{"id":228574,"date":"2025-02-04T20:15:54","date_gmt":"2025-02-04T19:15:54","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=resource&#038;p=228574"},"modified":"2026-08-06T16:31:43","modified_gmt":"2026-08-06T14:31:43","slug":"qatt-sifirt","status":"publish","type":"resource","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/qatt-sifirt\/","title":{"rendered":"Qatt Sifirt?"},"content":{"rendered":"\n<p> <figure class=\"wp-block-audio\"><audio controls=\"\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/Qatt-Sifirt_-April-2016.mp3\"><\/audio><\/figure> <\/p>\n\n\n\n<p class=\"has-text-align-center\"><strong>Jekk iva, mela dawn smajthom \u017cgur fuq l-ajruplan!<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p>\u201cAqflu \u010b-\u010binturin tas-sigurt\u00e0, itfu l-mowbajls u apparat elettroniku ie\u0127or. Tipjip mhux permess fuq din it-titjira,\u201d qalet il-vu\u010bi \u0127elwa tal-<em>airhostess <\/em>ftit qabel ma l-ajruplan beda t-titjira tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Hija kompliet turina kif nilbsu l-maskra tan-nifs kif ukoll kif tintlibes il-<em>life jacket <\/em>u semmiet prekawzjonijiet o\u0127ra f\u2019ka\u017c ta\u2019 xi emer\u0121enza.<\/p>\n\n\n\n<p>Mark kienu se jibdew jaqbduh in-nervi g\u0127ax dawn l-istruzzjonijiet kollha, li bdew jidhru anki fuq il-monitors li kien hemm fil-passa\u0121\u0121 tal-ajruplan, bdew iqabbduh il-friefet fl-istonku \u2013 avolja dawn kienu me\u0127tie\u0121a biex il-passi\u0121\u0121ieri u l-ekwipa\u0121\u0121 jivvja\u0121\u0121aw b\u2019mod aktar sigur.<\/p>\n\n\n\n<p>Wara ftit li nqtajna mill-art u bdejna l-vja\u0121\u0121 tag\u0127na, Paolo, il-passi\u0121\u0121ier li kien bilqieg\u0127da \u0127dejn Mark, innota li kien xi ftit ansju\u017c u bi tbissima staqsieh jekk din kenitx l-ewwel titjira tieg\u0127u. Mark wie\u0121bu li g\u0127alkemm \u0121ieli siefer drabi o\u0127ra, din id-darba kien qed isiefer wa\u0127du g\u0127ax kien sejjer jistudja f\u2019universit\u00e0 \u0121dida. Paolo beda jitkellem mieg\u0127u, awguralu u g\u0127amillu l-kura\u0121\u0121 biex ma joqg\u0127odx jib\u017ca\u2019 fuq l-ajruplan, u qallu:<\/p>\n\n\n\n<p>\u201cKull darba li nsiefer u nisma\u2019 lill-<em>airhostess <\/em>tannunzja dawn l-istruzzjonijiet jien noqg\u0127od nirrifletti dwar dak li tkun qed tg\u0127id u nqabbilhom mal-\u0127ajja tieg\u0127i. Waqt li \u010b-\u010binturin tas-sigurt\u00e0 nilbsuh biex nipprote\u0121u lilna nfusna waqt xi turbolenza, g\u0127alija \u010b-\u010binturin tas-sigurt\u00e0 huwa Alla \u2013 dejjem hemm, dejjem marbut u mg\u0127annaq mieg\u0127i g\u0127ax bih imdawwar mieg\u0127i n\u0127ossni sigur, \u010bert li dejjem se nsib l-g\u0127ajnuna minnu.<\/p>\n\n\n\n<p>B\u0127ala passi\u0121\u0121ieri fuq dan l-ajruplan, a\u0127na kellna bilfors nintelqu u nafdaw \u0127ajjitna f\u2019idejn il-<strong>pilota<\/strong>, il-persuna li qatt ma rajna qabel g\u0127ajr g\u0127all-mument li sellmilna fil-bieb tal-ajruplan. Dan il-pilota ser je\u0127odna fil-pajji\u017c tal-g\u0127a\u017cla tag\u0127na u g\u0127alhekk nafu fejn sejrin. Issa jien fil-\u0127ajja tieg\u0127i nafha d-destinazzjoni tieg\u0127i. Naf fejn irrid immur. Wa\u0127di ma nasalx, imma b\u2019\u0120esu b\u0127ala l-pilota tieg\u0127i ser nasal \u017cgur.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Sadattant wasal il-\u0127in biex jitqassam l-ikel. Waqt li bdejna nieklu, Paolo kompla jg\u0127idlu:<\/p>\n\n\n\n<p>\u201cMeta f\u2019ka\u017c ta\u2019 emer\u0121enza jin\u017clu l-<strong>maskri tan-nifs <\/strong>quddiemek, qis li l-ewwel \u0127a\u0121a li tag\u0127mel hi li tilbes il-maskra int, imbag\u0127ad g\u0127in lil min ikun \u0127dejk jilbes il-maskra tieg\u0127u. Jekk ma tag\u0127milx hekk, fil-fixla taqta\u2019 nifsek int g\u0127ax ma tkunx il\u0127aqt ilbist il-maskra u hekk imutu wkoll dawk li jkunu mieg\u0127ek, u ma jsalva \u0127add.<\/p>\n\n\n\n<p>Hekk ukoll fil-\u0127ajja tieg\u0127i. Qieg\u0127ed nitg\u0127allem u nit\u0127arre\u0121 li n-nifs tieg\u0127i nimlieh bin-nifs ta\u2019 Alla. Meta nimtela bin-nifs ta\u2019 Alla, jien inkun nista\u2019 ng\u0127adddi \u2019l Alla lil \u0127addie\u0127or ukoll: lil s\u0127abi l-iskola, l-universit\u00e0, fil-familja, it-tfajla jew il-\u0121uvni, fuq ix-xog\u0127ol, u kull fejn inkun. Kullimkien nista\u2019 nsalva lil \u0127addie\u0127or \u2013 inkella naqtg\u0127u nifisna lkoll kemm a\u0127na!\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Mark deher jie\u0127u interess f\u2019dak li kien qed jisma\u2019 u b\u2019kur\u017cit\u00e0 kbira staqsieh: \u201cU l-mowbajl, l-apparat elettroniku u s-sigaretti fiex ifakkruk?\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>Paolo re\u0121a\u2019 tbissem u qallu:<\/p>\n\n\n\n<p>\u201cMeta jkolli <strong>nitfi l-mowbajl <\/strong>u t-<em>tablet <\/em>fuq l-ajruplan ninduna kemm \u0121ieli \u0127lejt sig\u0127at fuqhom. Min jaf kemm lg\u0127abt log\u0127ob wa\u0127di jew ma\u2019 s\u0127abi u spi\u010b\u010bajt tlift mill-istudju jew l-irqad! Kemm \u0127lejt \u017cmien ni\u010b\u010bassa lejn l-iskrin tal-<em>laptop <\/em>meta kelli aktar affarijiet importanti x\u2019nag\u0127mel! G\u0127alhekk meta nitfi l-mowbajl jew il-<em>laptop <\/em>g\u0127al \u010bertu \u0127in ninduna kemm hu importanti li ninqata\u2019 ftit mill-bumbardament tal-midja so\u010bjali u napprezza ftit il-kwiet. Sirt infittixhom mumenti b\u0127al dawn g\u0127ax fil-kwiet nifta\u0127 qalbi m\u2019Alla dwar dak li nkun g\u0127addej minnu u nisma\u2019 xi jrid jg\u0127idli.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta l-<em>airhostess <\/em>tg\u0127id li <strong>t-tipjip fuq l-ajruplan mhux permess<\/strong>, in\u0121ib quddiem g\u0127ajnejja l-\u0127sara kbira li d-d\u0127a\u0127en tas-sigaretti jag\u0127mlu lill-pulmun tieg\u0127i u ta\u2019 dawk li jkunu \u0127dejja. Niftakar ukoll f\u2019sie\u0127bi li \u0127alliena ftit ilu b\u2019marda min\u0127abba l-ammont kbir ta\u2019 sigaretti li kien ipejjep kuljum. G\u0127alhekk m\u2019g\u0127adnix inpejjep u minflok qed immur xi mixja fil-kampanja jew \u0127dejn il-ba\u0127ar u noqg\u0127od inxomm l-arja pura u nammira n-natura.\u201d Issa konna wasalna biex nin\u017clu fid-destinazzjoni tag\u0127na. Ftit qabel ma \u0127are\u0121 mill-ajruplan, Paolo sellem lil Mark u awguralu kull su\u010b\u010bess fl-istudji tieg\u0127u. L-a\u0127\u0127ar kliem ta\u2019 Paolo kienu: \u201cMark, tinsiex dak li g\u0127edtlek meta ter\u0121a\u2019 tivvja\u0121\u0121a fuq ajruplan!\u201d<\/p>\n\n\n\n<p><span style=\"background-color:rgba(0, 0, 0, 0);color:#ffffff\" class=\"has-inline-color\">&#8211;<\/span><\/p>\n\n\n\n<p>April 2016<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator has-alpha-channel-opacity\"\/>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\">Attivit\u00e0 ta&#8217; Talb<\/h3>\n\n\n\n<p>Wara l-animazzjoni tal-istorja riflettiva, tista&#8217; tie\u0127u ftit \u0127in biex tieqaf, tirrifletti, u titlob bil-g\u0127ajnuna ta&#8217; wa\u0127da mill-attivitajiet ta&#8217; talb minn hawn ta\u0127t: <\/p>\n\n\n\n\n\n\n<div id=\"wpv-view-layout-8611-CATTRed2adb09fe9b388484662248c544cce4TCPID228574\" class=\"js-wpv-view-layout js-wpv-layout-responsive js-wpv-view-layout-8611-CATTRed2adb09fe9b388484662248c544cce4TCPID228574\" data-viewnumber=\"8611-CATTRed2adb09fe9b388484662248c544cce4TCPID228574\" data-pagination=\"{&quot;id&quot;:8611,&quot;query&quot;:&quot;normal&quot;,&quot;type&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;effect&quot;:&quot;fade&quot;,&quot;duration&quot;:500,&quot;speed&quot;:5,&quot;pause_on_hover&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;stop_rollover&quot;:&quot;false&quot;,&quot;cache_pages&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_images&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_pages&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_reach&quot;:1,&quot;spinner&quot;:&quot;builtin&quot;,&quot;spinner_image&quot;:&quot;https:\/\/sds.mt\/wp-content\/plugins\/toolset-blocks\/embedded\/res\/img\/ajax-loader.gif&quot;,&quot;callback_next&quot;:&quot;&quot;,&quot;manage_history&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;has_controls_in_form&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;infinite_tolerance&quot;:&quot;0&quot;,&quot;max_pages&quot;:0,&quot;page&quot;:1,&quot;base_permalink&quot;:&quot;\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228574?wpv_view_count=8611-CATTRed2adb09fe9b388484662248c544cce4TCPID228574&amp;wpv_paged=WPV_PAGE_NUM&quot;,&quot;loop&quot;:{&quot;type&quot;:&quot;&quot;,&quot;name&quot;:&quot;&quot;,&quot;data&quot;:[],&quot;id&quot;:0}}\" data-permalink=\"\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228574?wpv_view_count=8611-CATTRed2adb09fe9b388484662248c544cce4TCPID228574\">\n\n\t\n\t\n\t<table width=\"100%\" class=\"pa-rl wpv-loop js-wpv-loop\" cellspacing=\"5\">\n\t\n\t\t\n\t\t<tr>\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/be-still\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"2560\" height=\"1440\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-144726\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125.jpg 2560w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-300x169.jpg 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-1024x576.jpg 1024w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-768x432.jpg 768w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-1536x864.jpg 1536w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-2048x1152.jpg 2048w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-800x450.jpg 800w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-1200x675.jpg 1200w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/01\/be-still-fp-scaled-e1614720505125-20x11.jpg 20w\" sizes=\"auto, (max-width: 2560px) 100vw, 2560px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/be-still\/\">Be Still<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p><span data-sheets-value=\"{&quot;1&quot;:2,&quot;2&quot;:&quot;This is a place to be still. To be at peace. There is no need to talk, no need to do anything.&quot;}\" data-sheets-userformat=\"{&quot;2&quot;:6657,&quot;3&quot;:{&quot;1&quot;:0},&quot;12&quot;:0,&quot;14&quot;:{&quot;1&quot;:2,&quot;2&quot;:0},&quot;15&quot;:&quot;Calibri, sans-serif&quot;}\">This is a place to be still. To be at peace. There is no need to talk, no need to do anything.<\/span><\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/pray-for-the-world\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"2560\" height=\"1707\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled.jpg\" alt=\"pray for the world-candles\" class=\"wp-image-140898\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled.jpg 2560w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-300x200.jpg 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-1024x683.jpg 1024w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-768x512.jpg 768w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-1536x1024.jpg 1536w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-2048x1366.jpg 2048w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-800x533.jpg 800w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2023\/02\/ST1_0960-1912023-113150-scaled-20x13.jpg 20w\" sizes=\"auto, (max-width: 2560px) 100vw, 2560px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/pray-for-the-world\/\">Pray for the World<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p>This prayer space encourages one to look at the world map and think of family and friends living away and pray for them and their countries.<\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"empty\"><\/td>\n\t\t<\/tr>\n\t\n\t<\/table>\n\t\n\t\n\t\n<\/div>\n\n","protected":false},"featured_media":7702,"template":"","topic":[26,376],"resource-category":[428],"resource-type":[327],"language":[25],"activity-type":[],"related":[],"activity-set":[],"class_list":["post-228574","resource","type-resource","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","topic-being-still-quiet","topic-pollution","resource-category-hajti-prezzjuza","resource-type-story","language-malti"],"toolset-meta":{"field-group-for-resources":[],"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"minn Silvana Cardona"}},"resource-material":{"hide-material":{"type":"checkbox","raw":"1"}},"resource-details":{"resource-shortdescription":{"type":"wysiwyg","raw":""},"age-groups":{"type":"checkboxes","raw":{"wpcf-fields-checkboxes-option-996cf779532c2bd1cc348a2c439963da-1":["Middle Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-32f628303212f57d5bbc89ef8bc09789-1":["Secondary Years"]},"checked":["Middle Years","Secondary Years"],"formatted":"Middle Years, Secondary Years"},"link-to-other-resource":{"type":"url","raw":""},"link-description":{"type":"radio","raw":"3"},"date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"equipment":{"type":"textfield","raw":""},"scripture":{"type":"textfield","raw":""},"scripture-api-code":{"type":"textfield","raw":""},"link-liturgy":{"type":"textfield","raw":""}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228574","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/resource"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228574\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":236468,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228574\/revisions\/236468"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7702"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=228574"}],"wp:term":[{"taxonomy":"topic","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/topic?post=228574"},{"taxonomy":"resource-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-category?post=228574"},{"taxonomy":"resource-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-type?post=228574"},{"taxonomy":"language","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/language?post=228574"},{"taxonomy":"activity-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-type?post=228574"},{"taxonomy":"related","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/related?post=228574"},{"taxonomy":"activity-set","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-set?post=228574"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}