Meditazzjoni – Pass Pass

English

Sir af lilek innifsek aħjar. Li tkun taf lilek innifsek huwa ħtieġa bażika li jagħmel sens lil din l-esperjenza. Il-meditazzjoni hija esperjenza personali. Informa lilek innifsek dwar il-prattika tal-meditazzjoni. Tista tinforma ruħek dwar il-Meditazzjoni Nisranija permezz ta’ din il-letteratura

  1. Charlò Camilleri O.Carm., Meta r-Ruħ Tintbill fid-Deheb, (Horizons, Qormi – Malta), 2021.
  2. John Main, Word Into Silence: A Manual for Christian Meditation, (Canterbury Press, Norwich), 2006. Edited by Laurence Freeman OSB.
  3. Stephan Bodian, Meditation for Dummies (John Wiley & Sons Inc, New York), 2006.
  4. Mark Williams and Danny Penman, Mindfulness – a  practical guide to Finding Peace in a Frantic World  (Piatkus, Great Britain), 2021.
  5. James Finley, Christian Meditation: Experiencing the Presence of God  (Harper Collins, San Francisco), 2005.
  6. Taylor Remington, A Beginner’s Guide to Christian Meditation: Journeying into the Heart of the Divine.  (Seraph Creative), 2020.
  7. Cardinal Robert Sarah, The Power of Silence: Against the Dictatorship of Noise (Ignatius Press, San Francisco), 2017.
Taken from Laikos.org

  1. Qanpiena tal-meditazzjoni, jew ħoss virtwali ta’ qanpiena.

Links biex tniżżel apparat għall-meditazzjoni:

  1. Meditation Timer – Apps on Google Play
  2. Meditation Timer & Log – Apps on Google Play
  3. Telesense – Apps on Google Play

ii.  Immaġini ta’ Ġesù jitlob waħdu.

iii. Rokna kwieta

  1. Ħu ftit nifsijiet fil-fond.
  2. Nifs ‘il ġewwa
  3. Nifs ‘il barra
  4. Issa uża kelma jew frażi man-nifs…
  5. As you breathe out, say in your mind, “I breathe out stress and tension.”
  6. Meta tieħu n-nifs ‘il barra, għid f’qalbek, “Noħroġ ‘il barra l-istress u t-tensjoni.”
  7. Kompli b’dan l-eżerċizzju għal ħames jew għaxar minuti.

Sinjal mal-bieb bħala indikazzjoni li qed issir is-sessjoni tal-meditazzjoni biex jkunx hemm interruzzjonijiet.

Sib pożizzjoni komda.

Sib pożizzjoni komda. Fuq kuxin, imħadda ftit iebsa, jew kuxin tal-meditazzjoni poġġi bilqegħda bis-saqajn ikkrusjati u d-dahar dritt. Din tgħin milli jkun hemm restrizzjonijiet fid-dijaframma u l-pulmuni.

Fuq siġġu, serraħ dahrek u saqajk iserrħu mal-art.

Idejk poġġiehom fuq kuxxejtek biex tħossok rilassat/a u fl-istess ħin preżenti, jew għamel idejk waħda ġo l-oħra li tissimboliżża l-id attiva ssir passiva taħt l-influenza tal-id mhux attiva.

Għalaq Għajnejk

Talb issuġerit għall-Bidu

1. Il-Missierna

Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek

Tiġi Saltnatek. Ikun li trid Inti, kif fis-sema hekk ukoll fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum

Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min ħati għalina

La ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.

2. Talb Iggiwdat

Wieħed jista’ jipprattika billi jirreferi l-isem ta’ Ġesù fis-skiet u bir-ritmu man-nifs. Din hija ċ-ċavetta, ħoss newtrali li jgħin lil individwu jintfetaħ u jidħol fih innifsu. Din il-prattika tgħin lill-individwu jitgħallem jgħaqqad il-kelma repettitiva man-nifs, i.e. man-nifs ‘il ġewwa wieħed jgħid “Ġe” u man-nifs ‘il barra jgħid “su.”

Start with 10 minutes and increase gradually the time to 30 mins. Meditation can be divided into two parts of 15 mins each.

Wieħed jibda b’10 minuti u jżid gradwalment sakemm jasal sa 30 minuta. Is-sessjoni tal-Meditazzjoni tista’ ssir f’żewġ partijiet ta’ 15-il minuta ‘l waħda.

  1. 40 sekonda ħin ta’ tisħin fis-silenzju
  2. Daqq tal-qanpiena fil-bidu. Il-Meditazzjoni ssir f’silenzju totali.
  3. Daqq tal-qanpiena fl-għeluq.
  4. Erġa’ iftaħ għajnejk bil-mod.

Talba SSuġġerita

Glorja lill-Missier,

u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu

issa u dejjem

u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Talba Gwidata

  1. Talba li tmexxik għall-prattika tal-meditazzjoni – ktieb mehmuż paġna 43.

Fittex l-għajnuna mingħand persuna li għandha għarfien dwar il-meditazzjoni.

Għal aktar informazzjoni jew jekk trid sapport biex tibda tipprattika l-meditazzjoni mal-istudenti, ikkutnattjana hawn

English