Nhar l-10 u l-11 ta’ Jannar 2022 iltqajna onlajn mas-27 religious counsellor u pastoral worker biex naqsmu ideat ta’ temi u modi differenti kif nistgħu ngħixu r-Randan 2022 ġewwa l-iskola.

Wara mument ta’ talb flimkien, qsamna xi esperjenzi sbieħ f’dawn ix-xhur li għaddew. Kien mument sabiħ u ta’ inkoraġġiment. Iddiskutejna r-Randan 2022 u hawn issib xi ideat li qsamna. Iktar ‘l isfel issib preżentazzjoni ta’ kif tista’ tuża l-websajt www.sds.mt u l-mument ta’ talb biex jekk tixtieq tużah inti wkoll.

Bi preparazzjoni għar-Randan ħarġu dawn l-ideat:
  • Aċċenn fuq l-imħabba infinita t’Alla għall-bnedmin
  • L-aspett ta’ sagrifiċċju
  • Rispett – Rispett għalihom infushom, għalliema, ġenituri u ħbieb
  • Rispett lejn persuni li ma naqblux magħhom
  • Innisslu rispett lejn l-oħrajn bl-azzjonijiet tagħna
  • Ir-rispett minkejja d-diversità b’mod prattiku, maħfra, aċċettazzjoni ta’ xulxin
  • L-ansjetà fiż-żgħażagħ li fl-adoloxxenza tagħhom sabu sitwazzjoni mhux normali
  • Ir-realtà tat-tama waqt il-Covid
  • Is-sens tat-tama u l-qawmien ta’ Kristu
  • Is-sens ta’ solidarjetà u mħabba minħabba s-social distancing tal-Covid
  • Is-sens ta’ caring għall-oħrajn
  • Nippreparaw xi ħaġa li m’għandhiex x’taqsam mal-pandemija u li tkun xi ħaġa iktar ta’ ferħ minħabba r-reżiljenza tat-tfal, salvazzjoni, ħelsien
  • Ilkoll Aħwa, ngħinu ‘l xulxin f’ħajjitna biex nesperjenzaw l-imħabba t’Alla skont ir-realtà tal-iskola,
  • Niffukaw fuq il-qrar bħala sagrament tal-imħabba t’Alla u għaliex għandi nqerr,
  • Il-bżonn li nieħdu ħsieb xulxin b’mod speċjali l-vulnerabbli,
  • Carlo Acutis tagħrif dwar il-valuri li kien jgħix
Eżerċizzji u attivitajiet oħra:
  • Hemm pjan li jagħmlu eżerċizzi online, 5 to 8 minuti magħmulin minn klipps maqsuma f’sensiliet, ippreparata tajjeb, imqassmin f’attivitajiet żgħar (songs, questions, videos) it-tfal jipparteċipaw klassi klassi minn fuq il-kamera.
  • Ser jistiednu kappillani u qassisin oħra fl-iskola biex jagħmlu l-quddies tar-Randan
  • It-tfal jagħmlu kartolini b’messaġġ ta’ tama miktub fihom għall-persuni waħedhom
  • Vidjow klipp li jsir mit-tfal stess biex iwasslu t-tama lill-familji b’diżabilità
  • Tinġieb ir-Relikwa fl-iskola ta’ Carlo Acutis u jsir aċċenn dwar il-valuri li kien jgħix speċjalment lejn is-Sagramenti
  • Fejn hemm numru żgħir ta’ tfal u l-knisja tkun viċin jistgħu jittieħdu l-knisja u jagħmlu l-Via Sagra
  • Fl-iskejjel fejn ma jkunx possibbli li tqarar, wieħed jista’ jagħmel proċess pereżempju att penitenzjali one to one, eżerċizzji żgħar biex l-iskola tkun ta’ għajnuna għall-maħfra t’Alla
  • Prayer Spaces relatati mal-maħfra miegħi nniffsi u mal-oħrajn