💓 Mis-Serje WHOLESOME – B’QALBEK KOLLHA: MIMLIJA U MFAWRA
L-istorja tal-Mara bil-Vazett tal-Alabastru
👉 Għan
It-tfal se jitgħallmu kif Ġesù wera mħabba u maħfra kbira, u kif il-mara fl-istorja ħabbitu lura b’mod profond. Li huma wkoll jistgħu matul ħajjithom, jkunu ta’ qalb tajba billi jaħfru lil oħrajn.
🟦 Introduzzjoni (2 minuti)
L-għodwa t-tajba, kulħadd! Illum, se nisimgħu storja speċjali dwar Ġesù u mara li kienet tħobbu ħafna, b’ qalbha kollha. Se nitgħallmu kemm hu importanti li meta nindunaw li qed nagħmlu xi ħaġa ħażina nieqfu nagħmluha u nitolbu maħfra u li nkunu lesti ukoll naħfru lill-oħrajn. Ejja nagħmlu s-sinjal tas-salib u nieħdu mument kwiet biex inlestu ruħna għall-istorja tagħna.
📖 Storja/Filmat (3 minuti)
L-istorja ta’ Ġesù u l-Mara bil-Vazett tal-Alabastru (Luqa 7:36-50)
- Ara l-filmat tal-istorja flimkien. Jekk trid tista’ taqra l-istorja (uża l-verżjoni adattata mil-lista ta’ riżorsi) u uża l-powerpoint biex tanimha.
- Stieden lill-istudenti jgħidu l-istorja fi kliemhom stess.
- Uża attività interattiva biex iżżomm l-attenzjoni u tagħmilhom aktar involuti qabel tibda d-diskussjoni.
👐 Attività Riflettiva – Ramel ta’ Maħfra (5 minuti)
Għan: L-istudenti jirriflettu fuq azzjonijiet li jweġġgħu, jesprimu rimors permezz tat-talb, u jifhmu l-maħfra ta’ Alla b’att simboliku.
Materjali: Friskatur bir-ramel
Istruzzjonijiet: Spjega kif kultant in-nies iweġġgħuna jew ġieli nweġġgħu aħna b’dak li ngħidu jew nagħmlu.
- Aħsbu f’affarijiet li għamiltu jew għidtu li weġġgħu lil ħaddieħor u li jiddispjaċikom għalihom.
- Ikteb l-ittra A (għal aħfirli) fir-ramel.
- Għid talba ta’ maħfra lil Alla, u itolbu jaħfirlek.
- Fl-aħħar, illixxa l-wiċċ tar-ramel biex tfakkar li meta tkun verament iddispjaċut u titlob il-maħfra, Alla dejjem jaħfirlek.
🟦 Diskussjoni Qasira dwar l-Istorja (5 minuti) (bl-użu tal-PowerPoint)
- Għaliex taħseb li l-mara kienet qed tibki u taħsel saqajn Ġesù?
Għax kienet tħossha ddispjaċuta ħafna għad-dnubiet tagħha u xtaqet turi l-imħabba u l-gratitudni tagħha għal maħfra u mogħdrija. - Ġesù kif laqa’ lill-mara u wera qalb tajba magħha?
Hu wera qalb tajba għax laqagħha mill-ewwel mingħajr ma qagħad jakkużha fuq il-ħażin li għamlet, induna hemm kienet iddispjaċuta u b’imħabba kbira ħafrilha.
- X’tgħallimna din l-istorja dwar il-maħfra u l-imħabba?
Li l-maħfra twassal għal imħabba kbira, u li m’għandniex niġġudikaw lill-oħrajn skont il-passat tagħhom.
🟦 Nitgħallmu kif nitolbu maħfra u nagħmlu l-emendi (10 minuti)
Fl-istorja tagħna, il-mara wriet lil Ġesù kemm kienet iddispjaċuta u kemm kienet tħobbu. Din l-istorja turina kif aħna nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni meta nagħmel xi ħaġa mhux sew li tikkawża lilna u forsi lill-oħrajn xi tip ta’ uġiegħ jew inkwiet.
Hawn xi affarijiet importanti li nistgħu nagħmlu:
- Naħsbu dwar dak li għamilna ħażin u inħossuna ddispjaċuti f’qalbna – Bħalma l-mara ħasbet dwar l-iżbalji tagħha, nistgħu aħna wkoll naħsbu dwar dak li għamilna ħażin u jiddispjaċina f’qalbna.
- Ngħidu “aħfirli” – Il-mara wriet lil Ġesù li kienet iddispjaċuta b’għemilha. Lil Alla u lill-persuna li weġġajna, nistgħu ngħidulhom li aħna ddispjaċuti. Alla dejjem jaħfrilna!
- Nagħmlu l-affarijiet sewwa – Il-mara wriet imħabbitha u r-ringrazzjament tagħha lil Ġesù. Wara li ngħidu “jiddispjaċina”, nistgħu nippruvaw nirranġaw jew nagħmlu xi ħaġa tajba biex nerġgħu nagħmlu tajjeb.
Eżempji ta’ kif nistgħu nagħmlu emendi wara li jiddispjaċiena u nitolbu maħfra:
- Nagħmlu xi ħaġa tajba għal min weġġajna.
- Noffru l-għajnuna tagħna. Jekk aħna bl-aġir tagħna żidna x-xogħol lil ħaddieħor, nistgħu noffru biex ngħinu.
- Naqsmu ma’ min għandu bżonn.
- Inkunu ħbieb ta’ veru biex nuru li aħna jimpurtana u li nixtiequ npattu għal dak li wettaqna.
🟦 Konklużjoni (2 minuti)
L-istorja tgħallimna li kulħadd jistħoqqlu maħfra u mħabba. Bħalma Ġesù laqa’ lill-mara b’qalb tajba, hekk ukoll irridu nilqgħu lill-oħrajn mingħajr ġudizzju.
🙏 Talba: Għażiż Alla, grazzi tal-imħabba u l-maħfra tiegħek. Għinna naħfru lil min weġġagħna u għinna nkunu lesti nitolbu skuża meta nonqsu aħna. Ammen.
💓 MIS-SERJE WHOLESOME – B’QALBEK KOLLHA: MIMLIJA U MFAWRA
L-istorja tal-Mara bil-Vazett tal-Alabastru (Luqa 7:36-50)
👉 Għan
L-istudenti se jkunu jistgħu jifhmu l-importanza tal-maħfra, l-imħabba u l-vera ospitalità permezz tal-istorja ta’ Ġesù u l-mara bil-Vazett tal-Alabastru, u jirriflettu dwar kif jistgħu juru dawn il-virtujiet f’ħajjithom stess.
🟦 Introduzzjoni (2 minuti)
L-għodwa t-tajba, kulħadd! Illum se nisimgħu storja sabiħa dwar Ġesù u mara li wrietu mħabba kbira. Din l-istorja tgħallimna dwar il-maħfra, il-fehma u xi tfisser li nilqgħu lil xi ħadd b’qalbna kollha. Ejja nagħmlu s-sinjal tas-salib qabel naraw il-filmat, u ngħaddu mument ta’ silenzju biex nikkalmaw u nħejju ruħna.
📖 Storja (5 minuti)
L-istorja ta’ Ġesù u l-Mara bil-Vazett tal-Alabastru (Luqa 7:36-50)
- Ara l-filmat tal-istorja flimkien.
- Stieden lill-istudenti jgħidu l-istorja fi kliemhom stess.
- Uża attività interattiva biex iżżomm l-attenzjoni u tagħmilhom aktar involuti qabel tibda d-diskussjoni.
👐 Attività Riflettiva – Ramel ta’ Maħfra (5 minuti)
Għan: L-istudenti jirriflettu fuq azzjonijiet li jweġġgħu, jesprimu rimors permezz tat-talb, u jifhmu l-maħfra ta’ Alla b’att simboliku.
Materjali: Friskatur bir-ramel
Istruzzjonijiet: Spjega kif kultant in-nies iweġġgħuna jew ġieli nweġġgħu aħna b’dak li ngħidu jew nagħmlu.
- Aħsbu f’affarijiet li għamiltu jew għidtu li weġġgħu lil ħaddieħor u li jiddispjaċikom għalihom.
- Ikteb l-ittra A (għal aħfirli) fir-ramel.
- Għid talba ta’ maħfra lil Alla, u itolbu jaħfirlek.
- Fl-aħħar, illixxa l-wiċċ tar-ramel biex tfakkar li meta tkun verament iddispjaċut u titlob il-maħfra, Alla dejjem jaħfirlek.
🟦 Diskussjoni Qasira dwar l-Istorja (5 minuti) (bl-użu tal-PowerPoint)
- Għaliex taħseb li l-mara kienet qed tibki u taħsel saqajn Ġesù?
Għax kienet tħossha ddispjaċuta ħafna għad-dnubiet tagħha u xtaqet turi l-imħabba u l-gratitudni tagħha għal maħfra u mogħdrija. - Xmun il-Fariżew kif ħassu dwar il-mara?
Ħass li Ġesù ma kellux jitħallat ma’ nies bħala għax f’għajnejh kienet mara ħażina. Hu kien qed jiġġudikha fuq ir-reputazzjoni tagħha. Ġesù għamel bil-kontra. Anzi aċċetta l-att ta’ mħabba u maħfra li wriet mingħajr ġudizzju. Hu ħafrilha u ta l-paċi f’qalbha. - X’kien il-punt tal-parabbola taż-żewġ persuni li kellhom jagħtu l-flus?
