English

Għan: Li ngħinu l-istudenti jifhmu li dejjem huwa mument opportun li tagħmel azzjoni tajba u li m’għandniex nistennew lill-oħrajn jibdew. L-Avvent huwa żmien tajjeb ukoll biex inħejju qalbna għall-Milied.

Merħba

L-għodwa t-tajba! Ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, u fi staġun speċjali msejjaħ l-Avvent. L-Avvent huwa ż-żmien li nħejju qalbna għall-Milied, il-jum li fih twieled Ġesu. Wasal iż – żmien li naħsbu biex nagħmlu azzjonijiet tajbin u li nxerrdu l-ferħ u t-tama lill-oħrajn.

Riflessjoni

Ftakru, li dejjem huwa żmien opportun li tagħmel azzjoni tajba u li m’għandniex nistennew lill-oħrajn biex nibdew. Nistgħu nkunu aħna l-ewwel li nuru qalb tajba!

Storja:  Azzjoni Tajba

Ejja nisimgħu storja dwar li nagħmlu azzjoni tajba u nxerrdu t-tama.

Darba, kien hemm tifla ċkejkna jisimha Lily. Lily kienet tħobb tgħin lill-oħrajn. F’jum kiesaħ ta’ Diċembru, rat lill-ġara tagħha titħabat biex iġġorr ix-xirja. Mingħajr ma stenniet lil ħadd jgħidilha, ġriet għal ħdejha u għenitha iġġorr il-basktijiet. Il-ġara tagħha tbissmet u rringrazzjatha. Dakinhar stess, Lily rat ħabiba l-iskola li kienet tidher imdejqa. Għaddiet sa ħdejha u tatha tgħanniqa kbira. Il-ħabiba ħassitha aħjar u tbissmet lura.

Kuljum, Lily kienet tagħmel xi azzjonijiet żgħira biex tgħin lill-oħrajn. F’qasir żmien, kulħadd fil-belt tagħha beda jagħmel l-istess. Il-belt kollha saret post iktar ferħan u dan kollu għaliex Lily iddeċidiet li tagħmel azzjonijiet tajbin mingħajr ma tistenna lil xi ħadd jgħidilha tagħmilhom. Ħawlet żrieragħ ta’ mħabba ġenwina kull fejn marret.

X’nistgħu nitgħallmu mill-istorja ta’ Lily? Iva, dejjem nistgħu nibdew nagħmlu affarijiet tajbin, żgħar kemm huma żgħar!

Attività: Katina ta’ Tjubija

Riżorsi: strixxi ta’ karti kkuluriti, kuluri, stapler

Istruzzjonijiet: Ejja nagħmlu attività divertenti flimkien! Se nagħmlu Katina ta’ Tjubija. Kull wieħed u waħda minnkom se jieħdu strixxa ta’ karta. Fuq l-istrixxa tal-karta tiegħek, ikteb jew pinġi azzjoni tajba li tista’ tagħmel għal xi ħadd ieħor. Tista’ tkun qed tgħin id-dar, tkun dħuli ma’ xi ħabib, jew saħansitra titbissem lil xi ħadd.

Ladarba tkun ktibt jew pinġejt l-azzjoni tiegħek, aħna se nużaw stapler biex noħolqu katina twila ta’ azzjonijiet tajba. Din il-katina se tfakkarna li kull att ta’ tjieba tgħin biex iżżommna magħqudin flimkien u hekk jgħinu biex id-dinja ssir post aħjar.

Kanzunetta

Ejjew inkantaw kanzunetta li tfakkarna biex inħallu d-dawl sabiħ tal-azzjonijiet tagħna jiddi u jgħaqqadna flimkien.

“This Little Light of Mine”

Talba

O Alla, għinna nħejju qalbna għall-Milied. Għallimna biex dejjem insibu ħin biex inkunu qalbna tajba u ta’ għajnuna, l-istess bħal Ġesù. Ammen

Għan: Li ngħinu l-istudenti tal-primarja jifhmu li dejjem huwa mument opportun li tagħmel azzjoni tajba u li m’għandniex nistennew lill-oħrajn jibdew. L-Avvent huwa mument tajjeb biex nippreparaw qlubna għall-Milied. Naraw konnessjoni bejn il-kunċett li tiżra’ ż-żrieragħ fil-mument opportun biex taħsad u li nippreparaw qlubna għat-twelid ta’ Ġesù.

Introduzzjoni

Bonġu lil kulħadd! Illum ser nitkellmu fuq xi ħaġa speċjali ħafna: nippreparaw qlubna għall-Milied waqt l-Avvent. L-Avvent huwa żmien meta aħna nħejju ruħna biex niċċelebraw it-twelid ta’ Kristu. It-tema tagħna tal-lum hija ‘Niżirgħu t-Tama – fil-mument opportun’. Propju bħalma l-bdiewa jiżirgħu ż-żrieragħ fiż-żmien opportun biex ikollhom ħsad tajjeb, jeħtieġ li nagħmlu azzjonijiet tajba (atti ta’ mħabba u ta’ ħniena) u nippreparaw qlubna fil-mument opportun, speċjalment waqt l-Avvent.

