Ix-xahar ta’ Novembru jiftaħ biċ-ċelebrazzjoni tal-Għid tal-Imwiet fejn aħna mistennija niftakru u nitolbu għall-mejtin tagħna. Bħal kull sena, l-istudenti tat-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt sena ħadu sehem f’attivtajiet diversi li għenuhom jirriflettu dwar il-mewt bħala parti mill-ħajja, filwaqt li ċċelebraw il-ħajja u l-memorja ta’ qrabathom li għaddew għal ħajja aħjar

Ta’ min jgħid li, fil-funerali tagħhom, l-ewwel insara f’Malta kienu jagħmlu l-hekk imsejħa – kelma griega li tfisser il-mejda tal-Imħabba. Wara d-difna fil-katakombi, l-insara kienu jinġabru ma’ mejda għall-qiegħa tal-art, jitolbu u jirrakkuntaw it-tifkiriet tal-għeżież mejtin tagħhom. Din il-mejda għadna nistgħu narawha f’xi katakombi li għandna hawn Malta.

Din is-sena fl-iskola tagħna saret replika tal-mill-għalliema tad-drama biex waqt li l-istudenti jifhmu x’kienet tfisser, tgħinhom jiltaqgħu mar-realtà tal-mewt f’ambjent adattat għalihom. F’waħda mill-lezzjonijiet, it-tfal intalbu jippreparaw santa/tifkira ta’ wieħed/waħda mill-għeżież tagħhom mejtin. Imbagħad inġabru flimkien mal-għalliema madwar il-mejda tal-agape biex jaqsmu l-esperjenzi/tifkiriet sbieħ li kellhom ta’ dik il-persuna

Qrib id-data tal-Għid tal-Imwiet kellna quddiesa speċjali fejn flimkien tlabna għall-erwieħ tal-għeżież tagħna u t-tfal għamlu offerta simbolika tas-santi tal-mejtin għeżież tagħhom li kienu użaw waqt il-lezzjoni hawn fuq imsemmija.

L-aħħar attività kienet żjara fid-diversi katakombi li hemm fir-Rabat ta’ Malta. Dawn kienu l-katakombi ta’ San Katald, San Pawl, Sant’ Agata u ta’ Wignacourt. Hemmhekk it-tfal setgħu jaraw fejn l-ewwel insara kienu jitolbu u jidfnu l-mejtin tagħhom. Waqt din iż-żjara raw ukoll il-mejda tal-fejn l-ewwel insara kienu jinġabru biex ifakkru l-anniversarju tal-mejtin tagħhom u jitolbu għalihom. Ta’ min jgħid li konna ristretti fin-numru ta’ ritratti li stajna nieħdu fil-katakombi minħabba ħsara li setgħet issir lil post.

Jalla bħall-ewwel insara, din l-attività tgħinna lkoll inħarsu lejn il-mewt bħala passaġġ li jwassalna għat-tgħanniqa dejjiema fi ħdan il-Missier tagħna mimli mħabba u ħniena.

Sr Elaine u edukatriċi mill-iskola ta’ St Francis jispjegaw il-proċess edukattiv relatat mal-Għid tal-Imwiet fl-2017.