Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti huma mistiedna jiddentifkaw l-użu tal-bnadar u kif jagħmlu hekk jirrelataw il-bnadar mal-pajjiżi rispettivi. Kull pajjiż għandu l-poplu, l-abitat, il-kultura, it-twemmin, it-tradizzjonijiet u l-bżonnijiet tiegħu. Filwaqt li l-parteċipanti ser ikunu mitluba jiffukaw fuq pajjiż wieħed, ser jagħrfu wkoll li kull pajjiż bil-karatteristiċi uniċi tiegħu jiswa biex ikun parti minn dinja waħda globalizzata.
Equipment: printout tal-qafas tal-bnadar jew karta vojta ,kuluri jew materjal ieħor tat-tpinġija , biro jew lapes , spaga u stapler
Ages
- Early Years
- Primary Years
- Middle Years
- Secondary Years
Ħin:
40 minuta
Is-sekwenza tal-lezzjoni:
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo.
2. Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, fl-istess qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar.
3.. Il-pajjiżi kollha huma f’relazzjoni fejn il-popli jaqsmu bejniethom il-kulturi, twemmin, tradizzjonijiet u l-istili tal-ħajja.
Tista’ taħseb f’modi kif il-pajjiżi jaqsmu il-kulturi, it-twemmin, u l-istili tal-ħajja tagħhom?
4. Tista’ tagħżel pajjiż wieħed li hu għażiż għalik jew li dan l-aħħar ġibidlek l-attenzjoni?
Jista’ jkun il-pajjiż li smajt fl-aħbarijiet jew xi pajjiż fejn joqogħdu l-qraba jew il-ħbieb tiegħek.
5. Issa, bl-għajnuna ta’ adult, aqta’ madwar il-qafas tal-bandiera provduta bħala pdf.
6. Fuq il-qafas tal-bandiera, pinġi l-bandiera tal-pajjiż li għażilt fin-numru 5.
7. Aħseb dwar il-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż u tal-poplu tiegħu. Bl-għajnuna ta’ adult, tista’ ukoll tfittex informazzjoni dwar dan il-pajjiż.
8. Wara li tara dan il-vidjo: Where Are You From,
fuq in-naħa l-oħra tal-qafas tal-bandiera tista’ tikteb talba għall-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż.
9. Kull pajjiż għandu l-bżonnijiet tiegħu imma fit-talb tiegħek tista’ taħseb fil-poplu tal-pajjiż li għażilt f’numru 5. Tista’ wkoll titlob għall-mexxejjata’ dan il-pajjiż u għall protezzjoni tal-abitat naturali tiegħu.
Eżempju: Għażiż Alla, irrid nirringrazzjak għall-bnadar tad-dinja għax ifakkruna f’dinja waħda kbira u li lkoll ngħixu fiha. Nitolbok tipproteġi lin-nies minn_____________.
10. Finalment, bl-għajnuna ta’ adult, dendel biċċa spaga u magħha waħħal bl-istapler il-bandiera tiegħek. B’hekk tgħinek tiftakar kemm int u dawk li jgħixu miegħek titolbu għall-kuplament tal-pajjiżi fid-dinja. Kull darba li tagħmel hekk tista’ żżid bandiera mal-ispaga biex tifforma strixxa ta’ bnadar bit-talb tal-Pjaneta Earth.
Il-vidjo bl-isem ‘Bnadar ta’ Talb’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo.
2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-kunċett li l-pajjiżi kollha madwar id-dinja riedu li jużaw l-bnadar biex jirrapreżentaw in-nazzjon tagħhom.
Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar.
3. Kollox huwa f’relazzjoni fejn il-popli jaqsmu bejniethom il-kulturi, twemmin, tradizzjonijiet u l-istili tal-ħajja. Tista’ taħseb f’modi kif il-pajjiżi jaqsmu il-kulturi, it-twemmin, u l-istili tal-ħajja tagħhom?
4. Tista’ tagħżel pajjiż wieħed li hu għażiż għalik jew li dan l-aħħar ġibidlek l-attenzjoni? Jista’ jkun il-pajjiż li smajt fl-aħbarijiet jew xi pajjiż fejn joqogħdu l-qraba jew il-ħbieb tiegħek.
Issa, bl-għajnuna ta’ adult, aqta’ madwar il-qafas tal-bandiera provduta bħala pdf.
Fuq il-qafas tal-bandiera, pinġi l-bandiera tal-pajjiż li għażilt fin-numru 5.
4. Aħseb dwar il-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż u tal-poplu tiegħu. Bl-għajnuna ta’ adult, tista’ ukoll tfittex informazzjoni dwar dan il-pajjiż.
