Għan: Sabiex ngħallmu l-istudenti tal-primarja l-importanza tas-sabar u kif din tista’ tgħin f’ħajjitna u f’dik tal-oħrajn
Merħba
Bonġu u merħba lil kulħadd! Nittama li tinsabu lkoll tajbin illum. Ser nibdew bir-radd tas-salib u billi nagħlqu għajnejna għal ftit mumenti u bil-paċenzja nibqgħu siekta u kalmi waqt li nħossuna grati għar-rigal tal-lum. Ippruvaw agħmlu sforz biex ma tiċċaqalqux jew tagħmlu storbju. Ejjew naraw jekk jirnexxilkomx. (ippruvaw għal minuta). (Ifirħu lil dawk li rnexxielhom iżommu kalmi u kwieti għaliex kienu jafu jkunu paċenzjużi.)
Dax-xahar, it-tema hija ‘Niżirgħu t-Tama – Inrabbu s-Sabar.’ Nistudjaw kif it-tama f’dinja aħjar u l-paċenzja/is-sabar huma konnessi u għaliex it-tnejn huma importanti f’ħajjitna.
Riflessjoni
Immaġina tiżra’ żerriegħa fil-ħamrija. Meta ssir xitla, issaqqiha ta’ spiss, tiżgura li tieħu d-dawl tax-xemx, tipproteġiha mit-temp ikrah u tistenniha tikber fi pjanta sabiħa. Dan il-proċess jitlob paċenzja, sewwa? Eżatt bħalma l-bdiewa jeħtieġ jistennew biex il-ħxejjex tagħhom jikbru, ukoll aħna jeħtieġ li jkollna paċenzja f’ħajjitna.
Imma l-paċenzja ma tfissirx biss stennija; hija wkoll kif inġibu rwieħna waqt li nistennew. Ta’ spiss titlob li nżommu kalmi, inkunu tolleranti u nżommu attitudni pożittiva. Li tieħu nifs ’il ġewwa u ’l barra jgħin waqt li tkun qed tistenna. Ejjew nipprattikaw xi eżerċizzi biex nieħdu nifsijiet bil-mod u fit-tul. (Dum minuta jew tnejn tagħmel eżerċizzi tan-nifs bil-mod fis-silenzju.) Poġġi lilek innifsek minflok dik il-persuna li qed iddum tagħmel xi ħaġa. Kieku din kellha tiġri lilek, kont tkun trid lill-oħrajn ikunu paċenzjużi miegħek!
Kwotazzjoni ispirata: “Il-ħwejjeġ tajbin jiġu lil dawk li jistennew.”
Is-sabar tfisser taħdem iebes għal dak li trid. Tistenniex riżultati malajr.
Vidjo: An Object Lesson on Patience
(Għid lill-istudenti li jekk iridu jaraw kif l-esperiment jispiċċa, jeħtieġ ikunu paċenzjużi u jfittux!)
Talba:
O Alla, grazzi talli tgħallimna l-valur tal-paċenzja. Għinna nkunu paċenzjużi bħal bdiewa li jistennew il-ħxejjex tagħhom jikbru. Agħtina l-qawwa biex inqegħdu lill-oħrajn qabilna, u biex nagħmlu sagrifiċċi fejn jeħtieġ, għax nafu li affarijiet sbieħ jiġu lil dawk li jistennew. Ammen.