🔥 MIS-SERJE WHOLESOME: B’RUĦEK KOLLHA IMDAWWLA U FFUKATA
L-istorja ta’ Bartimew l-agħma (Mark10:46-52)
👉 Għan
L-istudenti jkunu jistgħu jifhmu li Ġesù jħobb lil kulħadd, speċjalment lil dawk li jkunu mdejqin jew għandhom bżonn l-għajnuna, u li dejjem nistgħu nitkellmu ma’ Ġesù fit-talb. Barra minn hekk, jitgħallmu wkoll li nistgħu ngħinu lil oħrajn jersqu aktar lejn l-imħabba ta’ Ġesù .
🟦 Introduzzjoni (2 minuti)
Bonġu għeżież ħbieb! Kif intom illum? Illum se nisimgħu storja speċjali ħafna dwar Ġesù u raġel li ma setax jara. Hija storja li turi kif Ġesù jgħinna meta nistaqsuh, u kemm Hu jħobbna! Lesti biex tiftħu widnejkom u tisimgħu?
📖 Storja (5 minuti):
L-istorja ta’ Bartimew l-agħma (Mark10:46-52)
- Araw l-filmat tal-istorja flimkien jew anima l-istorja inti billi taqra l-istorja adattata għat-tfal u ssegwi l-PowerPoint (slajds 4-13).
- Wara stieden lill-istudenti jgħidu l-istorja fi kliemhom stess.
🟦 Diskussjoni qasira
- X’ kienet il-problema kbira ta’ Bartimew ?
Bartimew kien agħma u ma setax jara. - X’għamel Bartimew meta sema’ lil Ġesù ġej?
Beda jgħajjat: “Ġesù ! Bin David – Ikollok ħniena minni!” u baqa’ jgħajjat anke meta n-nies qalulu biex jieqaf. - X’ għamel Ġesù għal Bartimew ? U dan x’jgħidilna dwar Ġesù ?
Ġesù waqaf, sejjaħ lil Bartimew u fejqu biex jerġa’ jara. Dan jgħallimna li Ġesù għandu qalb tajba, jisma’ lil kull wieħed u waħda minna, u jrid jgħinna meta niftħu qalbna u nistaqsuh.
🟦 Attivitajiet Interattivi u Riflettivi
👂 Attività 1 – Il-Logħba tas-Smigħ: “Segwi l-Vuċi”
Għan
L-istudenti jesperjenzaw kif tħossok meta ma tkunx tista’ tara u jkollok tiddependi fuq is-smigħ minflok fuq il-vista, biex jifhmu aħjar kif Bartimaeus sema’ bil-qalb għal-leħen ta’ Ġesù . Ifakkruhom kemm hu importanti li nisimgħu bil-widnejn u bil-qalb tagħna.
Materjali
- Xalpi jew biċċiet ta’ drapp biex jgħattu l-għajnejn.
- Qanpiena żgħira għall-għalliem/a.
Istruzzjonijiet
- It-tfal jużaw id-drapp biex jorbtu għajnejhom u hekk ma jarawx.
- L-għalliem ipespes bil-mod istruzzjonijiet sempliċi (eż. ċaqilqu r-ras, ippuntaw ‘l fuq, ċaqilqu s-saqajn) u t-tfal isegwu billi jisimgħu b’attenzjoni.
- (Jekk trid) L-għalliem idoqq qanpiena u t-tfal jippuntaw fid-direzzjoni tal-ħoss.
- Wara ftit dawriet, it-tfal jerġgħu jiftħu għajnejhom.
Riflessjoni: Iddisskuti dan magħhom:
- Kien faċli jew diffiċli li tagħraf minn fejn ġej il-leħen meta ma stajtx tara?
- Kemm kien importanti li tisma’ b’attenzjoni?
Spjega: Bartimew ma setax jara, imma sema’ b’attenzjoni kbira l-vuċi ta’ Ġesù . U Ġesù sema’ lilu wkoll! Bħalma intom smajtu lili, nistgħu nisimgħu wkoll lil Ġesù f’qalbna.
