Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti kollha (studenti u adulti li qed jikkumpanjawhom) huma mistiedna jieqfu, jidentifikaw xi biża’ li għandhom u filwaqt li jaċċettaw is-sentiment tal-biża’, jagħrfu li l-imħabba hija akbar mill-biżgħat tagħna. Għalhekk għandna kontinwament infakkru lilna nfusna li l-imħabba hija dejjem hemm. Aħna kollha liberi biex inħallu l-imħabba tegħleb il-biżgħat tagħna.

Equipment: plaster tad-drapp, lapsijiet, pinen, markers

Ages
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years
Bookmark

Ħin:

40 minuta

Is-Sekwenza tal-Lezzjoni

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara u tisma’ din il-kanzunetta fejn turi li l-Imħabba hija akbar mill-biżgħat tagħna:-

Love Beats Fear

3. Issa bl-għajnuna ta’ adult aqta’ madwar il-qafas ta’ qlub provduti aktar l’isfel. Jekk il-karta tkun bajda, tista’ tgħattiha l-kulur ukoll.

2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar waħda mill-akbar biżgħat tiegħek. Tista’ tkun biża’ mid-dlam, biża’ minn xi kreatura jew anke biża’ minn dak li ma tafx bħal meta tkun ser terġa’ tibda l-iskola

4. Ħu qafas tal-qalb, agħlaq għajnejk għal ftit sekondi u aħseb meta ħassejt li xi ħadd qed iħobbok ħafna.

5. Imbagħad agħmel ftit kolla (glue stick) fuq il-qafas tal-qalb.

6. Issa tista’ twaħħal dan il-qafas tal-qalb fuq l-istess post-it note fejn kont ktibt il-biża’ tiegħek. Hekk kif tkun qed tgħatti l-biża’ tiegħek bil-karta tal-qalb, tista’ titkellem m’Alla dwar din il-biża’ għax Hu jħobbok u jrid jisimgħek. Tista’ wkoll titolbu jeħilsek minn din il-biża’.

Eżempju:- Għażiż Alla, jiena qed nibża’ mill-__________għax__________. Jien naf li inti tħobbni, jekk jogħġbok Alla neħħili din il-biża’.

7. Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u fuqha twaħħal il-post-it note mgħottija bil-karta b’forma ta’ qalb u biex tiftakar, ikteb it-titlu ta’ din il-lezzjoni li hu L-Imħabba Akbar mill-Biża’.

Agħmel il-kartonċina f’post biex tfakkrek li:

L-imħabba hija akbar mill-biża’.

Biex titkellem m’Alla dwar il-biżgħat tiegħek għax HU JĦOBBOK.

8. Il-vidjo bl-isem: L-Imħabba Akbar mill-Biża’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.

L-Imħabba Akbar mill-Biża’:-

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara u tisma’ din il-kanzunetta fejn turi li l-Imħabba hija akbar mill-biżgħat tagħna:-

Love Beats Fear

  1. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar waħda mill-akbar biżgħat tiegħek. Tista’ tkun biża’ mid-dlam, biża’ minn xi kreatura jew anke biża’ minn dak li ma tafx bħal meta tkun ser terġa tibda l-iskola.
  2. Ikteb jew pinġi din il-biża’ fuq post-it note jew fuq karta oħra tal-istess daqs ta’ post-it note.
  3. Issa bl-għajnuna ta’ adult aqta’ madwar il-qafas ta’ qlub provduti aktar l’isfel. Jekk il-karta tkun bajda, tista’ tgħattiha l-kulur ukoll.
  4. Ħu qafas tal-qalb, agħlaq għajnejk għal ftit sekondi u aħseb meta ħassejt li xi ħadd qed iħobbok ħafna.
  5. Imbagħad agħmel ftit kolla (glue stick) fuq il-qafas tal-qalb.
  6. Issa tista’ twaħħal dan il-qafas tal-qalb fuq l-istess post-it note fejn kont ktibt il-biża’ tiegħek. Hekk kif tkun qed tgħatti l-biża’ tiegħek bil-karta tal-qalb, tista’ titkellem m’Alla dwar din il-biża’ għax Hu jħobbok u jrid jisimgħek. Tista’ wkoll titolbu jeħilsek minn din il-biża’.

Eżempju:- Għażiż Alla, jiena qed nibża’  mill-__________għax__________. Jien naf li inti tħobbni u li ħlaqt l-Imħabba, nitolbok tgħinni nifaċċja l-biżgħat tiegħi.

  1. Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u fuqha twaħħal il-post-it note mgħottija bil-karta b’forma ta’ qalb u biex tiftakar, ikteb it-titlu ta’ din il-lezzjoni li hu L-Imħabba Akbar mill-Biża’: Agħmel il-kartonċina f’post biex tfakkrek li: L-imħabba hija akbar mill-biża’.Biex titkellem m’Alla dwar il-biżgħat tiegħek għax HU JĦOBBOK.

Il-vidjo bl-isem L-Imħabba Akbar mill-Biża’’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.

9. Il-vidjo bl-isem: L-Imħabba Akbar mill-Biża’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.

L-Imħabba Akbar mill-Biża’:-

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo, tifhem l-ideat li jipproponi u tirriffletti fuq kemm hi relevanti għall-ħajtek  il-frażi: ‘l-imħabba hija akbar mill-biża’:-

Love Versus Fear:-

https://skitguys.com/videos/fear-vs-love

2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar waħda mill-akbar biżgħat tiegħek. Tista’ tkun biża’ mid-dlam, biża’ minn xi kreatura jew anke biża’ minn dak li ma tafx bħal meta tkun ser terġa’ tibda l-iskola.

3. Ikteb jew pinġi din il-biża’ fuq post-it note jew fuq karta oħra tal-istess daqs ta’ post-it note.

4. Issa aqta’ madwar il-qafas ta’ qlub provduti aktar l’isfel. Jekk il-karta tkun bajda, tista’ tagħtiha l-kulur ukoll.

5. Ħu qafas tal-qalb, agħlaq għajnejk għal ftit sekondi u aħseb meta ħassejt li xi ħadd qed iħobbok ħafna.

6. Imbagħad agħmel ftit kolla (glue stick) fuq il-qafas tal-qalb.

7. Issa tista’ twaħħal dan il-qafas tal-qalb fuq l-istess post-it note fejn kont ktibt il-biża’ tiegħek. Hekk kif tkun qed tgħatti l-biża’ tiegħek bil-karta tal-qalb, tista’ titkellem m’Alla dwar din il-biża’ għax Hu jħobbok u jrid jisimgħek. Tista’ wkoll titolbu jeħilsek minn din il-biża’ għax huwa mħabba.

Eżempju:- Għażiż Alla, jiena qed nibża’ mill-__________għax__________. Jien naf li inti tħobbni u li ħlaqt l-Imħabba. Nitolbok tgħinni naffaċċja l-biżgħat tiegħi u nafda f’din l-għajnuna tiegħek għax int imħabba.

8. Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u fuqha twaħħal il-post-it note mgħottija bil-karta b’forma ta’ qalb u biex tiftakar, ikteb it-titlu ta’ din il-lezzjoni li hu L-Imħabba Akbar mill-Biża’.

9. Agħmel il-kartonċina f’post biex tfakkrek li:

L-imħabba hija akbar mill-biża’.

Biex titkellem m’Alla dwar il-biżgħat tiegħek għax HU JĦOBBOK.

10. Il-vidjo bl-isem L-Imħabba Akbar mill-Biża’’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.

10. Il-video link: Lauren Daigle Look Up Child (Lyrics) jista’ jgħinek tifhem li l-imħabba akbar mill-biża’.Lauren Daigle Look Up Child (Lyrics):-

We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Discover more activities