{"id":228624,"date":"2025-02-04T21:40:30","date_gmt":"2025-02-04T20:40:30","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=resource&#038;p=228624"},"modified":"2025-02-04T21:40:34","modified_gmt":"2025-02-04T20:40:34","slug":"kaxxa-tal-kartun","status":"publish","type":"resource","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/kaxxa-tal-kartun\/","title":{"rendered":"Kaxxa tal-Kartun"},"content":{"rendered":"\n<figure class=\"wp-block-audio\"><audio controls src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/Kaxxa-tal-Kartun-Dicembru-2016.mp3\"><\/audio><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"has-text-align-center\"><strong><strong>Marianne marret Londra g\u0127as-\u2018Sales\u2019&#8230; imma sabet \u2018xi \u0127a\u0121a\u2019 o\u0127ra<\/strong><\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>Mimdud fuq bi\u010b\u010ba kartuna fuq bankina fil-qalba ta\u2019 Londra kien hemm \u0121uvni b\u2019bott \u017cg\u0127ir f\u2019idu.<\/p>\n\n\n\n<p>Min jaf, forsi xi \u0127add minn dawk il-\u0127afna nies g\u0127addejjin mg\u0127a\u0121\u0121lin jixtru r-rigali mill-\u0127wienet enormi li hemm f\u2019dawn it-toroq jieqaf jitfag\u0127lu xi \u0127a\u0121a tal-flus! Imma le, \u0127afna lanqas biss taw kasu u baqg\u0127u g\u0127addejjin. Mid-dehra kienu drawh mitluq hemm fuq il-kartun, lejl u nhar, sajf u xitwa. Forsi qatg\u0127uha li messu mar ja\u0127dem. Inkella be\u017cg\u0127u li jekk jag\u0127tuh xi flus jispi\u010b\u010ba jberbaqhom fid-drogi. \u0126dejh kien hemm l-uniku \u0127abib li kellu: il-kelb. Trid tarahom i\u017cieg\u0127lu b\u2019xulxin u jitgeddsu flimkien fil-kes\u0127a qalila ta\u2019 Di\u010bembru!<\/p>\n\n\n\n<p>Marianne \u0127arset lejh u g\u0127all-ewwel baqg\u0127et miexja mal-kumplament ta\u2019 \u0127biebha li flimkien kienu siefru biex jaraw wie\u0127ed mill-<em>musicals <\/em>favoriti tag\u0127hom. Kienu mg\u0127a\u0121\u0121lin wisq, de\u0127lin u \u0127er\u0121in minn \u0127anut g\u0127al ie\u0127or, jixtru \u0127wejje\u0121 u rigali g\u0127al xulxin. I\u017cda f\u2019qalbha \u0127asset lil min jg\u0127idilha: \u201cIeqaf ftit u mur ag\u0127tih xi \u0127a\u0121a. Se tonfoq tant flus f\u2019rigali u \u0127wejje\u0121! Dan b\u0127alissa g\u0127andu b\u017conn min jg\u0127inu u int <em>jekk trid <\/em>tista\u2019 tg\u0127inu.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127al dawn il-kelmiet daret lura u resqet lejn il-\u0121uvnott li jg\u0127ix fuq bankina. Tag\u0127tu xi \u0127a\u0121a tal-flus flimkien ma\u2019 pakkett ikel u xarba li kienet g\u0127adha kemm xtrat g\u0127aliha. Hekk kif tathomlu, g\u0127ajnejn il-\u0121uvnott xeg\u0127lu bil-fer\u0127. Fera\u0127 li minn fost dawk in-nies kollha mexjin madwaru kien hemm xi \u0127add li waqaf u \u0127aseb fih. Mal-\u0127oss tal-flus ne\u017clin fil-bott irringrazzjaha, imma mhux biss; berikha wkoll u bil-fer\u0127 qalilha, \u201c<em>God bless you, God bless you!<\/em>\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Ma\u2019 dal-kliem Marianne \u0127assitha emozzjonata \u0127afna u g\u0127ajnejha mtlew bid-dmug\u0127. Xtaqet kieku tkellmu ftit imma bejn li ma kenitx taf x\u2019se taqbad tg\u0127idlu u bejn li s\u0127abha bdew jg\u0127ajtulha biex t\u0127affef, kellha titlaq minn \u0127dejh. Bejnha u bejn ru\u0127ha bdiet tg\u0127id, \u201cKif jista\u2019 jkun li dak il-\u0121uvnott, \u017cdingat, mitluq fuq il-bankina, irnexxielu jg\u0127idli <em>God bless you<\/em>?\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>U fehmet li bil-mod tieg\u0127u g\u0127araf japprezza l-ftit flus li kien ir\u010bieva ming\u0127andha, u ta\u2019 dan il-ftit, li g\u0127alih seta\u2019 fisser \u0127afna, irringrazzjaha u berikha wkoll!<\/p>\n\n\n\n<p>Waqfet tirrifletti dwar kemm kienet qed ta\u0127li flusha f\u2019dak li mhux tassew b\u017connju\u017c. \u0126asbet kemm dak kollu li kienet se tkompli tixtri kien se jkun kollu \u017cejjed g\u0127aliha u li fil-verit\u00e0 ma kellhiex b\u017connu. Imma hekk kienet imdorrija tag\u0127mel f\u2019dawn il-\u0121ranet tal-Milied: xiri, rigali, ikliet ma\u2019 \u0127biebha, safar u divertiment. Fihom infushom xejn \u0127a\u017cin!<\/p>\n\n\n\n<p>Lil Marianne tant impressjonawha dawk il-kelmiet <em>God bless you <\/em>li lissen dak il-\u0121uvni li dde\u010bidiet li dakinhar, minflok tixtri \u0127wejje\u0121 g\u0127aliha, tixtri \u0121akketta u <em>sleeping bag <\/em>\u0127oxna g\u0127alih. U hekk g\u0127amlet. Xtrathom u re\u0121g\u0127et marret \u0127dejh tag\u0127tihomlu. Kellmitu ftit u staqsietu jekk xtaqx xi \u0127a\u0121a li setg\u0127et tixtrilu b\u0127ala rigal tal-Milied. Hu qalilha, \u201cB\u0127alissa g\u0127andi b\u017conn par ingwanti, xalla u beritta tas-suf. G\u0127andi b\u017conn ukoll persuni b\u0127alek li jistg\u0127u jg\u0127inuni b\u2019xi mod.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Fil-ftit jiem li g\u0127amlet Londra, Marianne rat realt\u00e0 li qatt ma kienet imma\u0121inat li te\u017cisti qabel. Baqg\u0127et ta\u0127seb \u0127afna dwar dak il-\u0121uvni u nies o\u0127rajn b\u0127alu li jg\u0127ixu barra fit-toroq waqt li hi tg\u0127ix komda \u0121o dar mal-familja tag\u0127ha fejn ma jonqosha xejn. Issa \u0127assitha involuta wisq u ma setg\u0127etx t\u0127alli kollox g\u0127addej. Idde\u010bidiet li fil-jiem li \u0121ejjin ting\u0127aqad ma\u2019 xi g\u0127aqda li tag\u0127ti kenn lil \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bla saqaf fuq rashom, b\u0127al dak il-\u0121uvni. B\u2019dan il-pass se tag\u0127ti l-isba\u0127 rigali: \u0127inha u lilha nnifisha biex taqdi lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n\n\n\n<p><span style=\"background-color:rgba(0, 0, 0, 0);color:#ffffff\" class=\"has-inline-color\">&#8211;<\/span><\/p>\n\n\n\n<p> Di\u010bembru 2016 <\/p>\n","protected":false},"featured_media":7686,"template":"","topic":[27,33,31],"resource-category":[428],"resource-type":[327],"language":[25],"activity-type":[],"related":[],"activity-set":[],"class_list":["post-228624","resource","type-resource","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","topic-advent-christmas","topic-justice","topic-offering-a-helping-hand-being-there-for-others","resource-category-hajti-prezzjuza","resource-type-story","language-malti"],"toolset-meta":{"field-group-for-resources":[],"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"minn Silvana Cardona"}},"resource-material":{"hide-material":{"type":"checkbox","raw":"1"}},"resource-details":{"resource-shortdescription":{"type":"wysiwyg","raw":""},"age-groups":{"type":"checkboxes","raw":{"wpcf-fields-checkboxes-option-996cf779532c2bd1cc348a2c439963da-1":["Middle Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-32f628303212f57d5bbc89ef8bc09789-1":["Secondary Years"]},"checked":["Middle Years","Secondary Years"],"formatted":"Middle Years, Secondary Years"},"link-to-other-resource":{"type":"url","raw":""},"link-description":{"type":"radio","raw":"3"},"date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"equipment":{"type":"textfield","raw":""},"scripture":{"type":"textfield","raw":""},"scripture-api-code":{"type":"textfield","raw":""},"link-liturgy":{"type":"textfield","raw":""}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228624","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/resource"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228624\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":228626,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228624\/revisions\/228626"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7686"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=228624"}],"wp:term":[{"taxonomy":"topic","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/topic?post=228624"},{"taxonomy":"resource-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-category?post=228624"},{"taxonomy":"resource-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-type?post=228624"},{"taxonomy":"language","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/language?post=228624"},{"taxonomy":"activity-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-type?post=228624"},{"taxonomy":"related","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/related?post=228624"},{"taxonomy":"activity-set","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-set?post=228624"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}