Monday, 13th April 2026
 to Wednesday, 29th April 2026

School hours

Tarxien Primary School

Year 4 students

During sessions of Soul Speak, the children are given the opportunity to train in the Writing Process, through imaginative and reflective activities that encourage them to pray creatively.

Spiritual Development in Schools, in collaboration with The National Literacy Agency, successfully organised four ‘Soul Speak (Titkellem Ruħna)’ sessions of writing, reading, and reflection for Year 4 students at St Thomas More College, Dun Karm Sant Primary School, Tarxien. These engaging sessions allowed children to explore the Writing Process through imaginative and reflective activities while deepening their understanding of spirituality.

Highlights from Session 1 to Session 4

The first session focused on self-identity, where students explored what makes them unique and special through activities like fingerprint art, journaling, and an animated story titled ‘Unique Finger’. After the break, students were led into a quiet moment of meditation, allowing them to step away from the busyness of daily life and discover a sense of inner peace before transitioning into prayer spaces, which were set up with activities related to the five senses, accompanied by soft background music. The session continued with pre-writing activities by using the senses and writing about the self. It concluded with an exit note.

Sessjonijiet ta’ ‘Soul Speak -Titkellem Ruħna’ Jispiraw Kittieba Żgħar u Ħassieba Riflessivi

L-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel, f’kollaborazzjoni ma’ L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, organizzaw b’suċċess erba’ sessjonijiet ta’ kitba, qari u riflessjoni bl-isem ta’ ‘Soul Speak -Titkellem Ruħna’ għal studenti tas-Sena 4 fil-Kulleġġ San Tumas More, Skola Primarja Dun Karm Sant, Tarxien. Dawn is-sessjonijiet interattivi taw opportunità unika lit-tfal biex jesploraw il-Proċess tal-Kitba u l-spiritwalment permezz ta’ attivitajiet kreattivi u riflessivi.

Ħarsa Ġenerali – Sessjoni 1-4

L-ewwel sessjoni ffokat fuq l-identità personali, fejn l-istudenti skoprew x’jagħmilhom uniċi u speċjali permezz ta’ attivita tal-marki tas-swaba’, kitba ħielsa, u storja animata bl-isem ‘Saba’ Uniku’. Wara l-brejk, l-istudenti kellhom mument ta’ meditazzjoni biex isibu sens ta’ paċi nterjuri. Wara esperjenzaw spazji ta’ talb marbutin mal-ħames sensi, akkumpanjati minn mużika fl-isfond. Is-sessjoni kompliet b’attivitajiet ta’ strateġija ta’ qabel il-kitba, fejn l-istudenti użaw is-sensi biex jiktbu dwarhom infushom, u ntemmet b’nota ta’ rispons.

In the second session, themed around love and the joy of sharing, students watched a video clip on acts of kindness, participated in journaling, created kindness bags using a word bank and used another pre-writing strategy, ‘Wh’ questions, to write a kind message to a dear person. Then they engaged in prayer activities ‘Pipe Cleaner People’, ‘Fishing for Kindness’, and ‘Jumping for Joy’. Students shared their favourite prayer moments in their journals.

It-tieni sessjoni, bit-tema tal-imħabba u l-ferħ li naqsmu flimkien, bdiet b’filmat qasir dwar l-attijiet ta’ tjubija. L-istudenti kellhom ħin għal kitba ħielsa, ħolqu basket tat-tjubija bl-użu tal-bank tal-kliem, u użaw strateġija oħra ta’ qabel il-kitba—mistoqsijiet ‘Wh’—biex jiktbu messaġġ ta’ tjubija lil xi ħadd għażiż għalihom. Wara esperjenzaw spazji ta’ talb fosthom ‘Pipe Cleaner People’, ‘Nistadu għat-Tjubija u ‘Naqbżu bil-Ferħ’. L-istudenti esprimew il-mumenti favoriti tagħhom fuq il-Journal tagħhom u kitbu dwaru.

The third session focused on worries and letting go, beginning with the animated story ‘My Grandfather’s Fishing Boat’. Students meditated before participating in prayer activities to help them release fears, such as ‘Worry Boats’, ‘Relaxing Water’, and ‘Weightlifting Worries’. After the break, they played instruments and an action song and wrote their first draft about bringing joy to others. They engaged in peer response and editing exercises.

It-tielet sessjoni ffukat fuq L-inkwiet u kif nitilqu. Din is-sessjoni fetħet bl-istorja animata ‘Il-Luzzu tan-Nannu’, segwita minn meditazzjoni. Wara esperjenzaw spazji ta’ talb li għinuhom jiktbu l-biżgħat tagħhom permezz ta’ ‘Dgħajjes ta’ Nkwiet’, ‘Ilma li Jirilassa’, u ‘Erfa’ l-Piż’. Wara l-brejk, it-tfal ingħataw strumenti biex idoqqu u jkantaw permezz ta’ filmat qasir bl-azzjonijiet. Dan serva ta’ spunt biex kitbu l-ewwel abbozz dwar kif jistgħu jkunu strument ta’ ferħ għall-oħrajn. Ħadmu f’pari biex jagħtu rispons lil xulxin dwar l-abozzi li kitbu u kellhom iċ-ċans li jirrevedu u jeditjaw il-kitba tagħhom.

The final session explored themes of friendship and conflict. While engaging with the animated story Sandcastle, students participated in a mime, embodying asking for forgiveness and rekindling friendships. They also brought the story to life by constructing sandcastles using kinetic sand and a tuff tray.

After the break, students entered a time of meditation, deepening their reflection and prayer through activities like Friendship Chain, Sorry Sand, and Jigsaw Prayers. They wrote their thoughts in journals and shared their insights with peers.

L-aħħar sessjoni tkellimna dwar it-temi tal-ħbiberija u l-kunflitti. L-istudenti għamlu mima tal- istorja animata bl-isem ta’ Kastell fir-Ramel, fejn raw li meta wieħed jaħfer, terġa tinbet il-ħbiberija. L-istudenti bnew kastelli tar-ramel ukoll.

Wara l-brejk, l-istudenti għamlu mument ta’ meditazzjoni. Komplew jirriflettu fuq l-ispazji ta’ talb ‘Katina ta’ Ħbiberija, ‘Ramel ta’ Maħfra’, u ‘Talb Jigsaw’. Kitbu l-ħsibijiet tagħhom fuq il-Journal u min xtaq, qasam il-kitba tiegħu mal-oħrajn.

Following this, students completed the Writing Process Wheel, reinforcing the five stages of the writing process. The Author’s Chair strategy provided a platform for them to present their writings and reflections. The sessions concluded with a special celebration, where students were awarded certificates for their participation.

Fl-aħħar ta’ din is-sessjoni, l-istudenti mlew ir-rota tal-Proċess tal-Kitba, bil-ħames stadji tal-kitba. L-istrateġija tas-‘Siġġu tal-Awtur’ tat spazju lill-istudenti biex jippreżentaw il-kitbiet u r-riflessjonijiet tagħhom quddiem il-klassi kollha. Is-sessjonijiet ingħalqu b’ċelebrazzjoni fejn l-istudenti ngħataw ċertifikat bħala rikonoxximent tal-parteċipazzjoni tagħhom.

The sessions proved to be a powerful experience, combining literacy development with personal and spiritual growth.

What teachers shared:

  • “I like the way you taught the writing process in a creative way.”
  • “I found it very interesting. They have certainly appreciated the reflective-prayer activities where they could grow in gratitude for what they have.
  • “I liked best the peer-response. It’s a good exercise for editing. I will use it more in class.”

What children shared:

  • “Thank you for teaching us many things, even new things that I found to be lovely.”
  • “I liked the author’s chair because we could tell our stories.”
  • “I liked the fact that we could speak to God. Thank you for leading these sessions for us.”

The SDS team sincerely thanks the Head of School, Senior Leadership Team, teachers, and educators for their invaluable support and dedication in making these sessions successful.

Esperjenza li Tħalli Effett

Is-sessjonijiet ‘Soul Speak-Titkellem Ruħna’ kienet esperjenza b’saħħitha li għaqqdet l-iżvilupp tal-litteriżmu mat-tkabbir personali u spiritwali.

X’qalu l-għalliema:

  • “Għoġobni l-mod ta’ kif għallimtu l-proċess tal-kitba b’mod kreattiv.”
  • “Sibtu interessanti ħafna. Ċertament li apprezzaw l-attivitajiet riflessivi/ta’ talb li għenuhom jikbru fil-gratitudni għal dak li għandhom.”
  • “Għoġbitni l-aktar il-‘peer response’. Sibtu eżerċizzju interessanti għall-editjar. Nibda’ nużah aktar fil-klassi.”

X’qalu t-tfal:

  • “Grazzi talli għallimtna tant affarijiet, anke affarijiet ġodda li sibt tassew sbieħ.”
  • “Għoġobni s-siġġu tal-awtur għax stajna ngħidu l-istejjer tagħna.”
  • “Għoġbitni l-fatt li stajna nitkellmu ma’ Alla. Grazzi talli mexxejtna f’dawn is-sessjonijiet.”

It-tim tal-SDS jirringrazzja mill-qalb lill-Kap tal-iskola , l-SLT, l-għalliema u l-edukaturi għall-appoġġ u d-dedikazzjoni tagħhom biex dawn is-sessjonijiet ikun