These three sessions dive deep into what it means to live out mercy and forgiveness in real life. We get to see how being merciful and forgiving, just like God is to us, makes life richer, brings us closer to God, and gives us fresh starts.


 

Welcome and explore these three sessions to share them with children attending early (Year 1- Year 3) and primary years (Year 4 – Year 6).

These sessions are accompanied by several resources, including:

  • A PowerPoint presentation for early years and primary years
  • the script of the session with suggested answers
  • A handout to be used during the session

Before the session, it is important to download the material for each session and adapt it for the students in your school. The material is found on the right side of the screen, or if you’re using a smartphone, continue to scroll down. If you have any queries, do not hesitate to contact us.

Ngħixu l-Imħabba Permezz tal-Ħniena u l-Maħfra

Għan Ewlieni: It-tfal jirriflettu kif matul iż-żmien tar-Randan niftakru kemm Ġesù jħobbna u kemm hu ħanin magħna kull darba li jaħfrilna dnubietna. Aħna għandna nimxu wara l-eżempju tiegħu u nuru ħniena mal-oħrajn bħalma nixtiequ li ħadd ieħor juri ħniena magħna.

Snin: Bikrin u Primarja

L-istudenti se:

  • Jifhmu x’inhuma atti ta’ ħniena.
  • Jagħrfu minn storja liema kienu l-atti ta’ ħniena.
  • Jaħsbu kif jistgħu jagħmlu atti ta’ ħniena fil-ħajja ta’ kuljum.
  • Japprezzaw kif permezz tal-ħniena aħna: nuru li aħna tfal ta’ Alla u nressqu lil oħrajn iktar viċin t’Alla.

Ħin: 30 min

Riżorsi:

  • PowerPoint Presentation – Sessjoni 1 Primarja/Bekrin
  • Karta għal kull grupp biex jiktbu t-tfal fuqhom waqt xogħol ta’ gruppi.
  • Ħendawt: Nibqa’ Viċin Alla Jig-Saw (għal kull student)
  • Lapsijiet/kuluri
  • Whiteboard (jekk trid)

Merħba u mument ta’ talb: Ibda billi tilqa’ lil kulħadd, ssellem l-SLT u l-edukaturi u tintroduċi lilek innifsek. (1 slide) Kompli b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm is-skiet, jekk hu possibbli b’għajnejh magħluqin, u jsiru xi eżerċizzi ta’ nifs fil-fond u bil-mod biex wieħed jikkalmaw. L-animatur jista’ jitlob b’dit-talba, “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nirringrazzjawh talli laqqagħna hawn flimkien illum.” (Pawża ta’ silenzju)

Kulħadd irodd is-salib.

L-Ewwel Parti: Introduzzjoni Diskussjoni qasira (2 min)

  • Fit-2 slide ibda diskussjoni qasira fuq x’inhu s-Samaritan it-Tajjeb? – (jekk ma jafux xi tfisser saqsi: Xi tfisser il-kelma ‘Ħniena’? Xi tfisser meta tkun ħanin? (li taħfer, li tagħder, li tħenn, li tkun tolleranti, paċenzjuż.)
  • Ara x’jafu fuq is-suġġett. Jekk ma jafu xejn spjega li dak in-nhar huma ser jiskopru xi tfisser tkun is-Samaritan it-Tajjeb.
  • Għid lill-istudenti li se jaraw u jisimgħu storja tas-Samaritan it-Tajjeb (3 slide) – spjega minn fejn ġie l-isem Samaritan (kien poplu li kienu jgħixu fi żmien Ġesù imma l-Lhud ma kellhomx rapporti tajbin magħhom u għalhekk kienu miġġildin) u spjega xi tfisser il-kelma parabboli (stejjer li kien jivvinta Ġesù biex jgħallem lin-nies).

It-Tieni Parti: Storja (5 min)

Fit-3 slide urihom l-istorja tas-Samaritan it-Tajjeb.

Fl-aħħar iddiskuti mal-istudenti liema kienu l-atti ta’ ħniena li jidhru fil-vidjow:

  1. Il-ġenerożità kbira li wera s-Samaritan it-Tajjeb ma’ xi ħadd li ma jafx u li kien Lhudi (l-għedewwa tiegħu)
  2. Dak it-tifel twajjeb li għalkemm kien sejjer tard għal-lezzjoni xorta waqaf biex jgħin lit-tifel li waqgħulu l-kotba mal-art.