Vidjo

Vidjo li jispjega x’għandna nagħmlu fl-Avvent – Għat-Tfal!

Riflessjoni

Ejja nieħdu ftit minuti biex nirriflettu fuq dak li għadna kif tgħallimna. Ser nistaqsikom xi mistoqsijiet, u nixtieqkom taħsbu fuq it-tweġibiet tagħkom.

Għaliex huwa importanti li tagħmel azzjonijiet tajba speċjalment waqt l-Avvent? (Dejjem huwa mument xieraq biex tagħmel it-tajjeb, imma waqt l-Avvent huwa żmien li nirriflettu jekk qed nagħmlu azzjoni tajba għall-oħrajn jew għalina nfusna sempliċement biex nidhru tajbin. Qegħdin inneħħu xi affarijiet li mhux qed iħalluna nikkonċentraw biex nagħmlu it-tajjeb? (eżempju: nilagħbu ħin twil fuq il-kompjuter meta nistgħu ngħinu f’xi faċendi tad-dar).

Kif nistgħu nippreparaw qlubna bħalma meta niżirgħu ż-żrieragħ? (għal studenti tal-ħames u s-sitt sena) (Propju bħalma l-bidwi jagħżel ż-żrieragħ b’għaqal għal xi staġun partikolari, hekk għandna nkunu għaqlin fl-għażla tal-azzjonijiet u modi tal-imġiba tagħna.)

Hemm xi azzjoni tajba li tista’ tagħmel din il-ġimgħa bħala preparazzjoni tal-Milied? (iddiskuti xi eżempji magħhom).

Attività: Niżirgħu Żrieragħ ta’ Tama

Materjali meħtieġa: qasrija kbira bil-ħamrija/kompost u żrieragħ (kwalunkwe pjanta li tikber malajr e.g. żrieragħ tal-ġirasol jew ġulbiena

Illum ser niżirigħu xi żrieragħ biex jgħinuna nifhmu kemm huwa importanti li tagħmel il-ħwejjeġ fiż-żmien opportun. Kull wieħed minnkom ser ikollu l-opportunità li jiżra’ żerriegħa f’din il-qasrija. Waqt li niżirgħu dawn iż-żrieragħ, ejjew naħsbu fuq l-azzjonijiet tajba li nistgħu nagħmlu biex nippreparaw qlubna għall-Milied. Ftakru, bħalma dawn iż-żrieragħ ser jikbru u jsiru pjanti sbieħ, l-azzjonijiet tajba tagħna ta’ mħabba u ħniena ser jgħinuna nikbru u nsiru nies ta’ qalb tajba u ġeneruża, nies li jħobbu lil Alla, lil xulxin u lill-ħlejjaq kollha.

Istruzzjonijiet

  • Mexxi l-qasrija minn student għall-ieħor, u kull student jiżra’ ż-żerriegħa tiegħu.
  • Waqt li jiżirgħu, inkuraġġihom jaqsmu azzjoni tajba li jistgħu jagħmlu waqt l-Avvent.

Meta terġa’ żżur din il-klassi ara kemm leħqu kibru l-pjanti.

Talba

O Alla, nirringrazzjawk għal dan iż-żmien speċjali tal-Avvent. Għinna nippreparaw qlubna għat-twelid ta’ Ġesù. Agħtina l-kuraġġ li nagħmlu azzjonijiet tajbin u li nġibu tama u dawl lil dawk madwarna. Ammen.

Għan: Naħtfu l-okkażżjoni biex nirrispondu b’fedeltà fi żmien tal-Avvent.

Merħba (2 min.):  

  • L-animatur jilqa’ lill-istudenti u jfakkarhom fuq it-tema Niżirgħu t-tama u fuq l-importanza li nitgħallmu mill-istejjer ta’ success tal-oħrajn.
  • L-animatur jiggwida lill-istudenti biex iżommu s-silenzju, jibdew bir-radd tas-salib  u talba sempliċi ta’ ringrazzjament.

Qsim ta’ ideat (5 min.)

  • L-animatur jintroduċi t-tema ta’ Diċembru ‘Niżirgħu fil-mument opportun’ billi jgħid li, bħalma li tiżra’ jrid isir fl-istaġun adattat, l-Avvent huwa l-istaġun propizju biextinżera’ u tikber it-tama fina bħala tħejjija għall-Milied. 
  • L-animatur jispjega li l-Griegi antiki kienu jiddistngwu bejn żewġ tipi ta’ żmien – Chronos (ħin kronometriku ) u Kairos (ħin opportun)
  • L-animatur isaqsi lill-istudenti biex iqabblu l-Avvent ma’ Chronos jew Kairos u għaliex.

Vidjo (5.30 min.)

