English

Għan: Napprezzaw il-memorja ta’ nies akbar / jafu aktar minna kif ukoll tal-qaddisin li jgħallmuna permezz tal-istejjer tagħom ta’ success u bl-eżempju.

Merħba (1 min)

  • L-edukatur jilqa’ l-istudenti u mbagħad ifakkarhom fit-tema Niżirgħu t-Tama u fl-importanza li nippreparaw l-art fil-bidu tas-sena.
  • L-edukatur jiggwidahom biex jisktu, jroddu s-salib u jgħidu talba sempliċi ta’ ringrazzjament / jagħmlu mument qasir ta’ silenzju biex jaħsbu fuq il-ġmiel tal-għodwa ġdida

Filmat (4 min)

  • L-edukatur jintroduċi it-tema ta’ Novembru billi jgħidilhom li dan ix-xahar huwa marbut tradizzjonalment mal-mejtin u mal-qaddisin għall-Insara.
  • L-edukatur jistaqsi b’mod riflessiv fuq kif dawk li huma akbar / jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jgħid lill-istudenti li hemm ħjiel qawwi fil-filmat li ġej (frawla minn żerriegħa – 1:33 min) *(Jekk il-filmat ma jistax jintwera ma jimpurtax)

Riflessjoni (4 min)

*(F’każ li l-filmat ma jkunx intuża, l-edukatur jaqbeż il-pass li jmiss u minflok jispjega hemm ħjiel mill-fatt li kull żerriegħa tiġi mill-frott tal-istaġun ta’ qabel). 

  • L-edukatur jisteden student biex jiddescrivi l-filmat, imbagħad  student ieħor biex jinterpreta l-filmat fid dawl ta’ kif dawk akbar jew li jafu aktar minna – ħajjin jew mejtin – jistgħu jgħinuna niżirgħu t-tama.
  • L-edukatur jiġbor il-ħsibijiet billi jiddikjara li t-tama, li hija bħal żerriegħa li nixtiequ twarrad f’ħajjitna, tiġi mill-frott (l-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tajba) ta’ nies akbar jew li jafu aktar minna.
  • L-edukatur jiggwida l-istudenti biex jaħsbu fuq persuna li tispirahom – tista’ tkun omm, missier, għalliem, nanna/nannu, persuna maħbuba li mietet, anki qaddis – u jkunu grati għal dik il-persuna jew persuni.

Talba (1 min)

O Alla, grazzi għal dawk il-persuni li  qed ġġibilna f’moħħna u għall-qaddisin li jispirawna biex nagħtu l-frott tat-tama. Għinna nitgħallmu kif nimxu warajhom biex permezz tal-istejjer ta’ suċċess u l-eżempji tagħna, inkunu nistgħu anke aħna mmissu l-ħajja tal-oħrajn. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English