15-il storja qasira dwar ir-Rispett
Storja 1 – La ma kellekx post għall-persuna tiegħi lanqas għandek għal ismi
Id-Direttur tas-Sinfoniji Pierre Monteux inzerta bil-lejl f’belt kbira u mar f’lukanda biex iqatta’ l-lejl. Iżda l-manaġer qallu li kienet mimlija sa ruħ ommha. Meta kien ħiereġ xi ħadd qal lill-manaġer li dak kien iċ-ċelebri Monteux. Il-manaġer ġera warajh u qallu: “Skużani sinjur… ma kontx naf min int. Idħol…għandi kamra sabiħa għalik u għal martek.”
“La ma kellekx post għall-persuna tiegħi lanqas għandek għal ismi.” …u baqa’ sejjer ‘il barra…