Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti kollha (studenti u adulti li qed jikkumpanjawhom) huma mistiedna jieqfu, jidentifikaw xi biża’ li għandhom u filwaqt li jaċċettaw is-sentiment tal-biża’, jagħrfu li l-imħabba hija akbar mill-biżgħat tagħna. Għalhekk għandna kontinwament infakkru lilna nfusna li l-imħabba hija dejjem hemm. Aħna kollha liberi biex inħallu l-imħabba tegħleb il-biżgħat tagħna.
Equipment: plaster tad-drapp, lapsijiet, pinen, markers
Ages
- Primary Years
- Middle Years
- Secondary Years

Ħin:
40 minuta
Is-Sekwenza tal-Lezzjoni
- Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo, tifhem l-ideat li jipproponi u tirriffletti fuq kemm hi relevanti għall-ħajtek il-frażi: ‘l-imħabba hija akbar mill-biża’:-
Love Versus Fear:-
https://skitguys.com/videos/fear-vs-love
2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar waħda mill-akbar biżgħat tiegħek. Tista’ tkun biża’ mid-dlam, biża’ minn xi kreatura jew anke biża’ minn dak li ma tafx bħal meta tkun ser terġa’ tibda l-iskola.
3. Ikteb jew pinġi din il-biża’ fuq post-it note jew fuq karta oħra tal-istess daqs ta’ post-it note.
4. Issa aqta’ madwar il-qafas ta’ qlub provduti aktar l’isfel. Jekk il-karta tkun bajda, tista’ tagħtiha l-kulur ukoll.
5. Ħu qafas tal-qalb, agħlaq għajnejk għal ftit sekondi u aħseb meta ħassejt li xi ħadd qed iħobbok ħafna.
6. Imbagħad agħmel ftit kolla (glue stick) fuq il-qafas tal-qalb.
7. Issa tista’ twaħħal dan il-qafas tal-qalb fuq l-istess post-it note fejn kont ktibt il-biża’ tiegħek. Hekk kif tkun qed tgħatti l-biża’ tiegħek bil-karta tal-qalb, tista’ titkellem m’Alla dwar din il-biża’ għax Hu jħobbok u jrid jisimgħek. Tista’ wkoll titolbu jeħilsek minn din il-biża’ għax huwa mħabba.
Eżempju:- Għażiż Alla, jiena qed nibża’ mill-__________għax__________. Jien naf li inti tħobbni u li ħlaqt l-Imħabba. Nitolbok tgħinni naffaċċja l-biżgħat tiegħi u nafda f’din l-għajnuna tiegħek għax int imħabba.
8. Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u fuqha twaħħal il-post-it note mgħottija bil-karta b’forma ta’ qalb u biex tiftakar, ikteb it-titlu ta’ din il-lezzjoni li hu L-Imħabba Akbar mill-Biża’.
9. Agħmel il-kartonċina f’post biex tfakkrek li:
L-imħabba hija akbar mill-biża’.
Biex titkellem m’Alla dwar il-biżgħat tiegħek għax HU JĦOBBOK.
10. Il-video link: Lauren Daigle Look Up Child (Lyrics) jista’ jgħinek tifhem li l-imħabba akbar mill-biża’.Lauren Daigle Look Up Child (Lyrics):-
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources