Equipment: handout tal-qafas tal-pożati jew platt tal-kartun, kuluri jew materjal ieħor tat-tpinġija, stampi ta’ ikel favorit tiegħek, imqass , kolla stick, biro jew lapes

Ages
  • Kinder
  • Early Years
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years

 

Ħin:

40 minuta

Sekwenza tal-Lezzjoni

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-vidjo qasir bl-isem ta’: Food For The Poor

2. Ħu ftit ħin biex tqabbel u tikkuntrastja l-ġurnata tiegħek u l-ikel li tiekol ma’ dawn it-tfal.

3. Hija ħasra li xi drabi ma napprezzawx dak li għandna u ninsew dawn il-barkiet. Biex jgħinek tikber fil-gratitudni lejn dawn il-barkiet li tirċievi ta’ kuljum, tista’ tipprintja qafas ta’ pożati (platt, furketta, sikkina, mgħarfa) mir-riżosi provduti b’forma ta’ pdf jew fuq platt tal-kartun u fuqu pinġi jew waħħal stampi tal-ikel favorit tiegħek.

4. Issa, ipprova ftakar f’meta kilt l-ikel favorit tiegħek. Fuq il-qafas tal-pożati madwar il-platt wieġeb dawn il-mistoqsijiet:

           X’togħma kellu l-ikel favorit tiegħek?

           Kif ħassejtek meta fil-platt rajt l-ikel favorit tiegħek u kiltu?

5. Sfortunatament, bħalma rajna fil-vidjo qasir fin-numru 1, ħafna tfal u anke kbar madwar id-dinja, ta’ kuljum ikollhom platti vojta tal-ikel. Ħafna nsew meta kienet l-aħħar darba jew jekk qattx kellhom dik id-darba li daqu l-ikel favorit tagħhom.

Tista’ taħseb għala n-nies ibatu l-ġuħ u xi drabi jmutu bil-ġuħ ukoll?

6. In-nies qegħdin ibatu l-ġuħ mhux għax m’hawnx biżżejjed ikel fid-dinja għal kulħadd, imma għax uħud mill-politiċi u mexxejja ta’ kumpaniji mhumiex lesti li jaqsmu dak li għandhom ma’ dawk li m’għandhomx.  Din tissejjaħ kilba ekonomika. Din il-kilba ekonomika twassal għall-inġustizzji. Probabbli, waqt li kont qed tara l-vidjo qasir fin-numru 1, ħassejt dieqa fik.

7. Li tħossok iddispjaċut u li waħdek biss toqgħod tgħid li mhux ġust, mhux ser iwaqqaf lil dawn it-tfal u lill-familji tagħhom milli jbatu l-ġuħ u jmutu wkoll.  Tista’ taħseb f’modi  kif inti tista’ tgħin? Hawn għandek issib ftit ideat biex jgħinuk:-

a) Kun grat għal dak li għandek.

b) Aqsam dak li għandek fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum mingħajr ma tistenna xejn lura.

c) Evità l-ħela u kul bil-qjies u bnin.

d) Agħti sapport lill-inizzjattivi missjunarji u programmi oħra. Il-vidjo bl-isem ‘Feeding America Food Rescue’ jista’ jurik li hemm possibilitajiet oħra kif nitgħallmu nużaw l-ikel tagħna b’mod għaqli.

8. Dan kollu ma jkunx biżżejjed biex jeqred in-nuqqas ta’ ikel u l-ġuħ li hawn  fid-dinja. Biex din il-ħolma ssir realtà, uħud mill-politiċi u l-mexxejja tal-kumpaniji jieħtieġilhom li jbiddlu l-valuri, l-ideat u l-prioritajiet tagħhom. Biex dan iseħħ aħna nistgħu ningħaqdu flimkien permezz tat-talb.

9. Sib post komdu, agħlaq għajnejk u itlob l’Alla jiftaħ il-moħħ u jmiss il-qalb tal-mexxejja tad-dinja u tal-kumpaniji biex ikunu lesti li jaqsmu r-riżorsi tagħhom mingħajr ma jistennew xejn lura. B’dan il-mod ma jkunx hemm aktar platti vojta.

Eżempju:-  Għażiż Alla, filwaqt li ngħidlek grazzi għall-ikel li għandi, nitolbok maħfra ta’ kemm-il darba ħlejt l-ikel tiegħi. Nitolbok tiggwida lill-mexxejja tad-dinja biex jieħdu deċiżjonijiet tajba u  ikollhom f’qalbhom il-ħarsien tad-dinjità umana. B’hekk kull persuna jkollha x’tiekol kuljum.

10. Issa, tista’ tpoġġi l-platt bit-tpinġija tal-ikel favorit tiegħek x’imkien fejn tiekol inti biex tiftakar tgħid grazzi lil Alla tal-ikel tiegħek u biex titlob għall-mexxejja tad-dinja biex ikunu lesti jaqsmu s-sehem tagħhom.

11. Il-vidjo bl-isem ‘Ending Poverty and Hunger’jista’ jqajjem kuxjenza dwar il-fatt li meta nitkellmu dwar id-dinjità, aħna qegħdin nitkellmu dwar id-dinjità umana. Għalhekk, jekk persuna oħra madwar id-dinja qed issofri l-ġuħ, aħna lkoll inbatu u kollha rridu nagħmlu xi ħaġa biex inħarsu d-dinjità tagħna bħala umani. Aħna lkoll razza umana waħda u flimkien naslu.

Apparti dawn il-vidjo links provduti f’din il-lezzjoni, dan il-vidjo bl-isem: Empty https://skitguys.com/videos/empty jista’ wkoll ikun ta’ għajnuna għall-persuni ta’ twemmin Kattoliku biex jaħsbu aktar fl-għeruq tal-problema tal-egoiżmu u l-kilba.

 

Material



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources