Saturday, 18th January 2025
Registration: 2.45 pm; Activity: 3.00 pm – 4.30 pm
Mdina Cathedral Museum, Mdina
For children aged 8 to 10 years and their families
Animated reading, Creative writing, Reflective hands-on activity
Maltese and English
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Spiritual Development in Schools, organizzat l-għaxar sessjoni tal-programm ġdid ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 u 10 snin u l-familja/kustodji tagħhom.
Dawn is-sessjonijiet ta’ qari animat bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona, qed isiru f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex. Is-sessjonijiet iservu ta’ opportunità biex it-tfal jitħarrġu fil-qari, il-kitba kreattiva u attivitajiet immaġinattivi u riflessivi ta’ talb. Waqt kull sessjoni, it-tfal ingħataw riżorsi bil-Malti u l-Ingliż biex jesprimu ruħhom.
L-għaxar storja bl-isem ‘Il-Mistoqsija oħt il-Għerf’ saret nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar 2025 ġewwa l-Mużew tal-Katidral, l-Imdina.
This event is part of the With Reading and Writing, I find a Beloved Space programme.