Għall-Milied ta’ din is-sena l-skola St Michael School, St Venera, ippreparat id-dramm ‘Sliem fuq l-Art – L-Istorja ta’ Ġużeppi’. Dramm oriġinali miktub mis-Sur Darrel Pace, għalliem tal-Malti f’din l-iskola u ddireġut mis-Sur Tonio Callus, l-għalliem tad-Drama. Il-kast kien iffurmat minn madwar 30 student u membru tal-istaff. Wara l-kwinti kien hemm ukoll numru ta’ membri tal-istaff u studenti. Ix-xogħol fuqu sar kollu fl-iskola… kitba tal-iskript, provi tal-kant u recordings, provi ta’ reċtar, xogħol fuq il-props, ħjata ta’ kostumi, xogħol fuq is-sound u d-dwal, eċċ.

 
 
 
 
 
 


Dan id-dramm espona t-talenti kbar tal-istudenti f’din l-iskola filwaqt li wasslu messaġġ sabiħ f’dawn il-jiem tal-Milied
Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla, ngħidu grazzi mill-qalb lil kull min ta s-sehem tiegħu.


Informazzjoni u ritratti minn hawn.