Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

Ġie li rajtu xi xehda tan-naħal? Kif ikunu n-naħal? Hekk hu, in-naħal fix-xehda jkunu l-ħin kollu ħdejn xulxin, u jgħinu lil xulxin biex jagħmlu l-għasel u mbagħad aħna nixtruh mill-ħanut u nixorbuh jew niekluh. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Kinder

Snin Bikrin tal-Primarja

Ħsieb Riflessiv

Aħna għandna nkunu dejjem bħan-naħal fil-klassi. Kulħadd jagħmel l-attività tiegħu sewwa u flimkien inkunu qed noħloqu xi ħaġa sabiħa li jgawdi minnha kulħadd. In-naħal jgħallmuna li kulħadd għandu rwol importanti.

Talba

Mulej, għinna biex nifhmu li kulħadd huwa importanti u li aħna aħwa ta’ xulxin. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

X’jagħmlu n-naħal fix-xehda tagħhom? Jaħdmu flimkien, imma kulħadd fuq xogħlu. Ikunu qed jaħdmu fuq il-proċess biex jagħmlu l-għasel, li mbagħad igawdu minnu huma u aħna. Ejjew naraw dan il-video flimkien:

Ħsieb Riflessiv

In-naħal jgħallmuna kemm hu sabiħ li nkunu flimkien, li naħdmu flimkien. Meta jkun hemm grupp kbir jaħdem flimkien, dejjem ikun hemm persuna li tmexxi. In-naħal għandhom ir-reġina naħla, li hija l-ikbar waħda. Il-forma tagħha hija ftit differenti mill-oħrajn, u tmexxi lil kulħadd; kulħadd jisma’ minnha, u għalhekk fix-xehda dejjem hemm l-ordni. Aħna għandna dejjem nimitaw in-naħal fil-klassi, nisimgħu minn dak li tgħidilna l-għalliema u nagħmlu xogħolna sew. B’hekk inkunu bħan-naħal fix-xehda, nagħmlu kollox ħaġa waħda flimkien.

Talba

Mulej Alla, kompli ħu ħsiebna biex nagħrfu ningħaqdu iżjed flimkien, nisimgħu lil xulxin iktar u bħan-naħal nifhmu l-importanza ta’ xulxin u nsiru iktar aħwa bejnietna. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SLT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom “Bonġu”/”L-għodwa t-tajba”.  Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju. 

Introduzzjoni

In-naħal fix-xehda jagħtuna stampa ta’ kif tkun komunità. Xi tfisser komunità? Nies li jkunu kontinwamment flimkien u jaħdmu flimkien. Komunità hija l-klassi tagħna, kif ukoll l-iskola kollha. Ejjew naraw x’se jagħmlu dawn in-naħal:

Ara

Ħsieb Riflessiv

In-naħal idakkru l-fjuri u jagħtuhom is-sustanzi. Dan il-ġest tan-naħal jgħallimna kif aħna bħalhom fil-klassi nkunu flimkien u nagħtu s-sustanzi lil xulxin, jiġifieri ngħinu lil xulxin b’kull mod possibbli. Ngħixu bħala komunità jfisser li naraw il-bżonnijiet ta’ xulxin, nifhmu lil xulxin u dejjem inpoġġu lill-ieħor/l-oħra qabilna. In-naħal jagħmlu l-għasel kemm għalihom u anke għalina biex aħna wkoll ingawdu minnu. In-naħal jgħallmuna li dak li nagħmlu qatt ma nagħmluh għalina biss, imma dejjem se jiggwadanja minnu ħaddieħor. Dan jimliena bl-enerġija biex dak li nistgħu nagħmlu ma noqogħdux lura milli nagħmluh.

Talba

Għallimna Mulej nixbhu lin-naħal billi nagħmlu dmirna sew f’dak kollu li jitolbuna biex nagħmlu għal ġid tagħna u ta’ ħutna. Ammen.

Merħba

Il-kap tal-iskola, l-SMT jew l-edukatur li jkun qed jmexxi l-assembly jagħti merħba lill-istudenti billi jgħidilhom bonġu. Wieħed jista’ jibda bir-radd tas-salib jew ftit minuti ta’ silenzju.

Introduzzjoni

Ix-xehda tan-naħal għandna l-forma ta’ eżagonu (hexagon). Tafu għaliex? Ejjew naraw:

Ħsieb Riflessiv

Kif rajna, ix-xehda tan-naħal għandha forma ta’ eżaġonu għaliex hija l-iktar forma li ma taħlix spazju u l-eżagoni jinsabu kollha magħqudin flimkien kif ikunu n-naħal fiha stess. Din hija stampa ta’ kif għandna nkunu aħna fil-klassi u fl-iskola. Dejjem flimkien. Kulħadd jagħmel il-parti tiegħu sewwa u bil-galbu biex jiggwadanja kulħadd u naraw iktar it-tajjeb ta’ kulħadd minkejja li ħadd m’hu perfett. B’hekk nikbru flimkien u bħan-naħal naqsmu mal-oħrajn dak li nitgħallmu u nagħmlu biex insiru aktar ilkoll aħwa ta’ xulxin.

Talba

Mulej Alla għinna nagħrfu s-sabiħ f’xulxin u nifirħu bit-tajjeb ta’ xulxin. Hekk inkomplu nikbru flimkien u nkunu ta’ sostenn għal xulxin bħal aħwa. Ammen.

Ipprintja l-paġna