Qed toqrob il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara, li se tkun iċċelebrata bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar. F’isem Monsinjur Arċisqof, u f’isem il-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi, nħeġġek biex, jekk jogħġbok, tinkoraġixxi l-komunità fl-iskola afdata f’idejk dwar l-importanza ta’ talb personali u komunitarju għal dan il-għan.

Il-materjal ġie imħejji minn saċerdoti attivi fil-pastorali parrokkjali. Għandek issib dan il-materjal:

Messaġġ minn Fr Hector Scerri, President tal-Kummisjoni Ekumenika b’xi tagħrif ġenerali;

  • Ħsieb qasir għal kull jum tal-ġimgħa (18-25 ta’ Jannar). Nipproponi li dan jinqara fil-bidu tal-Quddiesa jew waqt ieħor ta’ talb komunitarju;
  • Talbiet ta’ maħfra għall-Att Penitenzjali tal-Quddiesa;
  • Interċessjonijiet komunitarji li jistgħu jiżdiedu mat-Talbiet tal-Komunità, u Talba oħra speċjali.
  • Test ta’ Adorazzjoni Ewkaristika li tista’ ssir bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar.

Ninfurmak li se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan, organizzat minn Christians Together in Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ekumenika nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar, fis-6.30 p.m.. fil-Knisja Kolleġġjata u Bażilika ta’ Marija Bambina, l-lsla. Se jippresiedi Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Inti mistieden li tattendi.