħek u l-profeti tiegħek qatluhom bix-xabla. Jien waħdi bqajt u qegħdin
Ifittxu jneħħuli ħajti.

Anġlu: Oħroġ u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.

Kum: Il-Mulej bagħat riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfar rak il-blat, imma l-Mulej ma kienx f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar; imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa. Elija kif ħassha għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra u waqaf f’bieb il-għar. U fil-ħin jisma’ leħen:

Leħen: X’inti tagħmel hawn Elija?

Saċ: Il-Kelma tal- Mulej
Irrodu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALI Salm 85
URI LILNA, MULEJ, IT-TJIEBA TIEGĦEK

Ħa nisma x’igħid Alla l-Mulej,
għax hu jitkellem fuq is-sliem.
Qrib tassew is-salvazzjoni tiegħu
għal dawk li jibzgħu minnu,
Biex tgħammar il-glorja f’artna. R/.

It-tjieba u l-fedelta’ jiltaqgħu
Il-ħaqq u s-sliem jitbewsu;
Is-sewwa mill-art jinbet,
U l-ħaqq mis-sema jittawwal R/.

Il-Mulej jagħti l-ġid
U artna l-frott tagħha;
Il-ħaqq quddiemu jimxi,
U s-sliem fi triq il-mixi tiegħu R/.

HALLELUJAH HALLELUJAH

Il-mogħdijiet tiegħek, Mulej, għarrafni,
Mexxini fis-sewwa tiegħek.

HALLELUJAH

Saċ: Qari mill-Evanġelu skont San Mattew (14, 22-33)

Kum: U minnufih ġiegħel lid-dixxipli li jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq il-għoljiet biex jitlob. X’ħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġa f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar u twerwru.

Dixxipli: Dan xi fantażma!

Kum: U qabdu jgħajtu bil-biża. Iżda minnufih kellimhom u qalilhom:

Ġesù: Agħmlu l-qalb, jien hu, tibżgħu xejn!

Kum: Wieġbu Pietru u qallu:

Pietru: Mulej, jekk hawn int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.

Ġesù: Ejja!

Kum: Qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù. Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, beża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid:

Pietru: Salvani, Mulej!

Kum: Malajr Ġesù medd idu u qabdu

Ġesù: Bniedem ta’ fidi żgħira, għaliex iddubitajt?

Kum: Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu quddiemu u qalulu:

Dixxipli: Tassew, int Bin Alla!

Saċ: Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu.

Talba

Ġesù, għalkemm għadni żgħir għandi ħafna x’nagħmel, nilgħab, nara t-television, nistudja. Għalhekk jiġrieli li ninsiek. Għini biex dejjem niftakar fik, f’kemm tħobbni. Għini wkoll niftakar fl-ewwel darba li ltqajt miegħek fil-magħmudija, u li niltaqa’ miegħek kull meta nqerr u nieħdu sehem fil-quddies. Niltaqa’ miegħek ukoll meta nitlob, meta nobdi u meta ngħin lill-oħrajn. Għini biex kull meta niltaqa’ miegħek insir aktar ħabib tiegħek u nagħmel dak li jogħġob lilek.

Print this page

 



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources