💪MIS-SERJE WHOLESOME – BIL-QAWWA TIEGĦEK KOLLHA: MILMUĦ U MISJUB
Ibbażata fuq il-ġrajja ta’ Żakkew (Luqa 19:1-10)
👉 Għan:
It – tfal se jifhmu li Alla jarahom u jħobbhom anki meta jiżbaljaw jew iħossuhom żgħar. Huma se jitgħallmu, permezz ta’ Żakkew, li jekk jipprovaw kemm jifilħu jkunu qrib ta’ Ġesù tista’ tgħinhom ikunu kuraġġużi u ta’ qalbhom tajba.
🟦 Introduzzjoni (5 minuti)
• L-għodwa t-tajba, kulħadd! Ejja nibdew billi rroddu s-Salib u nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta’ dan il-jum.
• Illum se nisimgħu storja dwar raġel jismu Żakkew. Qatt ħassejtukom żgħar wisq jew mhux tajbin biżżejjed biex tiġbdu l-attenzjoni tal-oħrajn? Immaġinawkom tippruvaw taraw xi super eroj favorit tagħkom f’nofs folla kbira, imma intom wisq qosra biex jarakom! Hekk eżatt kien qed iħossu Żakkew meta mar mal-folla jara lil Ġesù. X’kien jagħmel Żakkew? Żakkew kien jiġbor il-flus għall-gvern, u xi kull tant kien jiġbor iktar milli kellu. Minħabba f’hekk, ħafna nies ma kinux iħobbuh. Imma Ġesù jarah! Ejja naraw x’ġara eżatt fl-istorja!
📖 L-istorja (5 minuti)
Tista’ tanima l-istorja (billi tniżżel u taqra l-verżjoni adattata mehmuża) jew tistedin lill-istudenti jaraw il-vidjow mill-PowerPoint: L-Istorja ta’ Żakkew (5 minuti)
Wara l-istorja, itlob lit-tfal jirrakkontaw fuq fuq l-istorja fi kliemhom stess bl-għajnuna tiegħek. It-tfal jistgħu janimaw jew jirreċtaw partijiet mill-istorja waqt li inti tgħidha fi kliemek stess.
F’dan il-mument, tista’ tuża attività interattiva biex tqajjem aktar interess qalb istudenti u tgħinhom jidħlu fl-istorja qabel ma tiddiskutu fil-qosor xi punti importanti magħhom.
🎭 Attività interattiva (10 minuti) – Nitla’ mas-Siġra – mima:
Għan: li t-tfal jifhmu l-isforz ta’ Żakkew biex jegħleb l-isfidi u biex jitħajjru jagħmlu bħalu fil-ħajja tagħhom.
Istruzzjonijiet:
1. Aqsam it-tfal fi gruppi żgħar (eż., 3-4 itfal għal kull grupp).
2. Staqsi lil kull grupp biex jirreċta dik il-parti tal-istorja meta Żakkew ipprova jitla’ mas-siġra u kemm kienet xi ftit jew wisq diffiċli għax kien qasir. Inkuraġġihom juru kemm dam jipprova sakemm irnexxielu!
3. Wara l-mima, iddiskuti fil-qosor: Żakkew sabha diffiċli biex jitla’ s-siġra biex jara lil Ġesù (biex jagħmel xi ħaġa tajba sabha diffiċli – kellu jagħmel sforz kbir). Inti issibha diffiċli biex tagħmel xi ħaġa tajba? Iddiskuti dawn l-eżempji: taqsam il-ġugarelli ma’ ħaddieħor, tiskuża ruħek, iġġib ruħek sew anki meta tkun trid tagħmel xi ħaġa oħra, tiżbarazza l-ġugarelli tiegħek u tnaddaf il-ħmieġ tiegħek stess.
4. Iddiskuti kif, bħal Żakkew, jistgħu jagħmlu sforz biex jegħlbu dawn l-ostakli, anki jekk dan ifisser li jagħmlu xi ħaġa diffiċli jew mhux tas-soltu.
• Pereżempju: Negħlbu l-mistħija tagħna biex ngħidu talb lil Alla; ngħinu lil ħaddieħor anke meta huma ma jagħmlux l-istess magħhom; li jkunu qalbhom tajba anke meta ħaddieħor ma jkunx; nitolbu l-għajnuna meta ma nifhmux xi ħaġa minflok naqtgħu qalbna.
🟦 Diskussjoni tal-Istorja (7 minuti)
Itlob lill-istudenti jirrakkontaw l-istorja fil-qosor u bil-kliem tagħhom stess. Imbagħad iddiskuti dawn il-mistoqsijiet jew għażel minnhom:
- Għaliex taħseb li Żakkew tela’ s-siġra?
Għax kien qasir u ma setax jara fuq il-folla. Ried jara lil Ġesù u għalhekk kien determinat li jsib mezz kif jarah, minkejja l-ostakli anke jekk din kienet tfisser li jixxabbat ma’ siġra.
- Kif taħseb li ħassu Żakkew meta Ġesù stieden lilu nnifsu fid-dar tiegħu?
Sorpriż, għax Ġesù kien magħruf u importanti. Ferħan u eċitat, għax żgur ma kienx jistenna li Ġesù jinduna bih. Forsi anke ftit nervuż, għax kien jaf li m’għamilx dejjem affarijiet tajbin.
- Għaliex il-folla gergret meta Ġesù qal li kien sejjer fid-dar ta’ Żakkew?
Għax Żakkew kien jiġbor it-taxxa u n-nies ma kinux iħobbuh. Ħasbuh midneb u ma ħasbux li Ġesù għandu jqatta’ l-ħin ma’ xi ħadd bħal Żakkew.
- Kif inbidel Żakkew wara li ltaqa’ ma’ Ġesù?
Iddeċieda li jagħti nofs ġidu lill-foqra u jwiegħed li jrodd lura dak li kien seraq. Sar bniedem aħjar u wera li ddispjaċih minn dak li għamel fil-passat.
- Għaliex Ġesù għażel li jżur lil Żakkew?
Ġesù ried jgħin lil Żakkew meta ra kemm għamel sforz biex imur jarah. Ried joffrilu l-maħfra, u juri li l-imħabba ta’ Alla hi għal kulħadd, speċjalment għal dawk li jħossuhom waħedhom jew żbaljaw fil-ħajja tagħhom.
🟦 Konklużjoni (2 minuti)
Bħal Żakkew, aħna wkoll għandna n-nuqqasijiet tagħna, imma Alla jarana, jħobbna, u jrid ikun qrib tagħna. Meta nagħmlu sforz biex nersqu lejh u nuru mħabba lejn l-oħrajn, jistgħu jiġru affarijiet tal-għaġeb!
Saqsi lit-tfal jekk iridu jgħidu xi talba huma fuq dak li tgħallmu jew fuq xi ħaġa oħra. Spjega kemm jieħu gost Ġesù jisma l-ħsibijiet u x-xewqat tagħhom.
Talba:
🙏 O Alla, grazzi talli tarana u tħobbna, bħalma ħabbejt lil Żakkew. Għinna nagħmlu kuraġġ biex ninbiddlu u nagħmlu l-ġid. Ammen
💪 MIS-SERJE WHOLESOME – BIL-QAWWA TIEGĦEK KOLLHA: MILMUĦ U MISJUB
Ibbażata fuq il-ġrajja ta’ Żakkew (Luqa 19:1-10)
👉 Għan:
L-istudenti jkunu jistgħu jifhmu li Alla jara u jħobbhom minkejja n-nuqqasijiet u d-dgħufijiet tagħhom. Permezz tal-istorja ta’ Żakkew, huma jkunu jistgħu jirrikonoxxu kif laqgħa ma’ Ġesù tista’ tispirahom jegħlbu l-ostakli u juru qalb tajba lejn l-oħrajn.
🟦 Introduzzjoni (5 minuti)
• L-għodwa t-tajba, kulħadd! Ejja nibdew billi nagħmlu s-sinjal tas-Salib u nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta’ dan il-jum.
• Illum se nisimgħu storja dwar raġel jismu Żakkew. Qatt ħassejtkom żgħar wisq jew mhux tajbin biżżejjed biex tiġbdu l-attenzjoni tal-oħrajn? Immaġinawkom tippruvaw taraw is-supereroj favorit tagħkom f’nofs folla kbira, imma intom wisq qosra biex jarakom! Hekk eżatt kien qed iħossu Żakkew meta ma setax jara lil Ġesù. X’kien jagħmel Żakkew? Hu kien jiġbor il-flus għall-gvern, u xi kull tant kien jiġbor iktar milli missu! Minħabba f’hekk, ħafna nies ma kinux iħobbuh.
📖 L-istorja (5 minuti)
Tista’ tanima l-istorja (billi tniżżel u taqra l-verżjoni adattata mehmuża) jew tistieden ‘l istudenti jaraw il-vidjo mill-PowerPoint: L-Istorja ta’ Żakkew (5 minuti)
F’dan il-mument, tista’ tuża attività interattiva biex tqajjem aktar interess fl-istudenti u tgħinhom jidħlu fl-istorja. Qabel ma tiddiskuti xi punti importanti magħhom.
🎨 Attività ta’ tpinġija – Rajtni u Ħabbejtni (10 minuti)
Għan: Li nirriflettu fuq il-fatt li Alla jaranu u jħobbna minkejja n-nuqqasijiet tagħna.
Materjali: Karti, krejons, markers, stikers (jekk trid).
Istruzzjonijiet:
1. Kull tifel u tifla jpinġu siġra u stampa tagħhom infushom maġemb is-siġra.
2. Inkuraġġihom jiktbu jew jpinġu xi ħaġa li jħossuhom mhux kburin jew skomdi dwarha, jew li tbeżżagħhom, fuq iz-zokk tas-siġra (eż. M’iniex tajjeb fl-isports, Nirrabja kultant, m’għandix paċenzja).
3. Imbagħad, iżejnu lilhom infushom b’kuluri sbieħ u stikers biex juru kif Alla jarahom speċjali u maħbubin minkejja l-insigurtajiet tagħhom. Spjega kemm aħna rridu nagħmlu sforz biex it-tjubija tagħna tiddi u negħlbu dak li jħallina nħossuna insiguri.
4. Iddiskuti magħhom:
– Kif tħossok issa li taf li Alla jarak u jħobbok, anke meta ma tħossokx perfett? Kif tista’ turi mħabba lejn ħaddieħor, anke jekk għandu xi nuqqasijiet?
– Kif tista’ turi qalb tajba u mħabba lejn dawk ta’ madwarek, bħalma għamel Ġesù ma’ Żakkew? (Pereżempju: stieden lil xi ħadd li jkun bilqiegħda waħdu biex jilgħab miegħek; għin lil xi ħadd fil-klassi li jkun qed jitħabat max-xogħol; taċċetta lil ħaddieħor anke jekk jkun differenti minnek.)
🟦 Diskussjoni tal-Istorja (10 minuti)
Itlob lill-istudenti jirrakkontaw l-istorja fil-qosor u bil-kliem tagħhom stess. Imbagħad iddiskuti dawn il-mistoqsijiet:
- Għaliex taħseb li Żakkew tela’ s-siġra?
Għax kien qasir u ma setax jara fuq il-folla. Kien tassew irid jara lil Ġesù. Kien determinat li jsib mezz kif jarah, minkejja l-ostakli. - Kif taħseb li ħassu Żakkew meta Ġesù stieden lilu nnifsu fid-dar tiegħu?
Sorpriż, għax Ġesù kien magħruf u importanti. Ferħan u eċitat, għax żgur ma kienx jistenna li Ġesù jinduna bih. Forsi anke ftit nervuż, għax kien jaf li m’għamilx dejjem affarijiet tajbin. - Għaliex il-folla gergret meta Ġesù qal li kien sejjer fid-dar ta’ Żakkew?
Għax Żakkew kien jiġbor it-taxxa u n-nies ma kinux iħobbuh. Ħasbuh midneb u ma ħasbux li Ġesù għandu jqatta’ l-ħin ma’ xi ħadd bħal Żakkew. - Kif inbidel Żakkew wara li ltaqa’ ma’ Ġesù?
Iddeċieda li jagħti nofs ġidu lill-foqra u jwiegħed li jrodd lura dak li kien seraq. Sar bniedem aħjar u wera li ddispjaċih minn dak li għamel fil-passat. - Għaliex Ġesù għażel li jżur lil Żakkew?
Biex isalva ruħ mitlufa, joffri l-maħfra, ibiddel ħajtu, u juri li l-imħabba t’Alla hi għal kulħadd – anke għal dawk li n-nies jgħoddu bħala mwarrbin. Ġesù nnota l-isforz ta’ Żakkew biex jarah, u dan qanqlu biex jersaq lejh.
🟦Konklużjoni (2 minuti)
Bħal Żakkew, aħna wkoll għandna n-nuqqasijiet tagħna, imma Alla jarana, jħobbna, u jrid ikun qrib tagħna. Meta nagħmlu sforz biex nersqu lejh u nuru mħabba lejn l-oħrajn, jistgħu jiġru affarijiet tal-għaġeb!
Saqsi lit-tfal jekk iridu jgħidu xi talba huma fuq dak li tgħallmu jew fuq xi ħaġa oħra. Spjega kemm jieħu gost Ġesù jisma’ l-ħsibijiet u x-xewqat tagħhom.
🙏 Talba li jistgħu jaqraw kollha flimkien:
O Alla, grazzi talli tarana u tħobbna, bħalma ħabbejt lil Żakkew. Għinna negħlbu l-ostakli tagħna u nuru qalb tajba ma’ kulħadd. Ammen.
MIS-SERJE WHOLESOME
💪 BIL-QAWWA TIEGĦEK KOLLHA: MILMUĦ U MISJUB
L-istroja ta’ Żakkew (Luqa 19:1-10)
🟦 INTRODUZZJONI (5 min.):
1. Ftuħ
- L-animatur jibda’ billi jistaqsi:
👉 “X’jiġi f’moħħok meta tisma’ l-kelma ‘wholesome’?”
- Ilqa’ ftit risposni u faħħar il-kontribuzzjonijiet kollha.
2. Għaqqad mis-sensiela
- Spjega li wholesome tfisser “sħiħ, komplut, imwettaq, jew integrat.”
- Wholesome: Sensiela ta’ Stejjer tgħina nespjoraw kif inkunu ħaġa waħda:
💓 b’Qalbna kollha
🧠 b’Moħħna kollu
💪🏼 bil-Qawwa kollha (tal-ġisem)
🔥 b’Ruħna kollha
3. Agħti kuntest
- “L-istorja tal-lum titkellem fuq il-qawwa jew is-saħħa – x’jiġi f’moħħok meta tisma’ dawn il-kliem?”
- “Iva, permezz tal-istorja ta’ Żakkew, se nisimgħu fuq il-ħiliet jew il-qawwa fiżika tagħna imma wkoll il-limiti tagħna – li m’għandniex naħbu għax hemm soluzzjonijiet aħjar li bihom nsibu qawwa ġdida. Qed insemmu din l-istorja: “Bil-Qawwa tiegħek kollha: Milmuħ u Misjub.”
📖 L-EWWEL QARI (Luqa 19:1–10) – Aqra’ l-qari kollu (jekk trid) – 5 min.
- L-Animatur jagħmel is-Sinjal tas-Salib u jaqra l-passaġġ mill-bibbja jew skrin.
- Imbagħad jistaqsi:
- “Ġieli kont smajt din l-istorja qabel?”
- “Laqtek xi ħaġa minnha?”
- Isma’ mingħajr ġudizzju – dan huwa mument fejn niltaqgħu mal-istudenti fejn jinsabu.
Introduċi it-3 Punti Prinċipali:
- Nagħrfu fejn aħna b’saħħitna u dgħajfa –
Intejbu lilna nfusna mingħajr ma nneħħu ħarsitna minn fuq it-tajjeb
- Inħallu lilna nfusna nkunu milmuħa lil hinn mill-isforzi tagħna –
Moħbijin minn ħafna, il-bżonnijiet tagħna mhumiex inviżibbli għal Alla
- Il-qawwa tagħna ssir sħiħa –
Nagħmlu deċiżżjonijiet ġodda, konxji li aħna milmuħa u misjuba.
🟪 PARTI 1 (2 min.) – Aqra’ versi 1–4:
NAGĦRFU FEJN AĦNA B’SAĦĦITNA U DGĦAJFA – INTEJBU LILNA NFUSNA MINGĦAJR MA NNEĦĦU ĦARSITNA MINN FUQ IT-TAJJEB
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Żakkew kien kurjuż biex ikun jaf aktar dwar Ġesù u għamel sforz fiżiku biex jarah billi xxabbat ma’ siġra.
👉 Fejn tħossok b’saħħtek? X’ħiliet għandek inti? Xi sforzi tista’ tagħmel biex issir taf aktar fuq Ġesù jew biex ittejjeb lilek innifsek?
- Min kien Żakkew? Kellu ħafna flus imma kien qasir.
👉 Nistgħu inkunu għonja b’ħafna modi imma jista’ wkoll inkunu qosra b’diversi modi – per eż. limiti jew bżonnijiet. Irrifletti.
- Żakkew kien pubblikan, mistkerraħ minn nies ta’ żmienu u probabilment irritorna l-kumpliment billi kien jisraqhom.
👉 Għandna tendenza inbgħatu f’ċerti relazzjonijiet jew ma’ ċerti nies – kif tkampa? Ġieli nkomplu nagħxquha?
🌳 Attività: Skuk ta’ ħila (3 min.):
- Agħti lill-istudenti siġra żgħira tal-karti (jew għidilhom ipinġuha).
- Stedihom sabiex jiktbu xi “ħila” li għandhom biex ifittxu jew “sforz” li jistgħu jagħmlu lejn it-tajjeb fuq iz-zokk tas-siġra.
- Dawn is-siġar ser jerġgħu jintużaw aktar tard fis-sessjoni.
🟨 PARTI 2 (2 min.) – Aqra’ vers 5:
INĦALLU LILNA NFUSNA NKUNU MILMUĦA LIL HINN MILL-ISFORZI TAGĦNA – MOĦBIJJA MINN ĦAFNA, IL-BŻONNIJIET TAGĦNA MHUX INVIŻIBBLI GĦAL ALLA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Żakkew jitla’ fuq is-siġra biex jara lil Ġesù, imma wkoll biex jagħmel dan mingħajr ħadd ma jarah.
👉 Kultant għandna ħabta naħbu (jew ninjoraw) il-bżonnijiet tagħna (jew il-valuri) biex nipproteġu lilna nfusna jew biex inkampaw – Fuq liem “siġra” tinsab f’ħajtek bħalissa? Kif tkampa mal-bżonnijiet mhux milħuqa tiegħek jew f’ambjent ostili?
- Ġesù jara lil Żakkew u jsejjaħu b’ismu biex “isa, inżel minn hemm.”
👉Ġieli kellek li xi ħadd li nduna b’dak li qed tagħmel tassew mingħajrek tlissen biss kelma waħda? Tista’ tirrikonoxxi xi bżonn personali jew relazzjonali li għandek?
🎭 Attività: Smaskrat (3 min.):
Stienden lill-istudenti sabiex
- jirriflettu fuq xi bżonn personali jew relazzjonali li għandhom.
- Jaħsbu fuq kif jista’ jkun qed jaħbu jew ma jevitaw l-istess bżonnijiet.
- Itlobhom jiktbuh fuq il-weraq tas-siġra tal-karti.
🟩 PARTI 3 (2 min.) – Aqra’ versi 6–9:
IL-QAWWA TAGĦNA SSIR SĦIĦA – NAGĦMLU DEĊIŻŻJONIJIET ĠODDA, KONXJI LI AĦNA MILMUĦA U MISJUBA.
Punti + Mistoqsijiet tal-Animatur:
- Żakkew ħassu sikur biex jinżel mis-siġra għax Ġesù rah u ma ġġudikahx.
👉 Kif tħossok kieku xi ħadd jarak il-bżonnijiet jew il-valuri tiegħek jew dak li għaddej minnu u laqak? Jista’ jkun xi ħadd qalbu tajba li lest joffrilek għajnuna jew xi ħadd li tista’ tafda.
- Żakkew “wieqaf” huwa sinjal li kien kiseb qawwa ġdida.
👉 Min fil-ħajja tiegħek qed jistiednek biex flok tistaħba tkun tista’ “tieqaf” sod u bla biża’?
- Żakkew għamel għażliet ġodda f’ħajtu, mhux għax beża’ mill-pressjoni imma għax ferħan li issa sab qawwa ġdida.
👉 Kultant, l-ewwel inkunu rridu nsibu qawwa ġdida qabel inkunu nistgħu naħsbu fl-oħrajn. X’tirranġa fir-rigward tar-relazzjonijiet tiegħek, kieku tingħatalek qawwa ġdida?
🤝 Attività: Milmuħ u Misjub (3 min.):
- Stieden lill-istudenti sabiex iduru fuq xi ħadd viċin.
- Kull persuna tista’:
- Taqsam il-bżonnijiet li kitbet fuq is-siġra tal-karti.
- Tħeġġeġ u titlob għal xulxin.
- Tispiċċa billi jiktbu fuq ta’ xulxin: “Milmuħ u Misjub.”
🙏 GĦELUQ
- Ġesù jrid jiġi għandek ukoll: talba qasira għall-fejqan:
“Mulej, anke meta jħosnna moħbijja, fil-bżonn, jew waħedna – Int tarana. Int tistedinna biex ninżlu u nimxu miegħek. Grazzi talli toffrilna l-fejqan u qawwa ġdida. Għina nużaw din il-qawwa biex nieħdu ħsieb lil xulxin. Ammen.”