5. Wara li tara dan il-vidjo: Where Are You From, https://www.youtube.com/watch?v=kxQjMi1tACQ fuq in-naħa l-oħra tal-qafas tal-bandiera tista’ tikteb talba għall-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż. Kull pajjiż għandu l-bżonnijiet tiegħu imma fit-talb tiegħek tista’ taħseb fil-poplu, fil-mexxejja u fl-abitat naturali ta’ dak il-pajjiż.
Eżempju: Għażiż Alla, irrid nirringrazzjak għall-bnadar tad-dinja għax ifakkruna li aħna parti minn dinja waħda kbira. Nitolbok tiggwida lill-mexxejja ta’_____________, biex jipproteġu u jipprovdu lin-nies ta’ dan il-pajjiż.
6. Finalment, bl-għajnuna ta’ adult, dendel biċċa spaga u magħha waħħal bl-istapler il-bandiera tiegħek. B’hekk tgħinek tiftakar kemm int u dawk li jgħixu miegħek biex titolbu għall-kuplament tal-pajjiżi fid-dinja. Kull darba li tagħmel hekk tista’ żżid bandiera mal-ispaga biex tifforma strixxa ta’ bnadar bir-talb.
7. Il-vidjo bl-isem Bnadar ta’ Talb jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.
1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo.
2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-kunċett li l-pajjiżi kollha madwar id-dinja riedu li jużaw l-bnadar biex jirrapreżentaw in-nazzjon tagħhom.
3. Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar.
4. Kollox huwa f’relazzjoni fejn il-popli jaqsmu bejniethom il-kulturi, twemmin, tradizzjonijiet u l-istili tal-ħajja.
Tista’ taħseb f’modi kif il-pajjiżi jaqsmu il-kulturi, it-twemmin, u l-istili tal-ħajja tagħhom?
5. Tista’ tagħżel pajjiż wieħed li hu għażiż għalik jew li dan l-aħħar ġibidlek l-attenzjoni?
Jista’ jkun il-pajjiż li smajt fl-aħbarijiet jew xi pajjiż fejn joqogħdu l-qraba jew il-ħbieb tiegħek.
6. Issa, bl-għajnuna ta’ adult, aqta’ madwar il-qafas tal-bandiera provduta bħala pdf.
7. Fuq il-qafas tal-bandiera, pinġi l-bandiera tal-pajjiż li għażilt fin-numru 5.
8. Aħseb dwar il-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż u tal-poplu tiegħu. Bl-għajnuna ta’ adult, tista’ ukoll tfittex informazzjoni dwar dan il-pajjiż.
9. Wara li tara dan il-vidjo: Where Are You From
fuq in-naħa l-oħra tal-qafas tal-bandiera tista’ tikteb talba għall-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż.
Kull pajjiż għandu l-bżonnijiet tiegħu imma fit-talb tiegħek tista’ taħseb fil-poplu, fil-mexxejja u fl-abitat naturali ta’ dak il-pajjiż.
Eżempju: Għażiż Alla, irrid nirringrazzjak għall-bnadar tad-dinja għax ifakkruna li aħna parti minn dinja waħda kbira. Aħna lkoll aħwa. Nitolbok tiggwida lill-mexxejja ta’_____________, biex jipproteġu u jipprovdu lin-nies ta’ dan il-pajjiż u jieħdu ħsieb l-ambjent.
10. Finalment, bl-għajnuna ta’ adult, dendel biċċa spaga u magħha waħħal bl-istapler il-bandiera tiegħek. B’hekk tgħinek tiftakar kemm int u dawk li jgħixu miegħek biex titolbu għall-kuplament tal-pajjiżi fid-dinja. Kull darba li tagħmel hekk tista’ żżid bandiera mal-ispaga biex tifforma strixxa ta’ bnadar bir-talb.
11. Il-vidjow bl-isem Bnadar ta’ Talb jista’ jiggwidak.
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo.
Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar.
Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar. Kif juri l-vidjo Carnaval de Paris
Tista’ tagħżel pajjiż wieħed li hu għażiż għalik jew li dan l-aħħar ġibidlek l-attenzjoni?
Jista’ jkun il-pajjiż li smajt fl-aħbarijiet jew xi pajjiż fejn joqogħdu l-qraba jew il-ħbieb tiegħek.
Issa, tista’ tipprintja u taqta’ madwar il-qafas tal-bandiera provduta bħala pdf.
Fuq il-qafas tal-bandiera, pinġi l-bandiera tal-pajjiż li għażilt fin-numru 5.
Aħseb dwar il-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż u tal-poplu tiegħu. Tkun idea tajba li tfittex ukoll xi informazzjoni dwar dan il-pajjiż.
Wara li tara dan il-vidjo: Where Are You From,
fuq in-naħa l-oħra tal-qafas tal-bandiera tista’ tikteb talba għall-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż.
Kull pajjiż għandu l-bżonnijiet tiegħu imma fit-talb tiegħek tista’ taħseb fil-poplu, fil-mexxejja u fl-abitat naturali ta’ dak il-pajjiż.
Eżempju: Għażiż Alla, irrid nirringrazzjak għall-bnadar tad-dinja għax ifakkruna li aħna parti minn dinja waħda kbira. Aħna lkoll aħwa. Nitolbok tiggwida lill-mexxejja ta’_____________, biex jipproteġu u jipprovdu lin-nies ta’ dan il-pajjiż u jieħdu ħsieb l-ambjent.
Finalment, bl-għajnuna ta’ adult, dendel biċċa spaga u magħha waħħal bl-istapler il-bandiera tiegħek. B’hekk tgħinek tiftakar kemm int u dawk li jgħixu miegħek biex titolbu għall-kuplament tal-pajjiżi fid-dinja. Kull darba li tagħmel hekk tista’ żżid bandiera mal-ispaga biex tifforma strixxa ta’ bnadar bir-talb.
Il-vidjo bl-isem Bnadar ta’ Talb jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo.
I’m Putting Up My Flag: https://skitguys.com/videos/im-putting-up-the-flag
2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-kunċett tal-bandiera, li tfakkrek f’diversi barkiet li għandu l-pajjiż tiegħek. Kull bandiera tirrapreżenta nazzjonijiet differenti bil-barkiet u r-realtijiet tagħhom.
3. Għalkemm qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi u bnadar differenti, qegħdin nitkellmu dwar Dinja Waħda fejn il-pajjiżi jiġu flimkien permezz tal-bnadar. Kif juri l-vidjo Carnaval de Paris
kollox huwa f’relazzjoni fejn il-popli jaqsmu bejniethom il-kulturi, twemmin, tradizzjonijiet u l-istili tal-ħajja.Tista’ taħseb f’modi kif il-pajjiżi jaqsmu il-kulturi, it-twemmin, u l-istili tal-ħajja tagħhom?
Tista’ tagħżel pajjiż wieħed li hu għażiż għalik jew li dan l-aħħar ġibidlek l-attenzjoni?
Jista’ jkun il-pajjiż li smajt fl-aħbarijiet jew xi pajjiż fejn joqogħdu l-qraba jew il-ħbieb tiegħek.
4. Issa, tista’ taqta’ madwar il-qafas tal-bandiera provduta bħala pdf.
5. Fuq il-qafas tal-bandiera, pinġi l-bandiera tal-pajjiż li għażilt fin-numru 5.
6. Aħseb dwar il-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż u tal-poplu tiegħu. Tkun idea tajba li tfittex ukoll xi informazzjoni dwar dan il-pajjiż. Wara li tara dan il-vidjo: Where Are You From
fuq in-naħa l-oħra tal-qafas tal-bandiera tista’ tikteb talba għall-bżonnijiet ta’ dan il-pajjiż.
7. Kull pajjiż għandu l-bżonnijiet tiegħu imma fit-talb tiegħek tista’ taħseb fil-poplu, fil-mexxejja u fl-abitat naturali ta’ dak il-pajjiż.
Eżempju: Għażiż Alla, irrid nirringrazzjak għall-bnadar tad-dinja għax ifakkruna li aħna parti minn dinja waħda kbira. Aħna lkoll aħwa. Nitolbok tiggwida lill-mexxejja ta’_____________, biex jipproteġu u jipprovdu lin-nies ta’ dan il-pajjiż u biex jaħdmu favur l-iżvillup sostenibli filwaqt li jħarsu d-drittijiet kollha tal-bniedem.
8.. Finalment, bl-għajnuna ta’ adult, dendel biċċa spaga u magħha waħħal bl-istapler il-bandiera tiegħek. B’hekk tgħinek tiftakar kemm int u dawk li jgħixu miegħek biex titolbu għall-kuplament tal-pajjiżi fid-dinja. Kull darba li tagħmel hekk tista’ żżid bandiera mal-ispaga biex tifforma strixxa ta’ bnadar bir-talb.
Il-vidjo bl-isem: ‘The Why and How of Flags’ jagħtik idea dwar kif oriġinat l-idea tal bnadar u kif il-pajjiżi madwar id-dinja jużaw il-bnadar biex jirrappreżentaw in-nazzjonijiet tagħhom.
Material
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources