Wednesday, 4th June 2025

Registration: 2.45 pm; Activity: 3.00 pm – 4.30 pm

Archbishop’s Curia, Floriana (Meeting point: At the entrance of the Curia.)

For children aged 8 to 10 years and their families

Animated reading, Creative writing, Reflective hands-on activity

Maltese and English

Uri u Għid-Tradizzjoni Maltija

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Spiritual Development in Schools, se torganizza l-għaxar sessjoni tal-programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 u 10 snin u l-familja/kustodji tagħhom.

Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, qed isiru f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex. Is-sessjonijiet iservu ta’ opportunità biex it-tfal jitħarrġu fil-qari, il-kitba kreattiva u attivitajiet immaġinattivi u riflessivi ta’ talb. Waqt kull sessjoni, it-tfal ser jingħataw riżorsi bil-Malti u l-Ingliż biex jesprimu ruħhom.

Il-Ħdax l-istorja bl-isem ‘Uri U Għid-Tradizzjoni Maltija’ ser tiġi organizzata nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju 2025 ġewwa il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana.

Kull min hu interessat jista’ jirriserva post billi japplika sal-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju 2025 f’nofsinhar billi jimla I-applikazzjoni online: https://forms.office.com/e/0YkAUuPkC8
jew jibghat ittra elettronika lil mwp.nla@ilearn.edu.mt;
jew iċċempel 2598 3326.

Il-ġenituri/kustodji li japplikaw iridu wkoll ihallsu depoiitu td €10 ghal kull tifel jew tifla sat-30 ta’ Mejju 2025 lill-Agenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’wieħed minn dawn il-modi:

  • billi jiġu jħallsu fl-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Litteriżmu, Triq Ġużè Abela Scolaro, il-Ħamrun. Il-ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:30 am sal-4:30 pm; jew
  • bi trasferiment bankarju indirizzat lil ‘National Literacy Agency’ fil-kont tal-bank bl-IBAN: MT54VALL22013000000040023748325.

Id-depożitu jingħata lura jekk il-familja tattendi l-attività. Jekk ikun hemm wisq applikanti, jintgħażlu dawk li jkunu applikaw l-ewwel. Min ikun jixtieq aktar tagħrif jista’ jċempel 2598 3326 jew jibgħat ittra elettronika lil mwp.nla@ilearn.edu.mt.

Grazzi tal-attenzjoni.

This event is part of the With Reading and Writing, I find a Beloved Space programme.