Li min jinħafirlu ħafna, jispiċċa jħobb ħafna. - X’tgħallimna din l-istorja dwar il-maħfra u l-imħabba?
Li l-maħfra twassal għal imħabba kbira, u li m’għandniex niġġudikaw lill-oħrajn skont il-passat tagħhom.
🟦 Diskussjoni/niftakru dwar is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (10 minuti)
Il-5 passi tal-indiema:
- Eżami tal-kuxjenza – Il-mara rriflettiet qabel resqet lejn Ġesù.
- Kontrizzjoni – Uriet dispjaċir kbir għal dnubietha bid-dmugħ tagħha.
- Qrar – Għalkemm ma qaletx kliem, għemilha wera l-qrar tagħha.
- Assoluzzjoni – Ġesù qalilha li dnubietha kienu maħfura.
- Penitenza – Użat żejt li jiswa ħafna bħala sinjal ta’ gratitudni u mħabba.
Eżempji ta’ kif nagħmlu emendi wara qrara:
- Nagħmlu xi ħaġa tajba għal min weġġajna.
- Noffru l-għajnuna tagħna. Jekk aħna bl-aġir tagħna żidna x-xogħol lil ħaddieħor, nistgħu noffru biex ngħinu.
- Naqsmu ma’ min għandu bżonn.
- Inkunu ħbieb ta’ veru biex nuru li aħna jimpurtana u li nixtiequ npattu għal dak li wettaqna.
🟦 Konklużjoni (2 minuti)
L-istorja tgħallimna li kulħadd jistħoqqlu maħfra u mħabba. Bħalma Ġesù laqa’ lill-mara b’qalb tajba, hekk ukoll irridu nilqgħu lill-oħrajn mingħajr ġudizzju.
🙏 Talba: Għażiż Alla, grazzi tal-imħabba u l-maħfra tiegħek. Għinna naħfru lil min weġġagħna u għinna nkunu lesti nitolbu skuża meta nonqsu aħna. Ammen.
MIS-SERJE WHOLESOME
💓 B’QALBEK KOLLHA: MIMLIJA U MFAWRA
L-istorja tal-mara bil-vażett tal-alabastru (Luqa 7:36-50)
🟦 INTRODUZZJONI (5 min.)
1. Ftuħ
- L-animatur jibda’ billi jistaqsi:
👉 “X’jiġi f’moħħok meta tisma’ l-kelma ‘wholesome’?”
- Ilqa’ ftit risposni u faħħar il-kontribuzzjonijiet kollha.
2. Għaqqad mis-sensiela
- Spjega li wholesome tfisser “sħiħ, komplut, imwettaq, jew integrat.”
- Wholesome: Sensiela ta’ Stejjer tgħina nespjoru kif inkulu ħaġa waħda:
💓 b’Qalbna kollha
🧠 b’Moħħna kollu
💪🏼 bil-Qawwa kollha (tal-ġisem)
🔥 b’Ruħna kollha
3. Agħti kuntest
- “L-istorja tal-lum se tkellimna fuq il-qalb — x’tifhem b’qalb? X’jiġi f’moħħok? X’attitudnijiet?”
- “Permezz tal-istorja ta’ ċertu mara li kienet iħħorr vażett tal-alabastru – issa nisiru nafu x’inhu – se nisimgħu fuq kif l-imħabba toħroġ b’mod abbundanti minn qalb li hija ħelsa, maħfura, u mimlija. Se nsemmuha: “B’Qalbek kollha: Mimlija u Mfawra.”
📖 L-EWWEL QARI (Luqa 19:1–10) – Qari kollu
- L-Animatur jagħmel is-Sinjal tas-Salib u jaqra l-passaġġ mill-bibbja jew skrin.
- Imbagħad jistaqsi:
- “Ġieli kont smajt din l-istorja qabel?”
- “Laqtek xi ħaġa minnha?”
- Isma’ mingħajr ġudizzju – dan huwa mument fejn niltaqgħu mal-istudenti fejn jinsabu.
Introduċi it-3 Punti Prinċipali:
- Fejn tħabbat il-qalb, hemm id-dar – Nilqgħu lill-oħrajn b’ospitalità sinċiera.
- Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll – Nitgħallmu kif niċċeknu biex nirċievu l-imħabba t’Alla.
- Qalbna tfur, u nsiru sħaħ – Nirċievu ħajja ġdida u l-ġieħ li naqsmuha b’abbundanza mad-dinja.
🟪 IT-TIENI QARI – PARTI 1 (Versi 36–39):
FEJN TĦABBAT IL-QALB, HEMM IL-QALB – NILQGĦU LILL-OĦRAJN B’OSPITALITÀ SINĊIERA
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Xmun il-Fariżew jistieden lil Ġesù d-dar tiegħu imma mhux f’qalbu.