Din l-attività tgħin lit-tfal jifhmu aħjar kemm hu diffiċli meta ma tara xejn, iżda wkoll kemm hu importanti li nisimgħu bil-qalb u b’konċentrazzjoni.
Jekk għandek iktar ħin tista’ tagħmel din l-attività ukoll.
👐 Attività 2 – Katina ta’ Idejn li Jgħinu
Għan: L-importanza tad-dixxipulat u l-għajnuna lil ħaddieħor
Din l-attività tfakkar fir-rwol tad-dixxipli li wasslu lil Bartimew għand Ġesù, u tenfasizza kemm hu importanti li ngħinu lil xulxin.
Istruzzjonijiet:
- It-tfal joqogħdu f’linja jżommu idejn xulxin – l-ewwel wieħed hu “Ġesù” (joqgħod wieqaf) u l-aħħar hu “Bartimew” (għajnejh magħluqa jew mgħammad).
- “Ġesù” jsejjaħ lil Bartimew, u t-tfal fil-katina jiġbduh u jiggwidawh bil-mod ’il quddiem lejn Ġesù.
- Spjega li kulħadd fil-katina qed jgħin lil Bartimew jasal għand Ġesù.
- Irrepeti l-attività b’tfal differenti bħala “Ġesù” u “Bartimew.”
Riflessjoni:
Itlob lit-tfal jitkellmu fuq kif ħassewhom meta kienu parti mill-katina tal-għajnuna; u kif ħassewhom meta kienu “Bartimew ” u sħabhom għenuhom jaslu sa Ġesù.
Spjega: Bħalma l-ħbieb ta’ Ġesù għenu lil Bartimew jasal ħdejh, aħna wkoll nistgħu nkunu l-idejn li jgħinu lil Ġesù . Nistgħu ngħinu lill-ħbieb u lill-familja tagħna meta jkollhom bżonn, u nressquhom eqreb lejn l-imħabba ta’ Ġesù .
🟦 Konklużjoni
Ħadt gost b’din l-istorja? Liema parti għoġbitek l-iktar u għaliex?
Illum tgħallimna li Ġesù jħobbna ħafna u dejjem jismagħna meta nitkellmu miegħu – anke meta nkunu mdejqin jew ikollna bżonn l-għajnuna. Bħal Bartimew , nistgħu nitolbu lil Ġesù bil-fiduċja, u Hu se jisma’ u jgħinna.
🙏 Talb: O Ġesù, grazzi talli dejjem tismagħna. Għinna naraw lil dawk ta’ madwarna meta jkollhom bżonn l-għajnuna, biex aħna nkunu l-idejn tiegħek li jgħinuhom ukoll. Ammen.
🔥 MIS-SERJE WHOLESOME: B’RUĦEK KOLLHA: IMDAWWLA U FFUKATA
L-istorja ta’ Bartimew l-agħma (Mark10:46-52)
👉 Għan
L-istudenti se jkunu jistgħu jifhmu li Ġesù jieħu ħsieb lil kulħadd, speċjalment lil min qed ibati jew iweġġa’. Se jitgħallmu wkoll li nistgħu dejjem nitolbu l-għajnuna ta’ Ġesù bil-fidi u l-perseveranza.
🟦 Introduzzjoni (2 minuti)
- L-għodwa t-tajba, kulħadd! Ejja nibdew flimkien billi nroddu s-sinjal tas-salib u nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta’ dan il-jum sabiħ.
- Illum se nisimgħu storja mill-isbaħ dwar Ġesù u raġel li kien verament fil-bżonn tal-għajnuna tiegħu. Din l-istorja tgħallimna dwar kif nistgħu naraw, nistaqsu u nemmnu.
- Ejja nisimgħu b’attenzjoni x’ġara!
📖 Storja (5 minuti)
L-istorja ta’ Bartimew l-agħma (Mark10:46-52)
- Araw l-filmat tal-istorja flimkien jew anima l-istorja inti billi taqra l-istorja adattata għat-tfal u ssegwi l-PowerPoint.
- Stieden lill-istudenti jgħidu l-istorja fi kliemhom stess.
- Wara uża logħba interattiva biex iżżomm l-attenzjoni u tagħmilhom aktar involuti qabel tibda d-diskussjoni.
👂 Attività Interattiva u Riflettiva – Mgħammad imma Nafda (10 minuti)
Għan
L-istudenti se jirrikonoxxu kemm hu diffiċli xi kultant li nafdaw lil ħaddieħor. Madankollu, aktar ma nkunu nafu u nafdaw lill-persuna li qed tiggwidana, aktar inkunu lesti nsegwuha. L-istess jiġri fir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù: aktar ma nkunu qrib tiegħu, aktar inkunu lesti nafdawh.
Materjali: Xalla jew drapp artab tawwali biex tgħatti l-għajnejn (għal nofs il-klassi).
Istruzzjonijiet:
- It-tfal jużaw id-drapp biex jorbtu għajnejhom u hekk ma jarawx.
- L-għalliem ipespes bil-mod struzzjonijiet sempliċi (eż. ċaqilqu r-ras, ippuntaw ‘l fuq, ċaqilqu s-saqajn) u t-tfal isegwu billi jisimgħu b’attenzjoni.
- (Jekk trid) L-għalliem idoqq qanpiena u t-tfal jippuntaw fid-direzzjoni tal-ħoss.
- Wara ftit dawriet, it-tfal jerġgħu jiftħu għajnejhom.
Riflessjoni:
Wara l-attività, iddiskutu flimkien:
- Kif ħassejtek meta kont mgħammad?
- Kif ħassejtek meta kellek tafda lil sieħbek biex jiggwidak?
- Kif taħseb li ħassu Bartimew meta ma setax jara?
- Kif wera li għandu fiduċja f’Ġesù?
Din l-attività tgħin lit-tfal jifhmu aħjar l-esperjenza ta’ Bartimew u l-importanza li jkollna fiduċja sħiħa f’Alla.
(Jekk għandek iktar ħin, it-tfal jistgħu l-ewwel jagħmlu din l-esperjenza ma’ xi ħadd li ma tantx jafu, u wara ma’ ħabib/a tal-għażla tagħhom sabiex jaraw u jħossu d-differenza. Jaraw kif tafda iktar lil xi ħadd li diġà taf milli xi ħadd li ma tantx taf. Għalhekk iktar ma nsiru nafu lil Ġesù iktar ikunu lesti biex nafdawh.)
🟦 Diskussjoni dwar l-Istorja (10 min)
1. Min kien Bartimew u għaliex għajjat lil Ġesù?
Bartimew kien raġel għama li kien joqgħod ħdejn it-triq jittallab għall-flus. Il-problema tiegħu kienet li ma setax jara. B’mod simboliku Bartimew bħala agħmi jirrappreżenta l-mumenti meta aħna wkoll ikollna bżonn l-għajnuna u l-gwida ta’ Alla.
2. X’għajjat Bartimew, u għaliex għajjat b’leħen għoli u b’mod ripetut lil Ġesù biex jiġi?
Beda jgħajjat: “Ġesù, Bin David, ħenn għalija!” Għajjat b’perseveranza, anki meta ħafna ordnawh biex jiskot. Dan jenfasizza kemm hi importanti l-perseveranza fit-talb. L-għajta ripetuta tiegħu, għalkemm setgħet tidher insistenti jew mhux xierqa, turi dik li l-Papa Franġisku sejjaħ “l-imbierka persistenza”. It-talb hu bħal għajta mill-qalb, speċjalment fl-aktar mumenti mudlama tagħna.
