Tuesday, 17th November 2026

Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Tfal minn Year 3 sa Year 6

Assemblea tat-tfal fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Kull parroċċa u żona mistiedna tagħżel żewġt itfal minn Year 3 sa Year 6. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq il-Ħamis 12 ta’ Novembru 2026.

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru ser issir l-Assemblea tfal fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

Kull parroċċa u żona mistiedna tagħżel żewġt itfal (minn Year 3 sa Year 6 skola) biex jattendu għal din l-Assemblea.

Jekk jogħġobkom għaddu din il-link: https://pastorali.knisja.mt/assemblea-djocesana-tat-tfal-2026/ lill-ġenituri ta’ dawn it-tfal sabiex jirreġistraw lit-tfal tagħhom.

F’każ li se jkun hemm xi Operatur Pastorali li jaħdem mat-tfal u se jattendi magħhom għal din l-assemblea, jekk jogħġobkom jimla din il-formola https://pastorali.knisja.mt/assemblea-djocesana-tat-tfal-2026-leaders/

Infakkrukom ukoll li l-ġenituri jew il-kustodji li jakkumpanjaw lit-tfal dak inhar ser ikollhom laqgħa apposta għalihom fil-Kurja tal-Arċisqof.

Ir-reġistrazzjoni ser tibqa’ miftuħa sal-Ħamis 12 ta’ Novembru 2026.

Sabiex it-tfal kollha, minn Year 3 sa Year 6, jkollhom ċans jagħtu l-opinjoni tagħhom u jkunu wkoll parti minn din id-diskussjoni ‘FLIMKIEN aħna l-Knisja’ napprezzaw jekk dan il-kwestjonarju tgħaddih lill-katekisti u lill-persuni kollha involuti fil-ħidma mat-tfal, sabiex ikun jista’ jimtela waqt il-laqgħat tagħhom bl-għajnuna tal-Katekisti u leaders.

Kwestjonarju online:
bil-Malti: https://pastorali.knisja.mt/flimkien-kwestjonarju/
bl-Ingliż: https://pastoral.church.mt/flimkien-questionnaire/

Jew pdf:
bil-Malti: https://pastorali.knisja.mt/tfal/
bl-Ingliż: https://pastoral.church.mt/children/

Jekk il-kwestjonarju mhux se jimtela online, napprezzaw li t-tweġibiet tat-tfal jaslu għandna sal-Ġimgħa 13 ta’ Novembru.

Nirringrazzjawkom tal-kollaborazzjoni tagħkom u tal-impenn kontinwu tagħkom fil-formazzjoni u l-kura pastorali tat-tfal fil-komunitajiet tagħna.