Nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru 2017, l-iSpiritual Development Unit flimkien mat-tim tal-Prayer Spaces in Schools Malta, organizza seminar dwar dawn l-ispazji ta’ talb, ġewwa s-Seminarju tal-Arċisqof, f’Tal-Virtù. Għal dan is-seminar kienu mistiedna l-għalliema, religious counsellors, diretturi spiritwali, membri taċ-chaplaincy teams u nies li jaħdmu fil-ħidma pastorali fl-iskejjel. It-tema ta’ dan is-seminar kien, IF CHRISTMAS IS THE TIME FOR GIFTS, THE WHOLE YEAR IS THE TIME TO BE THE GIFT. CAN PRAYER SPACES BECOME A YEAR-LONG GROWTH EXPERIENCE AT SCHOOL?
Mistieden speċjali għal dan is-seminar kien Phil Togwell, id-direttur tal-Prayer Spaces in schools ġewwa l-Ingilterra. Is-Sur Togwell kompla jispirana dwar dawn l-ispazji ta’ talb kif ukoll wieġeb għal diversi mistoqsijiet minn dawk preżenti. Fakkarna li dawn l-eżerċizzi fit-talb għandhom ikunu dejjem immirati għat-tfal u ż-żgħażagħ minn reliġjonijiet differenti u li jgħinu lill-individwi sabiex ikomplu jiskopru lilhom infushom, jitolbu għal bżonnijiet differenti f’ħajjithom u jistaqsu mistoqsijiet, dejjem f’ambjenti siguri. Dawn il-Prayer Spaces jgħinu wkoll l-iżvilupp spiritwali ta’ kull individwu. F’kelma waħda, waqt dawn l-ispazji ta’ talb, kull individwu jirrelata miegħu nnifsu, mal-oħrajn fl-imħabba lejn xulxin, mad-dinja li qegħdin ngħixu fiha u ma’ Alla, dak li hu ‘l fuq minn kollox u minn kulħadd.
Fl-aħħar ta’ dan is-seminar kellna worskshops fejn kull grupp qasam l-esperjenzi tiegħu ta’ Prayer Spaces ma’ dawk li qatt m’għamluhom imma li jixtiequ jibdew jorganizzawhom ġewwa l-iskejjel tagħhom jew fil-parroċċi. F’dal-mument, iddiskutew mistoqsijiet relatati ma’ kif wieħed jista’ jkompli jizvilupppa dak li jseħħ fi prayer spaces fil-ħidma spiritwali. Nitolbu lill-Mulej sabiex ikompli jagħtina l-għajnuna tiegħu fil-ħolqien ta’ dawn l-ispazji ta’ talb sabiex kulħadd jesperjenza l-għaqda tiegħu ma’ Alla u mal-oħrajn madwar id-dinja.