Monthly Archives: Jannar 2023

L-Eżerċizzi Spiritwali 2024

Fl-14 ta’ Frar 2024 jibda żmien ir-Randan, żmien ta’ opportunità sabiħa biex ngħinu lill-komunità tkompli toqrob lejn il-Mulej Ġesù li salvana.

Għaliex importanti dil-formola?

Bħala SDS nixtiequ ngħinukom fil-preparazzjoni tas-sessjonijiet tal-Eżerċizzi Spiritwali. Għalhekk nixtiequ nitolbukom xi informazzjoni biex:

  1. Inkunu nafu b’liema format ser isiru għall-preparazzjoni aħjar.
  2. Bi ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jenħtieġu din l-informazzjoni biex jirriservaw il-fondi għar-remunerazzjoni ta’ dawn is-sessjonijiet…

Kompli aqra »

Vjaġġ ta’ ispirazzjoni!

Il-kors inawgurali ‘Creating and Animating Prayer Spaces’ organizzat mill-PFI u SDS intemm f’Diċembru 2022, fejn rawwem konnessjonijiet profondi fil-persuna, mal-parteċipanti, mad-dinja, u ma’ Alla. Permezz tal-esperjenza ta’ prayer spaces, it-18-il parteċipant/a li temmew il-kors ta’ tliet ġimgħat, niżlu fil-profond tal-ġewwieni tagħhom, fehmu l-qawwa trasformattiva tat-talb, u nibtet konnessjoni li se tibqa’ f’qalbhom.

Uħud mir-rispons mill-parteċipanti

“Kors uniku għall-aħħar b’bilanċ eċċellenti bejn it-teorija u l-prattika…

Kompli aqra »