Din hija gwida għall kull min jixtieq jorganizza adorazzjoni lil  Ġesù fl-Ewkaristija biex ngħinu lill-komunità titlob u tidjaloga ma’ Ġesù.

Ages
  • Early Years
  • Primary Years
  • Middle Years
  • Secondary Years
  • Post-Secondary Years
Bookmark

L-adorazzjoni hija talba-djalogu ma’ Ġesù fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija għalhekk kull ma jingħad irid ikun talba. Irid ikun djalogu bejn iż-żewġt’iqlub fl-Ispirtu u l-Verità, fejn l-iktar importanti mhux x’se ngħidu imma li nisimgħu lill-Mulej biex nagħrfu l-preżenza tiegħu u nwettquha.

Waqt dan il-mument ta’ talb irid ikun hemm dawn l-elementi:

Is-Silenzju

Is-Silenzju huwa l-ispazju li aħna nagħtu lill-Alla biex niggustaw il-preżenza tiegħu u nisimgħu dak li għandu jgħidilna. Huwa dan il-mument fejn dak li nkunu smajna jinbidel f’talba personali. Jekk ma nħallux silenzju, qisna qegħdin ngħidu lil Alla bħallikieku li l-aktar importanti huwa dak li qed ngħidu aħna u mhux dak li għandu jgħidilna hu.

Dan is-silenzju irid ikun mqassam f’diversi mumenti ta’ l-adorazzjoni: fil-bidu u fl-att tal-preżenza, wara xi qari tal-Kelma t’Alla, mumenti ta’ riflessjoni. Is-silenzju irid jieħu ċertu ammont ta’ ħin, per eżempju, madwar 5 minuti u anke aktar jekk ikun ippjanat.

Il-Kant

Il-kant huwa talba għall-darbtejn. Għalhekk dan għandu jkollu x’jaqsam ma’ l-Ewkaristija, kant ta’ tifħir u qima jew relatat mat-tema tal-adorazzjoni. Min ikun qed imexxi irid jgħin lill-persuni biex jitolbu aktar u jagħrfu li Alla hu tant qrib tagħhom.

L-Att ta’ preżenza

Meta qegħdin naduraw lill-Mulej, qegħdin fi preżenza tant qaddisa li rridu nagħmlu impenn fina nfusna biex niġu konxji tagħha. Ma nistgħux inkunu għaddejjin bil-ħafna ħsibijiet li jkollna għaddejjin f’moħħna, nieqfu u nippretendu li qegħdin naduraw lill-Mulej bla ma nieqfu ftit qabel.

Għalhekk irridu ħin biex niġu konxji li qiegħdin fil-preżenza ta’ Alla , (bħal ma’ ħuta tinsab fl-ilma). Imma qabel kollox, irridu ninġabru fina nfusna ħalli nikkonċentraw f’dak li se nagħmlu permezz tas-silenzju. Wara li nkunu kkonċentrati bil-moħħ tagħna, nkunu nistgħu nagħrfu bil-moħħ u l-ispirtu tagħna li ninsabu fil-preżenza t’Alla. Qegħdin fil-preżenza ta’ Alla li hu Qaddis, Alla Iben li sar bniedem, l-Imħabba perfetta fi ħdan it-Trinita.

Jekk nitolbu il-viżta lil Gesu Sagramentat, trid tgħinna biex nikkonċentraw fina nfusna u nagħmlu lilna nfusna aktar disponbli għall-preżenza tal-Mulej.

Is-silta mill-Iskrittura (eżempju Salm jew silta mill-iskrittura) Il-Kelma ta’ Alla trid tkun ċ-ċentru ta’ l-adorazzjoni biex il-Mulej idawwalna u jurina x’inhi r-rieda tiegħu għalina.

Ir-riflessjoni talba

Dan il-mument mhuwiex mument fejn nispjegaw l-evanġelju jew xi tfisser din is-silta. Ir-riflessjoni trid tkun talba fiha nfisha u bħallikieku qed tkellem lill-Mulej. Din ir-riflessjoni–talba trid tgħin lin-nies miġbura biex huma jħallu l-Kelma t’Alla tigwidhom fil-ħajja personali tagħhom.Il-parteċipazzjoni tan-nies: L-adorazzjoni hija talba liturġika, jiġifieri, il-qima tal-Poplu t’Alla miġbur. għalhekk fil-waqt li hemm l-Ispirtu t’Alla li qed jgħaqqadna li u jitlob permezz tagħna, irridu nagħmlu opportunita lin-nies biex jipparteċipaw fit-talb, billi jagħmlu t-talb huma stess u/jew iwieġbu għal xi litanija, talb ta’ interċessjoni u talb ta’ maħfra.



We want to get to know you. To be able to bookmark your favourite content, please log in or sign up below.

User Sign Up

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.


Discover more activities