👉 Kif tkun veru ospitabbli?
- Il-vażett tal-mara huwa bħal qalbha – trasparenti, fraġli, imma prezzjuża.
👉 Liem huma dawk l-affarijiet jew nies prezzjużi f’ħajtek li int grat għalihom?
- Il-qalb ta’ Xmun kienet mimlija ġudizzju mhux ospitalità.
👉 Ġieli ħassejtek imbeżża biex taqsam xi ħaġa speċjali għalik minħabba l-biża’ li tkun iġġudikat?
🏺 Attività – Vażetti ta’ Gratitudni:
- Għaddi mudelli ta’ vażetti tal-karti (ifuħu jekk possibbli) jew ippinġuhom.
- Stieden lill-istudenti biex jiktbu talb ta’ ringrazzjament lil Alla għall-affarijiet/relazzjonijiet/mumenti prezzjużi f’ħajjithom.
- Dawn il-vażetti jintużaw aktar tard.
🟨 IT-TIENI QARI – PARTI 2 (Versi 40-47):
FEJN HEMM IT-TEŻOR TIEGĦEK, HEMM TINSAB QALBEK UKOLL – NITGĦALLMU KIF NIĊĊEKNU BIEX NIRĊIEVU L-IMĦABBA T’ALLA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Ġesù jisma’ qalb Xmun u jistiednu sabiex jitgħallem l-lingwa tal-imħabba.
👉 Kont taf li aħna nikkomunikaw l-imħabba b’ħafna modi differenti?
- “Dħalt għandek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix … .” Il-parabbola turi li l-umiltà – mhux il-kburija – hija ċ-ċavetta għal qalb ta’ Alla.
L-umiltà tfisser tara lilek innifsek minn għajnejn Alla. 👉Tħoss li hu xieraq li kultant tibki dnubietek?
💔 😢Attività – Ramel ta’ Maħfra.
Stieden lill-istudenti jipparteċipaw f’din* l-attività ta’ talb, li tgħinhom jitolbu maħfra:
Kultant in-nies jgħidulna kliem jew jagħmlulna affarijiet li jweġġgħuna bihom. Xi drabi nkunu aħna stess li nweġġgħu lill-oħrajn b’dak li ngħidu u nagħmlu. Aħseb dwar dak li għidt u għamilt u tixtieq titlob maħfra
tagħhom.
- Ikteb l-ittra ‘A’ ta’ ‘Aħfirli’ fir-ramel.
- Issa, għid talba ta’ maħfra f’qalbek billi titlob lil Alla jaħfirlek.
- Finalment, ħassar l-ittra ‘A’ u agħmel ir-ramel lixx biex tiftakar li meta verament jiddispjaċik u titlob maħfra, Alla jaħfirlek dejjem.
*Verżżjoni aktar sempliċi tista’ tkun li kull student/a t/jikteb ‘A’ fuq karta u xi ħaddieħor jarmijielu, bħala sinjal li hu maħfur. L-importanti hu li ssir mill-qalb, bil-mod, u b’rispett.
🟩 IT-TIENI QARI – PARTI 3 (Versi 48–50):
QALBNA TFUR, U NSIRU SĦAĦ – NIRĊIEVU ĦAJJA ĠDIDA U L-ĠIEĦ LI NAQSMUHA B’ABBUNDANZA MAD-DINJA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- “Dnubietek maħfura” – Ġesù jiddikjaraha ħielsa mill-passat tagħha. 👉 X’tagħllimna t-talba tal-Missierna fuq il-maħfra? Għandi bżonn naħfer lil xi ħadd?
- Il-mistiednin baqgħu miblugħin – “Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?”
Ġesù huwa fil-fatt ikbar minn “profeta” u jixtieq jgħatina l-privilieġġ li bħala ulied Alla ngħinu oħrajn jilqgħu l-ħniena tiegħu. 👉Kif nista’ nkun aktar bħal Ġesù?
- Ġesù jfejjaq lil mara mill-ħtija u l-mistħija – jgħatiha qalb ġdida, bħala xhieda.
👉 Kif nista’ naqsam l-imħabba ta’ Alla ma’ xi ħadd li għandu bżonn ikun imfarraġ?
🤝 Attività – Qalb imfawra
F’pari:
- L-istudenti jaqsmu it-talb fuq il-Vażetti ta’ Gratitudni ma’ xulxin.
- Iħarsu lejn xulxin u jfakru lil xulxin:
“Int maħbub/a u prezzjuż/a f’għajnejn Alla.”
🙏 GĦELUQ
- Għalaq bit-talba tal-Missierna, iffoka speċjalment fuq:
“Aħfrilna dnubietna. Bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.”






