English

Għan: Sabiex ngħinu l-istudenti jifhmu li bħala Nsara jeħtiġielna li nkunu impenjati li nieħdu ħsieb il-fidi tagħna u li nrawmu valuri morali sodi bħalma bidwi jħaddem l-għelieqi tiegħu u jieħu ħsiebhom. L-istudenti jitgħallmu modi kif jagħmlu dan.

Merħba

Bonġu lil kulħadd! Is-sena t-tajba u nilqgħukom lura l-iskola. Nittama li lkoll gawdejtu l-vaganzi tal-Milied.

It-tema ta’ dax-xahar hija: ‘Niżirgħu t-Tama – Nimpenjaw rwieħna.’ Immaġina bidwi jipprepara l-għelieqi tiegħu. Jiżra’ żrieragħ, jieħu ħsiebhom, jneħħi l-ħaxix selvaġġ, u jistenna bis-sabar li jikbru.

Riflessjoni

Dan jixbaħ ħafna bħalma meta aħna nimpenjaw rwieħna biex noħolqu dinja aħjar. Jeħtieġ li nibdew b’azzjonijiet ta’ tjubija, ta’ altruiżmu, naħfru u nkunu ġenerużi. Jeħtieġ nieħdu ħsieb dawn l-azzjonijiet kuljum, eżatt bħal bidwi, biex aħna nikbru u nagħmlu d-dinja post aktar ferħan. Il-bidu ta’ sena ġdida huwa żmien tajjeb ħafna biex noħolqu għanijiet ġodda. Eżatt bħalma bidwi jippjana biex ikollu annata (harvest) tajba, aħna nistgħu nippjanaw biex nagħmlu ħajjitna u d-dinja aħjar billi nkunu twajbin ma’ xulxin, ngħinu lill-oħrajn, u napprezzaw dak li għandna.

Kwotazzjoni ispirata

Ħafna nies ifallu, mhux b’nuqqas ta’ xewqa, imma b’nuqqas ta’ impenn.” – Vince Lombardi, kowċ famuż tal-futbol.  Dan ifisser illi jekk nibqgħu sejrin nagħmlu affarijiet tajbin u nieħdu ħsieb il-valuri tajbin, u t-twemmin tajjeb tagħna, naraw riżultati sbieħ f’ħajjitna u f’ħajjet ħaddieħor. Jekk dawn l-affarijiet nagħmluhom ftit drabi jew meta jkollna aptit, mela mhux se naraw effetti sbieħ fil-ħajja tagħna.

Kanzunetta: Never give up (TASTER)

Talba O Alla, grazzi talli ġibtna flimkien fil-bidu ta’ din is-sena l-ġdida. Għinna nkunu bħal bdiewa, impenjati f’xogħolna biex noħolqu dinja aħjar. Għinna nagħmlu dan b’azzjonijiet ta’ tjubija, imħabba u ġenerożità.  Ammen

Ipprintja l-paġna

English