Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti  huma mistiedna jaħsbu u  jsemmu lil xi ħadd li jafu u li jinsab ma jiflaħx. Hekk kif jiżviluppaw is-sens ta’ empatija, il-parteċipanti ser ikunu mitluba jiddeskrivu kif huma stess jistgħu jħossuhom kieku kellhom ikunu minflok dik il-persuna marida. Dan imbagħad iwassalhom biex jaħsbu dwar modi ta’ kif jistgħu jkunu ta’ sapport għal din il-persuna, u li mod minnhom ikun billi jitolbu għaliha u għall-bżonnijiet tagħha f’dan il-mument li tinsab fih.

Equipment: band-aid jew plasters, ġugarelli, biro jew kuluri

Ages
  • Early Years
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years
  • Post-Secondary Years
Bookmark

Ħin:

40 minuta

Is-Sekwenza tal-Lezzjoni

  1. Ibda billi tieħu l-ħin u tkanta ma’ din il-kanzunetta.

Time For Your Check Up / Stretch and Flex” Song | Doc McStuffins | Disney Junior Uk

https://www.youtube.com/watch?v=PopMSJFa0og&fbclid=IwAR0MaV-Zd99NdSLAhAfGGbxGSO0QcrMUDjQJ7YSGekT3sH4ru5087bJmIfM

  1. Tista’ taħseb f’meta kellek tmur għand it-tabib bħal dan il-ġugarell li kellu jmur għand  Doc Mc Stuffins?

Kif ħassejtek?

Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna ma nifilħux.

  1.  Xi kultant, il-mard  jgħaddi malajr, imma hemm drabi oħra fejn il-fejqan jieħu aktar żmien jew fejn it-tobba għadhom  qegħdin isibu l-kura.
  2. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd li joqgħod ħdejk.
  3. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u ipprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna.

Kif taħseb li tħossok?

5. Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi persuni morda jkunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ lil dawk ta’ madwarhom ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ li jerġgħu jsibu t-tama filwaqt li xi wħud ikunu jixtiequ li l-ħbieb jew xi familjari  jċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru jżuruhom aktar spiss.

  1. Bl-għajnuna ta’ adult ġib fabric plaster u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  2. Issa, żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  3. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.

Eżempju:-  Għażiż Alla, nitlob għal  __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma wkoll nitolbok tgħinha tagħraf  li hi maħbuba.

  1. Issa waħħal il-plaster ma’ wieħed mill-ġugarelli favoriti tiegħek biex tfakkrek:
  2. Fil-persuna marida.
  3. Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu.
  4. Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Jalla tfiq malajr jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.

  1. Ibda billi tieħu gost tara dan il-filmat qasir u animat minn Mr Bean u ż-żjara tiegħu ġewwa l-isptar.
  2. In Hospital | Mr. Bean Official Cartoon
  1. Tista’ taħseb f’meta inti  kellek verament tmur għand it-tabib?  Kif ħassejtek? Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna vera ma nifilħux u mhux bħal ma għamel Mr Bean.
  2. Xi kultant il-mard li jaqbadna jgħaddi malajr imma hemm drabi oħra fejn jista’ jieħu aktar żmien biex jgħaddilna u t-tobba jkunu għadhom iridu  isibu kura għall-mard.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd lli joqgħod ħdejk.
  4. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u pprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna. Kif taħseb li jħossok? Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi wħud ikunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ li dawk in-nies li jkunu mdawra bihom, ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ, li jimtlew bit-tama, u oħrajn li l-ħbieb jew xi membri tal-familja tagħhom iċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru iżurhom aktar spiss.
  5. Uża fabric plaster (ħu l-permess ta’ adult jekk ser tiftaħ xi il-kaxxa tal-ewwel għajnuna-first aid box). u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  6. Issa żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  7. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.

Eżempju:-  Għażiż Alla,nixtieq nitlob għal  __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma nitolbok tgħinni nifhem lil din il-persuna aktar u naħseb f’modi differenti ta’ kif nista’ nurih/a li jien jinteressani minnu/a.

  1. Issa waħħal il-fabric plaster ma’ wieħed mill-ġugarelli favoriti tiegħek biex tfakkrek
  2. Fil-persuna marida
  3. Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu
  4. Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Jalla tfiq malajr jista’ jiggwidak matul dawn il-passi. F’din il-paġna ssib ir-riżorsi li għandek bżonn.

  1. Ibda billi tieħu gost tara dan il-filmat qasir u animat minn Mr Bean u ż-żjara tiegħu ġewwa l-isptar. In Hospital | Mr. Bean Official Cartoon
  1. Tista’ taħseb f’meta inti  kellek verament tmur għand it-tabib?  Kif ħassejtek? Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna vera ma nifilħux u mhux bħal ma għamel Mr Bean.
  2. Xi kultant il-mard li jaqbadna jgħaddi malajr imma hemm drabi oħra fejn jista’ jieħu aktar żmien biex jgħaddilna u t-tobba jkunu għadhom iridu  isibu kura għall-mard.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd lli joqgħod ħdejk.
  4. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u pprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna. Kif taħseb li jħossok? Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi wħud ikunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ li dawk in-nies li jkunu mdawra bihom, ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ, li jimtlew bit-tama, u oħrajn li l-ħbieb jew xi membri tal-familja tagħhom iċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru iżurhom aktar spiss.
  5. Uża fabric plaster (ħu l-permess ta’ adult jekk ser tiftaħ xi il-kaxxa tal-ewwel għajnuna-first aid box). u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  6. Issa żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  7. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.

Eżempju:-  Għażiż Alla,nixtieq nitlob għal  __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma nitolbok tgħinni nifhem lil din il-persuna aktar u naħseb f’modi differenti ta’ kif nista’ nurih/a li jien jinteressani minnu/a biex b’hekk terġa tikseb it-tama u l-fiduċja.

  1. Issa waħħal il-fabric plaster ma’ waħda mill-logħob favoriti tiegħek jew mal-laptop tiegħek biex tfakkrek:
  2. Fil-persuna marida.
  3. Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu.
  4. Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Jalla tfiq malajr jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.F’din il-paġna ssib ir-riżorsi li għandek bżonn.

iro jew kuluri

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-filmat qasir  li jismu 11:11 | Jubilee Project short film
  1. Tista’ taħseb f’meta inti  kellek tmur għand it-tabib?  Kif ħassejtek? Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna ma nifilħux.
  2. Xi kultant il-mard li jaqbadna jgħaddi malajr imma hemm drabi oħra fejn jista’ jieħu aktar żmien biex jgħaddilna u t-tobba jkunu għadhom iridu  isibu kura għall-mard.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd lli joqgħod ħdejk.
  4. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u ipprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna. Kif taħseb li jħossok? Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi wħud ikunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ li dawk in-nies li jkunu mdawra bihom, ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ, li jimtlew bit-tama, u oħrajn li l-ħbieb jew xi membri tal-familja tagħhom iċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru iżurhom aktar spiss.
  5. Uża fabric plaster (ħu l-permess ta’ adult jekk ser tiftaħ xi il-kaxxa tal-ewwel għajnuna-first aid box). u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  6. Issa żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  7. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.

Eżempju:-  Għażiż Alla,nixtieq nitlob għal  __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma nitolbok tgħinni nifhem lil din il-persuna aktar u naħseb f’modi differenti ta’ kif nista’ nurih/a li jien jinteressani minnu/a biex b’hekk tiftakar fl-imħabba dejjiema tiegħek.

  1. Issa waħħal il-fabric plaster ma’ waħda mill-logħob favoriti tiegħek jew mal-laptop tiegħek biex tfakkrek:
  2. Fil-persuna marida.
  3. Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu.
  4. Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Get Well Soon  jista’ jgħinek tiproċessa l-ħsibijiet tiegħek imsemmija fin-numru 4.

Fi żminijiet meta jkollna bżonn ta’ aktar kuraġġ għax forsi nkunu għaddejin minn żmien diffiċli, il-kelma t’Alla tista’ terġa’ tagħtina t-tama u nżommu l-attenzjoni tagħna fuq il-fejqan spiritwali mwiegħed lilna lkoll. Hawn tista’ ssib il-link għall-kliem ta’ tama bl-isem:  Words of Hope ŻAK site.

We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Discover more resources