The National Literacy Agency, in collaboration with Spiritual Development in Schools, organises four ‘Soul Speak’ sessions of writing, reading, and reflection for primary children from Year 4 to Year 6 (8-10 years old).

During sessions of Soul Speak, the children are given the opportunity to train in the Writing Process, through imaginative and reflective activities that encourage them to pray creatively. The children are provided with age-appropriate resources in English and Maltese to express themselves in their preferred language.

Prayer spaces are animated to empower children of all faiths and none to explore life’s questions and spirituality in a safe, creative, and interactive way. These reflective spaces encourage personal reflection on issues such as forgiveness, injustice, thankfulness, big questions, identity, and stillness.

Thus, four key areas are examined:

  1. Relationship with the self
  2. Relationship with others
  3. Relationship with the world
  4. Relationship with God

At the end of the programme, an exhibition of the children’s work is organised, along with a celebratory activity. A certificate will also be awarded to those who attend and participate in all four sessions. The pictures below illustrate a few highlights of previous Soul Speak sessions.

To apply for this programme as a school, please complete the following form when it becomes available.

Titkellem Ruħna

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, f’kollaborazzjoni mal- Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel torganizza erba’ sessjonijiet ta’ ‘Titkellem Ruħna’ ta’ kitba, qari u riflessjoni għal tfal tal-primarja tar-4 Sena sas- 6 Sena (8–10 snin).

Matul is-sessjonijiet ta’ ‘Titkellem Ruħna’, it-tfal jingħataw l-opportunità jitħarrġu fil-Proċess tal-Kitba, permezz ta’ attivitajiet immaġinattivi u riflessivi li jħeġġuhom jitolbu b’mod kreattiv. It-tfal jiġu pprovduti b’riżorsi adattati għall-età tagħhom kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, biex ikunu jistgħu jesprimu ruħhom fil-lingwa li jippreferu.

Jinħolqu wkoll spazji ta’ talb biex isaħħu lit-tfal ta’ kull twemmin u anke lil dawk li m’għandhomx twemmin, sabiex jesploraw il-mistoqsijiet tal-ħajja u l-ispiritwalità b’mod sigur, kreattiv u interattiv. Dawn l-ispazji ta’ riflessjoni jħeġġu riflessjoni personali fuq temi bħall-maħfra, l-inġustizzja, ir-rikonoxxenza, il-mistoqsijiet kbar, l-identità u s-skiet.

Għalhekk jiġu eżaminati erba’ oqsma ewlenin:

  • Ir-relazzjoni ma’ wieħed innifsu
  • Ir-relazzjoni mal-oħrajn
  • Ir-relazzjoni mad-dinja
  • Ir-relazzjoni ma’ Alla

Fl-aħħar tal-programm, issir wirja bix-xogħol tat-tfal flimkien ma’ attività ta’ ċelebrazzjoni. Se tingħata wkoll ċertifikat lil dawk li jattendu u jipparteċipaw fl-erba’ sessjonijiet kollha.

Ir-ritratti hawn taħt juru xi mumenti mill-aħħar sessjonijiet ta’ ‘Titkellem Ruħna’.

Bħala skola tista’ turi x-xewqa biex isir dal-programm billi timla dil-formola t’hawn taħt.

Upcoming Events

There are no upcoming events planned for this programme yet. If you're interested, fill in the form below and we'll get in touch with you!
This field is for validation purposes and should be left unchanged.