3. X’staqsa Ġesù lil Bartimew, u dan x’jgħidilna dwaru?
Ġesù staqsieh: “Xi tridni nagħmillek?” Dan juri li Ġesù jimpurtah minn kull wieħed u waħda minna b’mod personali. Iridna nfissru l-bżonnijiet tagħna lilu, anke jekk Hu diġà jaf bihom.
4. Ġesù qal lil Bartimew: “Mur; il-fidi tiegħek fejqitek.” Dan x’jgħallimna?
Din l-istqarrija turi b’mod ċar ħafna li l-fidi hija l-element deċiżiv fil-fejqan. Il-fidi ta’ Bartimew ma kinitx ibbażata fuq għarfien teoloġiku jew ideat ċari dwar Alla, imma fuq ix-xewqa kbira tiegħu li jiltaqa’ ma’ Ġesù u jsalvah. Hu fada kompletament lilu nnifsu għall-azzjoni t’Alla.
5. Għaliex id-dixxipli injoraw lil Bartimew u saħansitra qalulu biex joqgħod kwiet? Dan x’jgħallimna fuqna?
Id-dixxipli kienu tant imdaħħlin fil-ħsibijiet u fil-problemi tagħhom stess li ma ndunawx b’min kien qed ibati ħdejhom. Dan jiġri wkoll lilna: xi kultant nitilfu l-kapaċità li nisimgħu u nempatizzaw ma’ min hu fil-bżonn. Ġesù, bil-maqlub, sema’ l-għajta ta’ Bartimew u saħaq fuq l-importanza li jġibuh għandu. Hu jrid jgħallimna li jekk irridu nimxu warajh, irridu wkoll nitgħallmu nisimgħu, inħossu u ngħinu lil xulxin. Ġesù jridna nsalvaw lil xulxin.
6. Bartimew għamel tliet affarijiet importanti fl-istorja. Liema huma?
- Meta sema’ lil Ġesù jsejjaħlu, tefa’ minn fuqu l-mantar – ġest simboliku li juri li kien lest iħalli warajh il-ħajja ta’ qabel biex jimxi wara Ġesù.
- Qal lil Ġesù eżattament xi xtaq: li jerġa’ jara. B’Ġesù fil-ħajja tiegħu, Bartimew reġa’ sab il-milja u tifsira ġdida fil-ħajja.
- Wara li ġie mfejjaq, iddeċieda li jimxi wara Ġesù. Minnu nitgħallmu li meta Ġesù jgħinna, għandna nkunu grati u nsegwuh billi ngħixu kif irid Hu u nagħmlu l-ġid.
🟦 Konklużjoni (5 minuti)
Illum tgħallimna li Ġesù jimpurtah minn kulħadd, speċjalment minn min qed iweġġa’ jew jinsab fil-bżonn. Bartimew uriena li qatt m’għandna naqtgħu qalbna milli nitolbu lil Ġesù għall-għajnuna, u li l-fidi tagħna tista’ twassal għall-affarijiet mill-isbaħ. Bħal Bartimew, meta Ġesù jgħinna, għandna nimxu warajh u ngħixu kif jgħallimna Hu.
🙏 Talba: O Ġesù, grazzi talli tħobbna u talli dejjem tismagħna meta nitolbuk.
Għinna biex ikollna fidi kbira bħal Bartimew, u biex dejjem infittxuk meta jkollna bżonn l-għajnuna.
Għinna wkoll biex nindunaw u ngħinu lil min hu muġugħ jew mitluf.
Ammen.
MIS-SERJE WHOLESOME
🔥 B’RUĦEK KOLLHA: IMDAWWLA U FFUKATA
L-istorja ta’ Bartimew l-agħma (Mark10:46-52)
🟦 INTRODUZZJONI (5 min.)
1. Ftuħ
- L-animatur jibda’ billi jistaqsi:
👉 “X’jiġi f’moħħok meta tisma’ l-kelma ‘wholesome’?”
- Ilqa’ ftit risposni u faħħar il-kontribuzzjonijiet kollha.
2. Għaqqad mis-sensiela
- Spjega li wholesome tfisser “sħiħ, komplut, imwettaq, jew integrat.”
- Wholesome: Sensiela ta’ Stejjer tgħina nespjoru kif inkunu ħaġa waħda:
💓 b’Qalbna kollha
🧠 b’Moħħna kollu
💪🏼 bil-Qawwa kollha (tal-ġisem)
🔥 b’Ruħna kollha
3. Agħti kuntest
- “L-istorja tal-lum se tkellimna fuq ir-ruħ – x’tifhem b’ruħ jew spirtu?”
- “Permezz tal-istorja ta’ Bartimew l-għama se naraw kif ir-ruħ hija relatata ma’ min aħna – wkoll kif meta l-identità tagħna ma tkunx ċara, tista’ timblukkana milli nkomplu nsegwu l-iskop veru tal-ħajja tagħna. Qed insemmu din l-istorja: “B’ruħek kollha: imdawwla u orjentata.”
📖 L-EWWEL QARI (Luqa 19:1–10) – Aqra l-qari kollu, jekk trid (5 min.):
- L-Animatur jagħmel is-Sinjal tas-Salib u jaqra l-passaġġ mill-bibbja jew skrin.
- Imbagħad jistaqsi:
- “Ġieli kont smajt din l-istorja qabel?”
- “Laqtek xi ħaġa minnha?”
- Isma’ mingħajr ġudizzju – dan huwa mument fejn niltaqgħu mal-istudenti fejn jinsabu.
Introduċi it-3 Punti Prinċipali:
- Il-fidi tibda’ mis-smigħ – nirrikonoxxu l-importanza li nkunu nafu fuq Alla.
- Laqgħa li tnissel fehma u l-fiduċja – nirrispondu b’att ta’ fidi personali.
- Ruħna tiddawwal u tiffoka mill-ġdid – nikbru fil-fidi tagħna filwaqt li ngħaqqdu l-għanijiet tagħna ma’ ta’ Alla.
🟪 PARTI 1 (2 min.) – Aqra versi 46-48:
IL-FIDI TIBDA’ MIS-SMIGĦ – NIRRIKONOXXU L-IMPORTANZA LI NKUNU NAFU FUQ ALLA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Bartimew kien agħmi imma ma kienx trux!
Aħna ma narawhx lil Ġesù lanqas, imma bħal Bart smajna bih u anke fuqu. Bart jirreferi għal Ġesù bħala Bin David. 👉 X’taf int fuq Ġesù?
- Bartimew kien tallab: lanqas isem m’għandu – x’kunjomu u x’inhi l-kundizzjoni tiegħu biss nafu.
👉 Int min tgħid li int? Tidentifika aktar mad-diffikultajiet tiegħek aktar milli mal-ħiliet?
- “Bin David, ikollok ħniena minni” – jekk jippruvaw isikktuh, Bart jista’ wkoll jgħajjat.
👉 Aħna nafu (hekk għallmuna) li Alla jista’ jgħina u xejn ma jista’ jwaqqafna milli nitlobuh. praying to him.
🙈 Attività – It-Talba ta’ Ġesù (3 min.)
- Itfa ftit mużika instrumentali bxxa fl-isfond.
- Stieden lill-istudenti biex jagħlqu għajnejhom u jiftħu għajnejhom.
- Issuġġerixxi li spiritwalment aħna kemm għomja – għax ma nafux biżejjed – u tallaba – għax m’għandniex kollox.
- Fakkarhom li għalkemm ma narawhx, aħna nisimgħuh lil Ġesù u nistgħu ukoll nitolbuh: “Ġesù jkollok ħniena minni” jew “għini.”
🟨 PARTI 2 (2 min.) – Aqra versi 49-50:
LAQGĦA LI TNISSEL FEHMA U L-FIDUĊJA – NIRRISPONDU B’ATT TA’ FIDI PERSONALI
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Ġesù mhux passiv quddiem il-bżonnijiet ta’ Bart: jieqaf u “jsejjaħlu.”
Stramba li jagħmel dan permezz ta’ l-istess nies li kienu qed isikktuh.
👉 Kif jista’ jkun li Alla qed jurik li hu interessat fil-bżonnijiet tiegħek?
Jista’ jkun “jsejjaħlek” anke permezz ta’ nies dgħajfa jew mezzi oħra li ma tistenniex …
- Bartimew itajjar il-mantar – kien kollox għalih, imma għażel lil Ġesù fuq kull sigurtà falza.
👉 Alla jista’ jsejħilna b’ħafna modi – nistgħu nisimgħuh permezz ta’ sitwazzjonijiet jew nies li ma nkunux qed nistennew.
⛓️Attività – Tajjar il-mantar (3 min.)
- Itfa ftit mużika instrumentali bxxa fl-isfond.
- Poġġi biċċa drapp (jirrapreżenta l-mantar) imdaqsa mal-art.
- Stieden lill-istudenti sabiex jaħsbu u jiktbu x’inhi dik ix-xi ħaġa li jduru lejha b’mod vizzjuż għalkemm mhux tagħmilhom kuntenti.
- Itlobhom biex “jagħmlu l-qalb” u jqumu biex jerħu l-karta fuq id-drapp daqslikieku qed iċeduha lil Alla.
- Wara li jpoġġu l-karta, stedinhom joqgħodu mument fis-skiet jew jisimgħu mużika baxxa biex jirrikonoxxu dak li wettqu simbolikament.
🟩 PARTI 3 (2 min.) – Aqra versi 51–52:
RUĦNA TIDDAWWAL U TIFFOKA MILL-ĠDID – NIKBRU FIL-FIDI TAGĦNA FILWAQT LI NGĦAQQDU L-GĦANIJIET TAGĦNA MA’ TA’ ALLA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- “Xi tridni nagħmillek?” – mistoqsija stramba minn għand Ġesù.
👉 Għaliex Alla jridna nitolbu jekk diġa jaf x’għandna bżonn?
- “Li nerġa nara, Rabbuni” – talba ħielsa u determinanti mir-raġel għama, li ma riedx iħares lura.
👉Din hija dik li nistgħu nsejħula fidi-kbira, li ma nistgħux nipproduċu aħna – hija rigal minn Alla, risposta għall-ispirazzjoni tiegħu.
- “Mur … il-fidi tiegħek fejqitek” — Bartimew juża’ l-libertà tiegħu biex baqa’ miexi wara Ġesù “warajh fit-triq.”
Il-fidi tagħna forsi dgħajfa, imma Alla jibqa’ Alla – jibqa’ jħobbna għax hu Missierna, li jixtieq jgħati l-Ispirtu s-Santu lil dawk li jitolbuh.
👉 Kieku x’tagħmel int jekk Alla jwieġeb it-talba tiegħek?
🕯️ Activity – Fidi kbira (3 min.)
- L-istudenti jiġu mgħotija xemgħa tal-batterija* kull wieħed u jkunu mitluba jżommuha mitfija għal bidu.
- Stiedinhom għal mument ta’ skiet u iggwidahom biex jaħsbu fuq il-mistoqsija: “X’inhu l-veru li nixtiequ jagħmel Alla għalija?”
- Ippreparahom biex jitolbu għal “fidi kbira”, hekk kif nippruvaw inwieġbu: “xi tridni nagħmillek?”
- Stiedinhom sabiex ikantaw ma’ “Build my life” https://www.youtube.com/watch?v=QZW4_8_zCBE&list=RDQZW4_8_zCBE&start_radio=1 u biex jixhelu x-xemgħat (*alternattiva tkun li minn bilqiegħda jqumu bilwieqfa bħala sinjal) fil-mument li jixtiequ, biex juru li għamlu t-talba tagħhom lil Alla.