  • L-animatur jispjega li, speċjalment f’sens Bibbliku, Kairos jidħol fi Chronos biex iġib messaġġ minn dinja oħra.
  • L-animatur juri biċċa żgħira ta’ film An Unexpected Christmas (Milied mhux mistenni) (5.19 mins) https://www.youtube.com/watch?v=TM1XusYVqNY

Riflessjoni (3 min.)

  • L-animatur jagħti mudell ta’ smart-watch lill-istudenti u jsaqsihom biex jaħsbu fuq x’qed jistennew dan il-Milied? X’qed jittamaw?
  • L-animatur jinterpreta bl-għajnuna ta’ kwotazzjoni (Fil 4:4-7) li l-frott tat-tama tal-Avvent huwa l-ferħ sorprendenti tal-Milied.

Talba (2 min.)

  • L-animatur jiggwida lill-istudenti jiktbu talba lil Alla fuq il-mudell tal-ismart-watch.
  • L-animatur jitlob xi ħaġa hekk:

O Alla, grazzi ta’ dan iż-żmien qaddis tal-Avvent. Għinna naħtfu din l-okkażżjoni matul il-ġimgħat ta’ qabel il-Milied  sabiex inħallu t-tama tikber fina u fil-ħajja ta’ dawk li m’għandhomx Ammen.

Għan: Naħtfu l-okkażżjoni biex nirrispondu b’fedeltà fi żmien tal-Avvent.

Merħba (2 min.)

  • L-animatur jilqa’ lill-istudenti u jfakkarhom fuq it-tema Niżirgħu t-tama u fuq l-importanza li nitgħallmu mill-istejjer ta’ success tal-oħrajn.
  • L-animatur jiggwida lill-istudenti biex iżommu s-silenzju, jibdew bir-radd tas-salib  u talba sempliċi ta’ ringrazzjament.

Qsim ta’ ideat (5 min.)

  • L-animatur jintroduċi t-tema ta’ Diċembru ‘Niżirgħu fiż-żmien opportun’ billi jgħid li bħalma ż-żriegħ jeħtieġ isir fl-istaġun opportun, it-tama teħtieġ li tinżera’ fi żmienha sabiex aħna naraw il-frott tagħha fiż-żmien mixtieq.
  • L-animatur juri stampi umoristiċi li jissuġġerixxu nuqqas ta’ reazzjoni f’waqtha għas-sitwazzjonijiet.
  • L-animatur jinnota li tista’ tkun aktar serja minn hekk u jsaqsi lill-istudenti biex iġibu eżempji mill-ħajja reali tal-importanza li taġixxi f’waqtu.

Vidjo (4 min.)

  • L-animatur jispjega illi l-Griegi tal-antik kienu jiddistingwu bejn Chronos (ħin kronometriku) u Kairos (ħin opportun).
  • L-animatur idoqq din il-kanzunetta (klassika) u jsaqsi lill-istudenti biex jirriflettu fuq il-kliem – tenfażizza aktar il-ħasra li tkun tlift il-mument opportun biex taġixxi – l-importanza li taġixxi fil-mument opportun. (Pink Floyd: Time [Iż-żmien] 3:15 mins).

Riflessjoni (4 min.)

  • L-animatur jissuġġerixxi li kultant aħna nkunu wisq aljenati, għażżiena, jew kunfidenti żżejjed li  ‘għad fadal żmien biex tagħmel xi ħaġa waqt li qed tistenna’ u  jwassal l-istudenti biex jirriflettu jekk jeħtiġilhomx ukoll jiġġieldu kontra dawn ix-xejriet.
  • L-animatur jissuġġerixxi illi meta niġu għall-fidi tagħna, żminjiet bħall-Avvent jiġi fil-mument opportun biex nirreaġixxu għal Alla bħala preparazzjoni għall-Milied – li hija ċ-ċelebrazzjoni tal-mument opportun magħżul minn Alla li jidħol fl-istorja tagħna bl-Inkarnazzjoni ta’ Ibnu Ġesù.
  • L-animatur juri u jaqra ċitazzjoni mill-Bibbja Titus 2:11-14.

Talba (5 min.)

  • L-animatur jagħti lill-istudenti mudell (template) ta’ smart-watch , u jwassalhom biex jaħsbu fuq it-tamiet ġewwinija tagħhom  dan il-Milied u biex jiktbu talba lil Alla fuqhom.
  • L-animatur jipproponi li l-frott tat-tama tal-Avvent ser ikun il-ferħ li jġiegħelek tistagħġeb tal-Milied.
  • L-animatur jitlob dan li ġej jew bħalu:

O Alla, grazzi għal dan iż-żmien qaddis tal-Avvent. Jekk jogħġbok, għinna naħtfu l-okkażżjoni  matul  il-ġimgħat li jwassluna sal-Milied sabiex it-tama tikber fina u f’ta’ dawk  li m’għandhomx din it-tama. Ammen.

Ipprintja l-paġna

English