The story is about a boy who went camping with his scouts’ friends at Għajn Tuffieħa. Amongst the camps that were set up, there was a camp with cushions inside it so anyone who wanted could enter and appreciated moments in silence. The boy recounts how much he felt at peace in the ‘Be Still’ camp.
Ages
- Primary Years
- Middle Years
Topics

Wara Ġimgħa Camping

Ferħan se jtir, Daniel beda jirrakkuntalna x’għamel waqt li kien ġimgħa camping f’Għajn Tuffieħa mat-tfal sħabu tal-iscouts. Trid tisimgħu jirrakkonta dwar kemm tgħallem jarma l-kampijiet u jorbot il-ħbula. Tgħallem ukoll iqabbad il-ħatab u jsajjar l-ikel fuqu. Kellu ġranet mimlija daqs bajda, b’attivitajiet differenti, logħob, kant u taqbiliet u xi għawma ma naqsitx ukoll. Fuq kollox Daniel, għamel ħbieb ġodda u sar jafhom aktar mill-qrib.
“Din is-sena armajna tliet kampijiet,” qalilna Daniel b’entużjażmu fuqu waqt li kompla jirrakkontalna. “Armajna kamp kbir bl-imwejjed, biex nieklu taħtu, kamp imdaqqas biex norqdu fih u armajna kamp ieħor speċjali taħt siġra kbira ’l bogħod mill-kampijiet l-oħra.”

“U tafu għal xiex armajnieh dan il-kamp?” staqsiena Daniel.
“Dan il-kamp armajnieh biex min ried, seta’ jidħol fih, joqgħod għall-kwiet u japprezza s-silenzju. Jien dħalt ħafna drabi u poġġejt fuq il-kuxins li kien hemm fih. Hemmhekk la rajt televixin, la qgħadt nisma’ d-diski, la smajt l-għajjat ta’ sħabi waqt il-logħob u lanqas l-istorbju tal-ġeneratur biex ikollna d-dawl. Fil-kamp tas-silenzju ma kien hemm ħoss ta’ xejn. Ġieli kont inqum filgħodu kmieni apposta biex immur fil-kamp u minn hemm nara l-friefet u l-għasafar jittajru mas-siġra. Anke matul il-lejl ġieli mort fil-kamp. U waqt li kont nimtedd fis-skiet kont noqgħod nitpaxxa nħares lejn tant u tant kwiekeb li hemm fis-sema.
“Ġol-kamp kien hemm imdendel powster b’vers minn Salm: Be silent in the LORD’s presence and wait patiently for him. Waqt li kont inkun fil-kamp, kont noqgħod naħseb x’seta’ jfisser dan il-vers. Ġurnata minnhom staqsejt lill-grupp leader u tani dan l-eżempju li meta wieħed ikun irid ikellem lil xi ħadd, ma jridx ikun hemm storbju għaddej għax inkella ma jifhmekx.
“U l-istess aħna, aktar ma nkunu fil-kwiet u s-silenzju aktar insiru konxji tan-natura u l-ħolqien u nisimgħu lil Alla jkellimna f’qalbna.
“Kemm ħassejt paċi f’qalbi f’dak il-kamp fis-skiet. Bdejt nitkellem m’Alla u għidtlu grazzi ta’ din is-serenità li bdejt inħoss ġewwa fija.
“Min jaf? Forsi d-darba li jmiss jekk tkunu ser tmorru camping, tagħmlu din l-esperjenza intom ukoll!”
Resources related to this story
We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.
User Sign Up
Discover more resources