Ktieb bi storja qasira għat-tfal miktub mill-awtriċi is-Sa Silvana Cardona. Maħsub għas-snin Bikrin. Juża storja sempliċi biex jgħin lit-tfal jifhmu l-emozzjonijiet, id-dispjaċir, u l-maħfra. Adattat għall-iskola u għad-dar.
Dwar il-ktieb
Dan il-ktieb juża storja qrib il-ħajja tat-tfal. Jgħin lit-tfal jagħrfu x’jiġri ġewwa qalbhom meta jweġġgħu jew meta jweġġgħu lil ħaddieħor. Juri li meta naħfru nibnu mill-ġdid dak li jkun inkiser. Juri wkoll li Alla hu qrib f’dawn il-mumenti ukoll.
Dan il-ktieb huwa addattat għat-tfal fi snin bikrin u jitratta t-temi tal-maħfra u l-ħbiberija.
L-istorja fi ftit kliem
Renzo jmur il-baħar u jibni kastell fir-ramel. Tifel ieħor jiġri u jwaqqalu l-kastell. Renzo jibki. It-tifel l-ieħor jindem u jitlob skuża. Renzo jaħfirlu. Flimkien jerġgħu jibnu kastell ġdid u jsiru ħbieb.
Temi ewlenin
- Skuża u maħfra
- Emozzjonijiet u dmugħ
- Fejqan u bidu ġdid
- Ħbiberija
- Alla qrib fil-mumenti diffiċli
Għall-edukaturi u l-ġenituri
Uża din l-istorja biex tgħin lit-tfal jitkellmu fuq dak li jħossu. Żomm il-mistoqsijiet sempliċi u konkreti.
Mistoqsijiet possibbli
- X’ħass Renzo meta waqqawlu l-kastell?
- X’ħass it-tifel l-ieħor meta ra lil Renzo jibki?
- X’bidlet l-iskuża?
- X’bidlet il-maħfra?
Mument qasir ta’ riflessjoni
Itlob lit-tfal jiktbu jew jiġbdu sinjal fuq ramel jew fuq karta. Imbagħad iħassruh bil-mod. Spjega li dan ifisser skuża, maħfra, u bidu ġdid.
Illustrazzjonijiet
L-illustrazzjonijiet fuq kull paġna tal-ktieb jgħin l-animatur jispjega l-mumenti varji tal-istorja. Dawn huma xogħol Dorielle Borg.


