Il-ħin li niddedikaw għat-talb u r-riflessjoni huwa tant importanti għas-saħħa tagħna b’mod sħiħ għax jgħinna nsiru iktar qrib t’Alla li ħalaqna, li jsaħħaħna u li jkompli jimliena bl-imħabba tiegħu. Fl-iskola jinħolqu diversi spazji ta’ talb biex l-edukaturi u l-istudenti jagħrfu l-importanza tat-talb. Wieħed jista’ wkoll ifittex spazju fejn wieħed jitlob. lil hinn mill-iskola. Għalhekk hawn issib informazzjoni dwar diversi spazji fil-lokalitajiet tagħna fejn tista’ tmur u titlob b’mod personali. Tista’ tidħol f’dan is-sit jew tagħżel il-lokalità minn hawn taħt.