It-Tielet Parti: Xogħol fi gruppi/ brainstorming (10 mins)

  • Fir-4 slide għid l-istudenti jingħaqdu fi gruppi ta’ 4 u jiddiskutu l-mistoqsija: Kif nistgħu inkunu bħas-Samaritan it-Tajjeb fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Agħti karta lil kull grupp sabiex jiktbu l-ideat tagħhom.
  • Wara isma’ dak li kiteb kull grupp. Jekk hemm whiteboard, ikteb xi ideat li jgħidu t-tfal biex tagħti importanza lil dak li jgħidu.
  • Infurmahom li fl-islide li jmiss se jaraw vidjow ieħor u li wara se tiddiskutuh flimkien. L-istorja isimha The Troll Bridge.

Ir-Raba’ Parti: Storja (7 min)

  • Fil-5 slide uri l-istorja ta’ The Troll Bridge (5 min)
  • Fis-6 slide iddiskuti dawn il-mistoqsijiet magħhom: (2 min)
  • Liema atti ta’ ħniena osservajtu? (imħabba u paċenzja).
  • X’wasslu l-imħabba u l-paċenzja? (It-troll inbidel f’ kreatura aħjar, sar twajjeb u paċenzjuż ma’ ħaddieħor).

Il-Ħames Parti: Konklużjoni Ħandowt (5 mins)

Ikkonkludi billi tispjega li permezz tal-atti tagħna ta’ ħniena aħna:

  1. Nuru li aħna tfal ta’ Alla u
  2. Ngħinu lill-oħrajn jersqu viċin Alla.

Fis-7 slide, agħti l-ħandowt: Nibqa’ Viċin Alla Jig-Saw:

Istruzzjonijiet:

  • Fejn hu immarkat, pinġi jew ikteb wieħed jew iktar mill-atti ta’ ħniena li semmejna llum u li bi ħsiebek tagħmel inti f’ħajtek. Fil-parti l-oħra ikteb ismijiet ta’ nies li taf u li ma tafx.
  • Agħti kulur imma ħu ħsieb li l-kliem jibqa’ jidher. Żommha d-dar fil-kamra tiegħek biex tfakkrek biex tagħmel atti ta’ ħniena matul il-ħajja tiegħek.

Mument ta’ talb: (7 slide) Spiċċa b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm għajnejh magħluqin jekk possibbli bi ftit eżerċizzju ta’ nifsijiet biex wieħed jikkalma. L-għalliem reliġjuż imbagħad jgħid “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nużaw dan il-mument ta’ skiet biex niftakru fl-atti ta’ ħniena li tgħallimna dwarhom illum u ejja nkellmu lil Alla fuqhom.”

Spiċċaw bir-radd tas-salib.

L-istudenti se:

  • Jifhmu kif permezz ta’ atti ta’ ħniena aħna ngħixu iktar kuntenti għax inferrħu lil ħaddieħor u dan iferraħ lilna.
  • Jitgħallmu li l-maħfra hija att ta’ ħniena.
  • Jitgħallmu l-importanza u l-konsegwenzi tal-maħfra.

Ħin: 30 min

Riżorsi:

  • PowerPoint Presentation – Sessjoni 2 Primary
  • Handowt: Sebgħa u Sebgħin Darba HO (waħda għal kull student)
  • Lapsijiet/kuluri

Merħba u mument ta’ talb: Ibda billi tilqa’ lit-tfal, issellem ‘il SLT u l-edukaturi u tintroduċi lilek innifsek. (1 slide)

Kompli b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm is-skiet, jekk hu possibbli b’għajnejh magħluqin, u jsiru xi eżerċizzi ta’ nifs fil-fond u bil-mod biex wieħed jikkalmaw. L-animatur jista’ jitlob b’dit-talba, “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nirringrazzjawh talli laqqagħna hawn flimkien illum.” (Pawża ta’ silenzju) Kulħadd irodd is-salib.

L-Ewwel Parti: Introduzzjoni Diskussjoni (5 min)

Uri t-2 slide u ddiskuti dawn il-mistoqsijiet:

  • X’qed tara fir-ritratti? Għaliex? (ġenitur iċanfar lit-tifel/tfal għaliex saret xi azzjoni mqarba.)
  • Kif tħossok meta l-ġenituri tiegħek jaħfrulek meta tkun imqareb id-dar? (iktar kuntent, tħossok ħieles u ħafif, maħbub).
  • Għaliex il-ġenituri tiegħek jaħfrulek? Iddiskuti dawn il-punti li għandhom joħorġu:
    • biex ikollok ċans tieqaf u tirrifletti fuq dak li għamilt;
    • ċans biex terġa’ tibda;
    • titgħalliem kif tagħmel deċiżjonijiet tajbin;
    • tpatti tal-ħsara li għamilt.
  • Ikkonkludi billi tgħid li jekk wieħed irid li ħaddieħor jaħfirlu, mela huwa jrid jibda jaħfer l-ewwel. Jekk wieħed irid ċans ieħor biex jirranġa dak l-iżball, mela għaliex ma nagħtux ċans lil ħaddieħor?
  • Spjega li fl-islide li jmiss, se jerġgħu jiltaqgħu mal-puppets. Dawn se jitkellmu fuq il-ħniena u wara se juruna storja li se tiddiskutu flimkien. Din jisimha The Golden Stones.

It-Tieni Parti: Storja (10 min)

Fit-3 slide urihom il-vidjow tal-Puppets u l-istorja ta’ The Golden Stones. Wara li jaraw il-vidjo, iddiskuti l-mistoqsija: Liema atti ta’ ħniena jidhru fl-istorja?

  • maħfra
  • li tagħti ċans għal darba oħra
  • iddiskuti t-tajjeb li ħareġ meta taw ċans (il-karattri għexu ħajja aħjar).

It-Tielet Parti: Ħandowt (10 mins)

Fir-raba’ slide, ibda x-xogħol tal-ħandowt billi tintroduċiha b’din il-mistoqsija:

  • Għid lill-istudenti li darba kien hemm xi ħadd li saqsa lil Ġesù kemm-il darba għandna naħfru lil xulxin. Saqsi lill-istudenti jekk jafu x’kienet ir-risposta ta’ Ġesù? Jekk ma jafux qassam il-Ħandowt Sebgħa u Sebgħin Darba u qabbad lil xi ħadd jaqra għal kulħadd il-parti ta’ fuq fejn hemm silta mill-Bibbja. Fi ftit ħin iddiskuti x’jaħsbu dwar is-silta.
  • Ħajjar lill-istudenti biex jaħdmu l-ħandowt u jsibu l-parir siewi li fiha. (Galadarba Alla ħafirlek, hekk int ukoll għandek taħfer).

Ir-Raba’ Parti: Konklużjoni Kant (3 min)

Fl-aħħar parti semmalhom il-kanzunetta Forgiveness fuq il-ħames slide. L-istudenti jistgħu jkantaw magħha u ħeġġiġhom jaħsbu fuq il-kliem li qed jaqraw.

Mument ta’ talb: Spiċċa b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm għajnejh magħluqin, jekk hu possibbli bi ftit eżerċizzju ta’ nifsijiet bil-mod u fil-fond biex wieħed jikkalma. (6 slide) L-għalliem reliġjuż imbagħad jgħid “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nużaw dan il-mument ta’ skiet biex nitolbu lil Alla jagħtina l-kuraġġ biex naħfru lil ħaddieħor.” Spiċċaw bir-radd tas-salib.

L-istudenti se:

  • Jitgħallmu kif Alla huwa dejjem lest biex jaħfrilna bħal missier ħanin.
  • Jifhmu li meta nieqfu biex nirriflettu fuq l-azzjonijiet tagħna u meta nitolbu maħfra, aħna nkunu mogħtija ċans ieħor biex nieħdu deċiżjonijiet aħjar fil-ħajja tagħna u ċans biex intejbu l-ħsara li nkunu kkawżajna.
  • Jkollhom ċans jaħsbu fuq xi għemejjel ħżiena li jkunu wettqu, jitolbu maħfra lil Alla u jaħsbu kif jistgħu jpattu għall-ħsara li jkunu wettqu.

Ħin: 30 min

Riżorsi:

  • PowerPoint Presentation – Sessjoni 3 Primarja jew Bikrin
  • Ħandowt: Il-Maħfra (waħda għal kull grupp ta’ 3 studenti).
  • Strixxi tal-karti kkuluriti (aqta’ 5 strixxi minn kull karta A4 għat-tul). Strixxa waħda għal kull student.
  • Lapsijiet/kuluri
  • Stapler 1

Merħba u mument ta’ talb: Ibda billi tilqa’ lit-tfal, issellem ‘il SLT u l-edukaturi u tintroduċi lilek innifsek. (1 Slide)

Kompli b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm is-skiet, jekk hu possibbli b’għajnejh magħluqin, u jsiru xi eżerċizzi ta’ nifs fil-fond u bil-mod biex wieħed jikkalmaw. L-animatur jista’ jitlob b’dit-talba, “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nirringrazzjawh talli laqqagħna hawn flimkien illum.” (Pawża ta’ silenzju)

Kulħadd irodd is-salib.

L-Ewwel Parti: Introduzzjoni Diskussjoni (5 min)

Ibda billi tfakkar x’intqal fis-sessjoni ta’ qabel dwar li naħfru lil xulxin u li b’hekk inkunu qed nagħtu ċans biex intejbu l-ħsara li jkun sar. Iddiskuti mal-istudenti mistoqsijiet bħal dawn: (slide 2)

  • Kemm-il darba jaħfrilna Alla? (dejjem jekk veru nkunu niedma minn dak li għamilna).
  • Għaliex Alla jaħfrilna? (l-istess raġunijiet il-għala naħfru lill-oħrajn: biex inpattu tal-ħsara, jkollna ċans ieħor sabiex darb’ oħra nagħmlu deċiżjonijiet aħjar).

It-Tieni Parti: Storja (10 min)

Fit-3 slide uri l-istorja tal-Iben il-Ħali. Wara ddiskuti dawn il-mistoqsijiet:

  • Fl-aħħar tal-istorja l-missier kien irrabjat jew kuntent li l-iben mar lura d-dar? (ferħan ħafna)
  • Għaliex? (L-iktar ħaġa li kien jinteressah lil missieru kien li l-iben mar lura niedem u li tgħallem li fil-ħajja għandek tagħmel deċiżjonijiet għaqlin.)

It-Tielet Parti: Ħandowt (10 mins)

Fit-4 slide uri l-Ħandowt: Il-Maħfra li l-istudenti jridu jiddiskutu u jaħdmu flimkien fi gruppi ta’ 3. Agħti karta lil kull grupp. Huma jridu jimmarkaw l-istampi f’ordni li tagħmel sens.

  • Wara 5 min erġa’ iġbor lil kulħadd flimkien u ddiskuti l-ordni li tawhom. Fi ftit ħin spjega l-importanza ta’ kull pass. (M’hemmx ordni waħda speċifika kif għandhom jiġu speċjalment l-aħħar żewġ stampi – meta t-tifel jkun qed jitlob u meta t-tifel jgħannaq lil ommu.)

Ir-Raba’ Parti: Konklużjoni Attività: Katina ta’ Maħfra (3 min)

Bħala konklużjoni għamlu l-attività: Katina ta’ Maħfra (5 slide)

Istruzzjonijiet:

  • Agħti strixxa karta kkulurita lil kull student.
  • L-istudenti jieqfu jaħsbu f’xi ħaġa ħażina li jkunu għamlu u jiktbu talba ta’ maħfra lil Alla fuq l-istrixxa tal-karti.
  • Għidilhom jaħsbu f’modi kif jistgħu jdawru f’xi ħaġa sabiħa l-ħsara li jkunu għamlu, eżempju, irrabjajt/issuppervjajt mal-ġenituri u allura nista’ npinġilhom stampa sabiħa u nitlobhom maħfra.
  • Għin l-istudenti jiffurmaw katina bl-istrixxi karti ta’ kulħadd bl-istapler. Din il-katina ta’ maħfra tista’ titwaħħal fil-klassi u mbagħad tiġi offruta waqt il-quddiesa li jmiss.

Mument ta’ talb: (6 slide) Spiċċa b’mument ta’ talb fejn kulħadd iżomm għajnejh magħluqin, jekk hu possibbli bi ftit eżerċizzju ta’ nifsijiet bil-mod u fil-fond biex wieħed jikkalma. L-għalliem reliġjuż imbagħad jgħid “Ejjew niftakru li qegħdin fil-preżenza tal-Mulej. Ejjew nirringrazzjawh talli għaddejna dan il-ħin flimkien u tgħallimna ħafna affarijiet importanti biex ngħixu ferħanin.”

Spiċċaw bir-radd tas-salib. Saqsi lill-istudenti liema kienu l-aktar partijiet tas-sessjonijiet li għoġbithom u li laqtithom.

Print this page

 



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources