The story is about a boy who likes to build sandcastles by the seashore. One day, another boy kicked the other boy’s sandcastle and smashed it. The boy who joyfully built the sandcastle burst into tears. However, he showed kindness to him, forgave him, and continued to play together.

Ages
  • Primary Years
  • Middle Years
Spazju għal Qalbi

Kastell fir-Ramel

In-nanniet ta’ Renzo għandhom post żgħir bħala villeġġjatura ħdejn il-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa. Għalkemm dan il-post huwa ċkejken, matul il-vaganzi tas-sajf donnu jikber għax jimtela b’ilħna ferrieħa tal-kuġini ta’ Renzo li jmorru jqattgħu ftit jiem fih flimkien man-nanniet tagħhom. Trid tarahom jarmaw is-saqqijiet mal-art ħdejn xulxin biex ikollhom fejn jorqdu waqt li jaqbżu fuqhom b’tant ferħ.

Kull filgħodu jħobbu jmorru jsellmu lil Ġesù Sagramentat u jagħmlu ftit ħin fis-skiet fil-kappella viċin tagħhom. Imbagħad, jieħdu ġirja waħda lkoll flimkien għal fuq il-bajja u min jasal l-ewwel jibda jxarrab lill-oħrajn bl-ilma baħar. Wara jaqbżu kollha jgħumu, jitilgħu jieklu biċċa ħobż biż-żejt li tkun ħawritilhom in-nanna u joqogħdu jilagħbu fuq ir-ramel.

Renzo l-hena tiegħu jibni l-kastelli fuq ir-ramel. Jibda jħaffer b’idu jew bil-pala sakemm jagħmel kanal mad-dawra tal-kastell biex imbagħad ikun jista’ jidħol l-ilma baħar fih.

Il-paletti kkuluriti tal-ġelati jużahom biex ipoġġihom bħala bnadar fuq it-turretti.

Tifel li nzerta kien qed jiġri fuq ir-ramel waqaf mistagħġeb iħares lejn il-kobor tal-kastell. F’daqqa waħda dan fettillu jagħti daqqa ta’ sieq ġor-ramel u kisser il-kastell li bil-paċenzja kollha Renzo kien bena ħalli jkun jista’ jidħol fih hu, flimkien mal-kuġini tiegħu.

“Le, le, tkissrux! Għalfejn qed tagħmel hekk?” beda jgħajjat Renzo.

Imma dak it-tifel, donnu b’vendikazzjoni, aktar kompla jkissru.

Renzo beka fuq li beka. Kemm kien ħa gost jibnih biex issa l-kastell tar-ramel spiċċa mfarrak!

Meta rah jibki u b’qalbu maqsuma, dak it-tifel ħass għafsa ta’ qalb u beda jiddispjaċih għal dak li għamel.

Imbagħad ġietu idea. Resaq bil-mod lejn Renzo u tah tgħanniqa.

Imbagħad niżel għarkupptejh u b’subgħajh kiteb l-ittra ‘S’ tal-kelma Sorry fir-ramel u talab skuża lil Renzo għal dak li għamillu.

Renzo, li kien tifel twajjeb, għamel minn kollox biex jikkalma. Minflok kompla jirrabja, iddeċieda li jaħfirlu. Kien pront ħassar l-ittra ‘S’ mir-ramel. Ir-ramel reġa’ ġie lixx bħal qabel daqslikieku ma kien ġara xejn. Huwa qallu li kien ħafirlu talli kissirlu l-kastell u filwaqt li talbu ma jerġa’ qatt jagħmel ħaġa bħal din, stiednu biex joqgħod ħdejh u flimkien jerġgħu jibnu l-kastell.

Matul il-kumplament tal-vaganzi, dak it-tifel baqa’ jinżel huwa wkoll fil-Bajja s-Sabiħa biex jiltaqa’ ma’ Renzo u l-kuġini tiegħu, jgħumu u jibnu kastelli tar-ramel flimkien.

Huwa nduna li qatt m’għandek tgħir għal xi ħaġa sabiħa u tajba li jagħmel ħaddieħor. Fehem li meta turi li vera ddispjaċiek għal dak li tkun għamilt, il-persuna l-oħra li tkun irċeviet l-azzjoni kerha mingħandek taħfirlek u ssir ħabib tiegħek ukoll.


Resources related to this story

Sorry Sand

In this prayer space one is given the opportunity to reflect on the unkind actions we made and invited to pray for forgiveness.

Christmas: Forgiveness In A Manger

In this prayer space one will be invited to remind oneself that the God in the cradle is a merciful God to which one can express a prayer for forgiveness using the medium of sand.

Fizzy Forgiveness

In this prayer space one reflects on forgiving those who hurt us, just like a tablet disappears in water so will our upset and hurt disappear with forgiveness.

Friendship Chain

During this prayer one is asked to think of a friend, reflect on the good qualities of their friend and then thank God for them.

Jigsaw Prayers

During this prayer space one reflects on people who had arguments with us or with other people and are still feeling indifferent.

Eye-Catching Wallpaper

The story is about two brothers who moved houses several times. In their new home, they decorated their bedroom wall with eye-catching wallpaper and then they painted a prayer wall on it.

One World

The story is about a boy who signed up with the football nursery. During the half-time of a game, he stopped to look at a world map on the billboard. Together with his coach and friends, they write prayers for the countries of the world.

Asking Questions Leads to Wisdom

The story is about a girl who is interested in many things and so she likes to ask lots of questions. In the catechesis class, she is given a coloured cardboard paper cut out in the shape of a question mark. She was invited to think about a big question she wished to ask God and write it on the question mark.

Saying Thank You

The story is about a group of friends who accepted an invitation to participate in a celebration that would take place on World Gratitude Day. Through dance and art, the children expressed their gratitude towards their family, friends, pets, artistic talents, and life.

After camping for a week

The story is about a boy who went camping with his scouts’ friends at Għajn Tuffieħa. Amongst the camps that were set up, there was a camp with cushions inside it so anyone who wanted could enter and appreciated moments in silence. The boy recounts how much he felt at peace in the ‘Be Still’ camp.

Hold a pebble and let it go

The story is about a family who likes to go for a walk and swim in Mistra Bay. Daddy plans fun games to play with his children like ‘Hide and Seek’ among the reeds and trees and on the sand. Once they played a game with pebbles. First, they thought of people who said unkind words to them and hurt their feelings. Then, they threw the pebbles into the sea as a sign of forgiveness.

Il-Luzzu – My Grandfather’s Fishing Boat

The story is about a grandfather who was a fisherman. He tells his adventures at sea to his grandchildren. One day he told them to get on his fishing boat. When they got off, they created a paper boat and on it, they wrote and drew their fears and worries.

Show and Tell – Maltese Tradition

The story is about children during drama class. While performing a mime with objects placed in front of them, they are reminded of Il-Quċċija – a Maltese tradition. As they look at the dance mirrors, they thank God for their talents and good qualities.

Cardboard on the Pavement

The story is about a girl who travelled to London to watch a musical. On her way to the theatre with her parents, she saw a small boy with his mother lying on a piece of cardboard on the pavement. The girl sought how she could help these homeless people.

In Silence in a Garden

The story is about sixth-grader pupils who went on an outing at San Anton Gardens. They walked along a path full of flowers and trees that led them to wooden benches. They sat in a comfortable position with their backs straight to the bench and carried out a ten-minute Christian meditation.



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources