Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti  huma mistiedna jaħsbu u  jsemmu lil xi ħadd li jafu u li jinsab ma jiflaħx. Hekk kif jiżviluppaw is-sens ta’ empatija, il-parteċipanti ser ikunu mitluba jiddeskrivu kif huma stess jistgħu jħossuhom kieku kellhom ikunu minflok dik il-persuna marida. Dan imbagħad iwassalhom biex jaħsbu dwar modi ta’ kif jistgħu jkunu ta’ sapport għal din il-persuna, u li mod minnhom ikun billi jitolbu għaliha u għall-bżonnijiet tagħha f’dan il-mument li tinsab fih.

Equipment: band-aid jew plasters, ġugarelli, biro jew kuluri

Ages
  • Early Years
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years
  • Post-Secondary Years

Ħin:

40 minuta

Is-Sekwenza tal-Lezzjoni

iro jew kuluri

  1. Ibda billi tieħu l-ħin biex tara dan il-filmat qasir  li jismu 11:11 | Jubilee Project short film
  1. Tista’ taħseb f’meta inti  kellek tmur għand it-tabib?  Kif ħassejtek? Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna ma nifilħux.
  2. Xi kultant il-mard li jaqbadna jgħaddi malajr imma hemm drabi oħra fejn jista’ jieħu aktar żmien biex jgħaddilna u t-tobba jkunu għadhom iridu  isibu kura għall-mard.
  3. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd lli joqgħod ħdejk.
  4. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u ipprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna. Kif taħseb li jħossok? Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi wħud ikunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ li dawk in-nies li jkunu mdawra bihom, ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ, li jimtlew bit-tama, u oħrajn li l-ħbieb jew xi membri tal-familja tagħhom iċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru iżurhom aktar spiss.
  5. Uża fabric plaster (ħu l-permess ta’ adult jekk ser tiftaħ xi il-kaxxa tal-ewwel għajnuna-first aid box). u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  6. Issa żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  7. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.

Eżempju:-  Għażiż Alla,nixtieq nitlob għal  __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma nitolbok tgħinni nifhem lil din il-persuna aktar u naħseb f’modi differenti ta’ kif nista’ nurih/a li jien jinteressani minnu/a biex b’hekk tiftakar fl-imħabba dejjiema tiegħek.

  1. Issa waħħal il-fabric plaster ma’ waħda mill-logħob favoriti tiegħek jew mal-laptop tiegħek biex tfakkrek:
  2. Fil-persuna marida.
  3. Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu.
  4. Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Get Well Soon  jista’ jgħinek tiproċessa l-ħsibijiet tiegħek imsemmija fin-numru 4.

Fi żminijiet meta jkollna bżonn ta’ aktar kuraġġ għax forsi nkunu għaddejin minn żmien diffiċli, il-kelma t’Alla tista’ terġa’ tagħtina t-tama u nżommu l-attenzjoni tagħna fuq il-fejqan spiritwali mwiegħed lilna lkoll. Hawn tista’ ssib il-link għall-kliem ta’ tama bl-isem:  Words of Hope ŻAK site.



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more resources