Għan: Ngħallmu lill-istudenti tal-primarja l-importanza tas-sabar u kif din tgħinna f’ħajjitna u mal-oħrajn.
Introduzzjoni
Bonġu u merħba lil kulħadd! Dax-xahar it-tema tagħna hija ‘Niżirgħu t-Tama – Inkunu Paċenzjużi.’ Naraw kif t-tama għal dinja aħjar u l-paċenzja huma magħqudin, u għaliex it-tnejn huma importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Riflessjoni
Immaġina li żrajt żerriegħa fil-ħamrija u tibda ssaqqi l-art ta’ spiss u meta tinbet tara li jkollha dawl tax-xemx biżżejjed, tipproteġiha meta jkun il-maltemp u tistenniha tikber u tikber fi pjanta sabiħa. Dan il-proċess jitlob il-paċenzja, sewwa? Eżatt bħalma l-bdiewa għandhom bżonn jistennew b’sabar biex il-ħxejjex jikbru, aħna wkoll għandna bżonn ikollna s-sabar f’ħajjitna. Imma l-paċenzja mhux biss tistenna; imma hija wkoll kif inġibu wrieħna waqt li qed nistennew. Spiss dan jitlob minna li nżommu l-kalma, ikollna mogħdrija waqt li l-attitudni tagħna għandha tkun pożittiva. Titlob minna fidi, li npoġġu lill-oħrajn l-ewwel u li nagħmlu sagrifiċċji.
Eżempji: Fidi: Li nkunu paċenzjużi magħna nfusna u mal-oħrajn ifisser li neħtieġu nemmnu fil-kapaċitajiet tagħna nfusna u f’dawk tan-nies ta’ madwarna li l-affarijiet jistgħu jirnexxu.
Sagrifiċċju: Xi kultant li tkun paċenzjuż ifisser ngħaddu mingħajr xi ħaġa li rriduha issa. Tista’ tkun li jkollna nistennew bis-sabar meta jmissna, inħallu lil xi ħadd jaqbiżna, jew infaddlu l-flus minflok ma nonfquhom mal-ewwel.
Il-Paċenzja titlob li npoġġu l-oħrajn l-ewwel: Li tkun paċenzjuż ifisser taħseb fl-oħrajn. Jekk wieħed ikun qed jitkellem, nistennew sakemm ikun spiċċa qabel ma nitkellmu. Dan juri rispett u konsiderazzjoni.
Attività: Naħdmu Flimkien
Riżorsi: ponn sulfarini (mingħajr il-kaxxa) JEW karti użati u mqass (għal kull żewġ studenti).
Istruzzjonijiet: L-istudenti jipprattikaw l-paċenzja billi flimkien jibnu torri bis-sulfarini li ġew mogħtija lilhom. JEW iqasqsu flimkien ittri mill-karti u jiffurmaw isimhom.
Imbagħad, ddiskutu kif ħassewhom, jekk tilfux il-paċenzja jew le, jekk sabux xi diffikultajiet jaħdmu flimkien, u jekk għandhomx xi ħsibijiet li jridu jaqsmu mal-oħrajn.
Vidjo
4 Raġunijiet għaliex il-Paċenzja hija importanti
Talba
O Alla, għinna nkunu aktar paċenzjuż fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Għinna nagħdru aktar lill-oħrajn, li jkollna aktar rieda biex nitbissmu u nibqgħu entużjasti waqt li qed nistennew meta jmissna. Għinna naħsbu aktar fl-oħrajn u jkollna r-rieda nagħmlu sagrifiċċju fejn ikun hemm bżonn, b’qalb ferrieħa. Ammen.