English

Għan: L-istudenti ser jifhmu li l-ferħ dejjiemi huwa marbut mill-qrib mal-isforz li nagħmlu biex inkunu ġentili u twajba magħna nfusna u mal-oħrajn.

Introduzzjoni

Bonġu lil kulħadd! Is-sajf huwa fil-qrib, u hu staġun li huwa mbierek bi frott bnin bħal bettieħ, ħawħ u għeneb. Taħseb li huwa faċli tkabbar il-frott? Le, jeħtieġ ħafna xogħol iebes. Eżatt bħalma bidwi li jrid jaħdem qatigħ biex ikabbar frott bnin, aħna nistgħu nkabbru l-ferħ fi qlubna billi nkunu ġentili u twajba għalina nfusna u għall-oħrajn.

Riflessjoni

X’jagħmel bidwi biex ikabbar il-frott u l-ħaxix? (Pawża għar-reazzjonijiet.) Iva, bidwi jiżra’ żrieragħ, isaqqihom u jieħu ħsieb il-pjanti, u bil-paċenzja jistennihom jikbru. Jekk il-bidwi jagħmel dawn il-ħwejjeġ kollha tajjeb, jipproduċi frott u ħaxix bnin.

Issa, ejjew naħsbu fina nfusna. Jekk irridu nkunu ferħana, x’jeħtieġ li nagħmlu? Jeħtieġ li niżirgħu ż-żerriegħa tal- ġentilezza, insaqquha bl-imħabba, nieħdu ħsieb qlubna, u jkollna s-sabar. Meta nagħmlu dan, niġu ppremjati b’ħajja ta’ kuntentizza.

Attività: Bieqja ta’ Tjubija

Riżorsi: mudell ta’ frott – it-tim ta’ min qed jgħallem jista’ jqasqas il-mudell waqt li inti tagħmel l-ewwel parti tas-sessjoni u toħloq bieqja fuq il-bord tal-klassi.

Istruzzjonijiet: Agħti lil kull student frotta tal-karta żgħira (ara l-mudell). Għidilhom biex jiktbu jew ipinġu xi ħaġa li jaħsbu li ser jagħmlu lill-oħrajn iħossuhom tajbin u kuntenti.  Kull student/a jista’ jaqsam dak li hu/hi ikun kiteb jew li hi tkun kitbet. Iġbor il-frott biex toħloq ‘Bieqja ta’ Tjubija’ fuq bord tal-aħbarijiet sabiex tfakkarhom kemm l-imġiba tagħna taffettwa lil oħrajn.

Vidjo: Kanzunetta

Kindness is a Muscle: Vidjo mużikali Uffiċċjali ft Aidan Prince, William Alexander Universal Kids

Eżatt bħal fil-vidjo, meta nipprattikaw it-tjubija kuljum, nistgħu nagħmlu lilna nfusna u ’l oħrajn aktar ferħana u d-dinja post aħjar.

Talba

O Alla, grazzi għal dan il-jum sabiħ u għal din l-opportunità li nitgħallmu fuq il-ġentilezza. Għinna nkunu paċenzjużi, nieħdu ħsieb tagħna nfusna u tal-oħrajn, u nkabbru l-ferħ f’ħajjitna. Ammen

English