Ages
  • Middle Years
  • Secondary Years

B’kollox konna xi 60 tfajla u ġuvni. Konna qegħdin fl-oratorju nitkellmu bejnietna, nilagħbu billiards u table tennis bħalma nagħmlu kull nhar ta’ Ħadd wara li tispiċċa l-quddiesa.

Imma din id-darba Jeff ried jilgħab logħba differenti fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena l-ġdida. Wera x-xewqa li nilagħbu ‘Pass the Parcel’ u minnufih ħareġ ġirja sal-karozza iġib kaxxa mimlija. Ma konniex nafu x’kellu ppreparat f’moħħu!

Imbagħad qabbad il-mowbajl tiegħu mal-‘ispeakers’ u mal-mużika fuq Spotify.   Kellna naqbdu rigal imgeżwer f’ħafna karti mill-kaxxa u ngħadduh lil xulxin sakemm tieqaf il-mużika.  Kull min jieqaf ir-rigal għandu kellu jmur f’kamra oħra fejn kien hemm tapit kbir u waqt li jpoġġi fuqu kellu jiftaħ r-rigal hemmhekk. Mill-banda l-oħra kull min baqa’ jilgħab, kellu kurżita x’seta’ sab sieħbu u x’jista’ jsib hu!

Mal-mużika rġajna għamilna  l-istess sakemm fl-aħħar il-kaxxa żvojtajt u l-logħba spiċċat. Issa kulħadd kien qiegħed fil-kamra l-oħra fuq it-tapit b’rigal f’idu; par flipflopp ikkulurit!

Kulħadd tbissem b’dan ir-rigal stramb f’dan iż-żmien tax-Xitwa. X’fettillu Jeff jagħtina flipflopp bħala rigal?

“Issa  kif qegħdin kollha bilqiegħda fuq it-tapit, nixtieqkom tneħħu ż-żraben minn saqajkom,” qalilna Jeff, “u ġġibu quddiem għajnejkom kemm-il vjaġġ  għamiltu b’dak iż-żarbun. Tiftakru fejn mortu matul is-sena li għaddiet? Stajtu mortu postijiet sbieħ  fejn tgħallimtu u kbirtu minn dik l-esperjenza, u stajtu  ukoll mortu xi mkien fejn dħaltu f’xi inkwiet.”

Wara dan kompla: “Issa, ejjew inġibu quddiem għajnejna l-ħajja tagħna. Araw! Il-ħajja tagħna lkoll qisha bħal vjaġġ twil fejn ngħaddu minn ħafna esperjenzi differenti. Jistgħu jkunu esperjenzi koroh li xi drabi jqanqlu emozzjonijiet negattivi u neħlu fihom għax naħsbu li mhux se ninqalgħu minnhom, jew esperjenzi sbieħ li kull darba li niftakru fihom inisslu fina ferħ u memorji sbieħ. Nistedinkom biex fis-skiet ta’ qalbkom, iġġibu quddiem għajnejkom is-sena l-oħra. X’tiftakar li ġralek?  Kienu  affarijiet sbieħ u ta’ ferħ, jew koroh u ta’ dwejjaq?”

Imbagħad Jeff tana marker u qalilna biex fuq il-flipflopp, niktbu jew inpinġu  dik il-ġrajja importanti għalina u li setgħet kienet kemm ġrajja sabiħa kif ukoll ġrajja ta’ niket.   Kif lestejna, kellna nerħu l-flipflopp fuq it-tapit  bħala sinjal li se nħallu warajna dak li ġralna s-sena l-oħra  u nħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu għas-sena ġdida li bdejna. 

U int, kieku kelli nagħtik flipflopp x’kont tniżżel fuqu?

Jannar 2018



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources