During this time of reflection and prayer based on the writings of St George Preca called the School of Betlehem (L-Iskola ta’ Betlem) is ideal to be done during Christmas time
Equipment: powerpoint presentation
Related to Liturgy: Christmas
Ages
- Middle Years
- Secondary Years
- Post-Secondary Years
Topics
- Dal-ħin maħsub biex isir bil-pawsa ħalli jingħata ħin għar-riflessjonijiet u t-talb.
- Għalhekk tajjeb jekk bejn riflessjoni u oħra ssir waqfa qasira.
- Jekk tindaqq mużika strumentali tal-Milied fil-baxx tgħin fl-eżerċizzju.
2. Titlu: L-Iskola ta’ Betlem
3. Ninġabru fis-skiet u nippreparaw ruħna biex immoru fi vjaġġ flimkien.
4. Madwar id-dinja nsibu ħafna bliet kbar li għandhom xi bini famuż u magħruf li baqgħu msemmijin għalih. Londra, per eżempju, hemm il-Big Ben. Sydney hemm l-Opera House. Ateni hemm l-Akropolis u Ruma hemm il-Kolossew. M’iniex ser noħodkom f’xi belt kbira iżda f’raħal ċkejken, għalkemm huwa raħal magħruf ħafna. Ser noħodkom Betlem. U l-bini speċjali li għalih baqa’ msemmi Betlem huwa l-iskola ta’ Betlem. Tgħiduli: “Din xi skola hi? Primarja? Sekondarja? Tas-subien jew tal-bniet?”
5. Ir-risposta ma hi l-ebda waħda minn dawn. L-iskola ta’ Betlem hija skola għal kulħadd: għall-kbar u għaż-żgħar, għall-bniet u għas-subien. Il-bini ta’ din l-iskola huwa għar fqajjar u mwarrab tal-annimali. U l-għalliem waħdieni li jgħallem f’din l-iskola huwa Sidna Ġesù Kristu stess, imwieled tarbija.
6. Biex nidħlu f’din l-iskola jeħtieġ li jkollna żewġ affarijiet magħna: uniformi u pitazz ġdid. Uniformi diġa għandna: hija l-marka tad-dnub, għax aħna lkoll midinbin u Kristu twieled biex isejjaħ lejh il-midinbin. Bħala pitazz ġdid nistedinkom iġġibu qalbkom bħal u, bħal ktieb, tpoġġuha miftuħa quddiem dan l-Imgħallem wieħed tal-bnedmin. Inħallu lilu, illejla, jikteb fil-qlub tagħna t-tagħlimiet li jgħallimna mill-maxtura; tagħlimiet li jgħinuna ngħixu ħajjitna aħjar f’imħabbitna lejn Alla u lejn il-proxxmu.
7. L-aktar għeżież, ejjew noqogħdu quddiem l-Imgħallem Divin tagħna mwieled tarbija, u nitgħallmu minnu ħames tagħlimiet tal-Ħajja Eterna.
8. L-ewwel tagħlima: Nitgħallmu li Kristu kien Alla.
Kristu twieled biex isalvana bit-tagħlim, bil-mewt u bil-qawmien tiegħu. Xejn u ħadd ħlief Alla nnifsu ma seta’ jifdi lill-bnedmin mill-{ustizzja nfinita ta’ Alla l-Missier. Għax kif jista’ bniedem bħall-oħrajn jasal iħallas id-dejn hekk kbir li aħna l-bnedmin kellna ma’ Alla minħabba d-dnub? Kristu biss seta’, għax kien Alla wkoll. Fi twelidu l-anġli kantaw: “Glorja ’l Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.” Kristu, Alla u bniedem, jitwieled biex iġibilna l-Paċi li Hu biss jista’ jagħti, għax Hu Alla.
Sentenza ta’ Ġesù fuq id-DivinitaÏ tiegħu:
Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.
9. It-tieni tagħlima: Il-Providenza t’Alla.
Ma tarax kemm Alla tagħna jieħu ħsiebna u jipprovdilna, meta bagħtilna lil Ibnu stess imwieled tarbija? Ġesù Kristu huwa l-uniku u l-aqwa mezz li Alla ta lilna l-bnedmin għas-salvazzjoni ta’ ruħna. U x’hemm aktar għażiż milli wieħed isalva ruħu? L-anġli ħabbru lir-rgħajja: “Għax twieled illum lilkom Salvatur, li Hu Kristu l-Mulej, fil-belt ta’ David.” Alla tagħna huwa tassew Alla tal-providenza.
Sentenza ta’ Ġesù fuq il-providenza t’Alla:
Jekk Alla jieħu ħsieb it-tajr u l-ġilji, kemm iżjed jieħu ħsieb tagħkom, ja nies ta’ fidi żgħira?
10. It-tielet tagħlima: il-Faqar.
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, is-Sultan tal-ħolqien, jidħol fid-dinja biex ikun is-salvatur tagħna taħt is-sura ta’ bniedem. Ara, Alla li hu kollox jiftaqar u jsir bniedem, kreatura hekk żgħira. U jsir bniedem fqir. Il-palazz tiegħu huwa għar tal-annimali u s-sodda indurata tiegħu hija l-maxtura tagħhom. ċaħad il-kumditajiet u r-rikkezzi li tant jgħożżu l-bnedmin u għannaq miegħu l-faqar. L-anġli ħabbru: “Morru u ssibu lit-tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.”
Sentenza ta’ Ġesù fuq il-faqar:
Agħmlu għalikom teżori fis-sema fejn la susa u lanqas sadid ma jħassru u lanqas ħallelin ma jidħlu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek hemm ukoll hija qalbek.
11. Ir-Raba’ tagħlima: il-Manswetudni.
Ġesù Kristu twieled u sar bniedem mhux biex jiġġudikana tal-ħażen li għamilna iżda twieled biex isalvana mit-telfien li ġibna fuqna bi dnubietna. L-anġli stess kienu xhieda ta’ dan meta ħabbru li tweldilna Salvatur. Alla jsir bniedem biex isalvana meta aħna konna għedewwa tiegħu bid-dnubiet li għamilna. Din hi l-manswetudni, li Alla tagħna tant iħobbna li jaħfrilna. Wara tant offiżi li għamilnielu, Alla stess isir bniedem għas-salvazzjoni tagħna.
Sentenza ta’ Ġesù fuq il-manswetudni:
Imitaw lili għax jien ta’ qalb mansweta u umli.
12. Il-ħames tagħlima: il-Paċenzja.
Ġesù Kristu malli deher fid-dinja ried juri lilna l-bnedmin il-ħtieġa tal-paċenzja. Il-bard tal-istaġun, il-maxtura, l-għar fil-beraħ u n-nuqqas tal-kumditajiet kollha huma xhieda ta’ kemm din it-tarbija Divina riedet tgħallimna li ħadd ma hu meħlus milli jieħu paċenzja f’din id-dinja. Ma setax Alla jsalva l-bnedmin b’mezz aktar komdu jew b’inqas diffikultajiet? |gur li seta’, iżda Kristu għażel din it-triq biex jurina u jgħallimna li bil-paċenzja tagħna nsalvaw ruħna.
Sentenza ta’ Ġesù fuq il-paċenzja:
Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.
13. Nirriflettu fuq dan li smajna.
14. Alla jsir bniedem. Il-Providenza t’Alla. Il-Faqar. Il-Manswetudni. Il-Paċenzja. Dawn huma l-ħames tagħlimiet li għal-lum l-Imgħallem tagħna Ġesù Kristu għallimna bi twelidu. F’din l-iskola tar-ruħ hemm ħafna aktar tagħlim x’jista’ wieħed jitgħallem: l-Ubbidjenza, il-Kruha tal-Infern, il-Ħniena t’Alla, l-Umilta u aktar.
15. Issa inti llejla nġabar f’post għall-kwiet u kompli aħseb fuq dak li smajt. Ara ftit kif it-twelid tal-Iben t’Alla se jwasslek għas-salvazzjoni ta’ ruħek. U dak li tgħallimt ipprattikah fil-ħajja tiegħek biex tkun tassew skular tajjeb ta’ dan l-Imgħallem divin u tal-iskola tiegħu.
16. (Hawn isir ħin ta’ talb personali fis-silenzju)
17. (It-talba tan-Novena. Għal disgħa darbiet jingħad hekk:
Qarrej: ‘L-Iben t’Alla sar Bniedem’
Kulħadd: ‘Glorja lill-Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.’
u wara Sliema u Qaddisa.) 18. (Slide sewda)
Material
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources