Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar/jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħhom ta’ success u bl-eżempju tagħhom.
Merħba (2 min.)
- L-animatur jilqa’ lill-istudenti u mbagħad ifakkarhom fit-tema tas-sena Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nkunu “art tajba” – miftuħa għal dak li Alla jrid jagħmel fina u permezz tagħna din is-sena.
- L-animatur jiggwida lill-istudenti sabiex jinġabru fis-skiet billi jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjament.
Qsim ta’ ideat (5 min.)
- L-animatur iqajjem kurżità fuq il-fatt li filwaqt li fl-aħħar sessjoni rajna li l-frott jiġi minn żrieragħ miżrugħa, minn fejn ġejja ż-żerriegħa jibqa’ misteru għal ħafna – u (l-animatur) jistenna għal xi reazzjonijiet speċjalment minn dawk li mhumiex żguri.
- L-animatur isostni permezz ta’ stampi fl-isfond illi ż-żerriegħa tiġi minn frott preċedenti u jsaqsi minn fejn ser inġibu ż-żerriegħa tat-tama li nixtiequ niżirgħu din is-sena.
- L-animatur jissuġġerixxi illi din tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u eżempji tajbin) ta’ dawk li huma akbar/jafu aktar minna, inklużi persuni li jħobbuna jew jispirawna (ukoll il-mejtin – qegħdin f’Novembru).
Vidjo (8 min.)
- L-animatur jafferma li meta nitkellmu fuq stejjer ta’ suċċess u eżempji tajba, bħala nsara għandna nitgħallmu speċjalment mill-Qaddisin.
- L-animatur juri dawn mingħajr spjegazzjoni:
San Wistin ta’ Ippona https://www.youtube.com/watch?v=kSnOWMKeBlE
San Oscar Romero https://www.youtube.com/watch?v=LHkpN6b2IU4
Sta Edith Stein https://www.youtube.com/watch?v=EUaDHBkk3x8
Sta Josephine Bakhita https://www.youtube.com/watch?v=lFccYcenT6Y
Riflessjoni (3 min.)
- L-animatur inewwel mudell (template) ta’ nofs frotta lill-istudenti.
- L-animatur jiggwida l-istudenti biex jirrflettu fuq il-qaddis bl-istorja l-aktar li jirrelataw magħha.
- L-animatur jistieden żewġ voluntiera biex jaqsmu ħsibijiethom.
Talba (2 min.)
- L-animatur jgħid lill-istudenti jiktbu talba lil Alla sabiex jagħtihom il-qawwa li għandhom bżonn biex ikunu bħall-mudelli tagħhom.
- L-animatur jitlob talba bħal din:
O Alla, grazzi għall-qaddisin li tajtna bħala mudelli, u għal dawk li jgħinuna/għenuna niżirgħu ż-żerriegħa tat-tama – kemm jekk huma ġenituri, għalliema, maħbubin, anki dawk mejtin. Saħħaħna waqt li nimxu wara l-eżempju tagħhom, sabiex, permezz tal-istejjer ta’ suċċess u eżempji tagħna stess, inkunu ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn u nagħtuk Glorja. Ammen.