“Ġużeppi la Tibżax….
Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l Ommu.” (Mt 2:13)
Fl-okkażżjoni tal-150 sena mill-patroċinju ta’ San Ġuzepp fil-knisja universali, u fid-dawl ta’ ċelebrazzjonijiet oħra organiżżatifil-Karmnu tal-Imdina, nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu gew orginażżati rkejjen ta’ talb għaż–żgħażagħ u adoloxxenti miċ–Ċentru taż-Żgħażagħ Fgura. Fis-sitt stazzjonijiet li ġew ippreparati, iż–żgħażagħ irriflettew fuq il-persuna ta’ San Ġużepp fl-Iskrittura.
Fl-okkażżjoni tal-150 sena mill-patroċinju ta’ San Ġuzepp fil-knisja universali, u fid-dawl ta’ ċelebrazzjonijiet oħra organiżżatifil-Karmnu tal-Imdina, nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu gew orginażżati rkejjen ta’ talb għaż–żgħażagħ u adoloxxenti miċ–Ċentru taż-Żgħażagħ Fgura. Fis-sitt stazzjonijiet li ġew ippreparati, iż–żgħażagħ irriflettew fuq il-persuna ta’ San Ġużepp fl-Iskrittura.
L-ewwel stazzjon kien fit-taraġtal-kunvent fejn hemm statwa ta’ San Ġużepp. Filwaqt li kienu qed ixommu r-riħatfuħ li tfakkar il-ġilji ta’ San Ġużepp, iż–żgħażagħ irriflettew fl-imħabba li San Ġużepp kellu lejn Marija u Ġesù u kitbu talba għal persuna li tirrispettahom.
Żgħażagħ jirriflettu fl-imħabba li San Ġużepp kellu lejn Marija u Ġesù |
Minn hemmhekk imxew lejn il-kamra ta’ Patri Avertan, patri Karmelitan li għex f’dan il-kunvent għal żmien twil u li bħalissa għaddejja il-kawżatal-beatifikazzjoni tiegħu. Hawnhekk iż–żgħażagħ ħasbu dwar dik ix-xi ħaga li qed tinkwetahom f’dan il-mument, kitbuha u poġġewha taħt ix-xbieha ta’ San Gużepp rieqed li tinsab f’din il-kamra.
Fl-kamra ta’ Patri Avertan talbu jintelqu f’idejn Alla |
Il-mixja tkompliet lejn l-oratorju tal-kunvent, fejn kif jidħlu riedu jfittxu l-immaġini ta’ San Gużepp. Meta sabuha qattghu ftit ħin ghall-kwiet fil-preżenza ta’ Ġesù, Gużeppi u Marija, jaħsbu kif jistgħu jipproteġu l-preżenza ta’ Ġesù u Marija fil-ħajja tagħhom, bħalma għamel San Ġużepp.
Għall-kwiet fil-preżenza ta’ Ġesù |
Mill-kappella irħewla għal-mixja ċkejkna madwar il-kurituri tal-kunvent bil-bsaten u l-ġilji ta’ San Ġużepp. Matul din il-mixja, iż–żgħażagħ irriflettew f’xi sforzi li qegħdin jagħmlu f’ħajjithom bħalissa. X’ħinwasslu fil-kor tal-knisja offrew il-bastun lil Gesù, kitbu dan l-isforz li qed jagħmlu, u dendluh mal-bastun mirakoluz ta’ San Gużepp ix-xiħ li dik il-ġimgħa kien espost fil-knisja.
Mixja ċkejkna fejn iż-żgħażagħ irriflettew dwar xi sforzi li qed jagħmlu f’ħajjithom. |
Id-devozzjoni lejn San Ġużepp tinsab madwar id-dinja kollha. Fil-knisja hu meqjum bħala l-Patrun Universali. Hawnhekk iż–żgħażagħ riedu jaghzlu pajjiz mill-mappa tad-dinja, jixgħelu xemgħa filwaqt li jagħmlu talba għal poplu jew sitwazzjoni f’dak il-pajjiż.
Minuti ta’ silenzju għan-nies tal-pajjiżi |
Fl-aħħar, bil-mod il-mod, kulhadd ingabar fil-knisja, radd ħajr lil Alla ta’ dak kollu li qed jagħmel miegħu fil-ħajja tiegħu u flimkien mal-Verġni Marija tlabna t-talba tal-Magnificat.
Nirringrazzjaw lil Ms Kathleeen Spiteri tal-esperjenza li qasmet magħna permezz tal-kitba u r-ritratti li bagħtitilna.
Kitba u ritratti ta’ Ms Kathleen Spiteri.