{"id":228551,"date":"2025-02-04T19:45:00","date_gmt":"2025-02-04T18:45:00","guid":{"rendered":"https:\/\/sds.mt\/?post_type=resource&#038;p=228551"},"modified":"2026-08-06T16:23:06","modified_gmt":"2026-08-06T14:23:06","slug":"tithajjar-izzomm-journal","status":"publish","type":"resource","link":"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/tithajjar-izzomm-journal\/","title":{"rendered":"Tit\u0127ajjar I\u017c\u017comm Journal?"},"content":{"rendered":"\n<figure class=\"wp-block-audio\"><audio controls src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/Tithajjar-Izzomm-Journal_-Jannar-2016.mp3\"><\/audio><\/figure>\n\n\n\n<p>Ftit ilu fettilli mmur G\u0127ajn Tuffie\u0127a biex nammira x-xemx nie\u017cla fuq il-ba\u0127ar ka\u0127lani. Ne\u0127\u0127ejt il-karkur minn saqajja u bdejt miexi fuq ir-ramel. F\u2019nofs il-bajja waqaft, frixt ix-xugaman u po\u0121\u0121ejt fuqu. Bdejt in\u0127ares lejn is-sema u nitpaxxa bil-\u0121miel tal-kuluri \u0127er\u0121in mir-ra\u0121\u0121i tax-xemx, sakemm din ix-xena tant meravilju\u017ca sparixxiet minn quddiem g\u0127ajnejja meta ni\u017clet ix-xemx.<\/p>\n\n\n\n<p>Ftit metri \u2019l bog\u0127od minni resqet tfajla u po\u0121\u0121iet fuq ir-ramel hija wkoll. Mill-basket \u0127ar\u0121et ktieb \u017cg\u0127ir, spe\u010bi ta\u2019 <em>notebook<\/em>. Stajt ninnota li l-qoxra ta\u2019 dan il-ktejjeb kienet miksija g\u0127all-gosti tag\u0127ha, u hekk kif bdiet iddawwar il-pa\u0121ni bil-linji, qabdet daqsxejn ta\u2019 lapes u lma\u0127tha tikteb fuqu. Fettlilha tg\u0127olli rasha \u2019l fuq. U kien dak il-\u0127in li g\u0127ajnejha ltaqg\u0127u ma\u2019 tieg\u0127i, u bi tbissima staqsietni, \u201cTit\u0127ajjar i\u017c\u017comm <em>journal<\/em>?\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>\u0126asditni, u ma kontx naf kif se nwe\u0121ibha. Hi bdiet tispjegali kif dan il-ktejjeb kien g\u0127aliha \u201csantwarju\u201d fejn tista\u2019 t\u0127ossha komda, <em>safe<\/em>, kalma u sin\u010biera mag\u0127ha nnifisha. Fuqu kienet tikteb l-esperjenzi li kienu jispirawha, \u0127sibijietha, sbie\u0127 kif ukoll koroh. Tni\u017c\u017cel id-diffikultajiet, il-we\u0121g\u0127at u l-ansjetajiet li tiltaqa\u2019 mag\u0127hom fil-\u0127ajja tag\u0127ha.<\/p>\n\n\n\n<p>&nbsp;\u201cDan mhux djarju,\u201d kompliet tg\u0127idli. \u201cDan il-ktejjeb huwa mezz tajjeb biex ikollok su\u010b\u010bess fil-\u0127ajja tieg\u0127ek, t\u0127ossok kuntent u ssib il-pa\u010bi f\u2019qalbek.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>L-ewwel \u0127a\u0121a li g\u0127amilt l-g\u0127ada filg\u0127odu kienet li mort g\u0127and l-<em>istationery <\/em>ta\u2019 \u0127dejna u xtrajt l-ewwel <em>journal <\/em>tieg\u0127i. G\u0127all-ewwel sibtha diffi\u010bli nikteb g\u0127ax mo\u0127\u0127i kien ibbumbardjat b\u2019\u0127afna \u0127sibijiet li \u0127assejthom itaqqluli mo\u0127\u0127i. Imma ppruvajt, u kienu proprju dawn il-\u0127sibijiet li ktibt fuq l-ewwel pa\u0121ni tal-<em>Prayer Journal <\/em>tieg\u0127i:<\/p>\n\n\n\n<p>\u201cMulej, in\u0127ossni mtaqqal. Ma nafx kif se nidde\u010biedi dwar diversi g\u0127a\u017cliet f\u2019\u0127ajti. Qed in\u0127ossni wa\u0127di u ma nista\u2019 nifta\u0127 qalbi ma\u2019 \u0127add.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p>U filli idi \u0121\u0121ammjata, u f\u2019daqqa wa\u0127da sibt lili nnifsi ma nistax nieqaf nikteb! Bil-mod il-mod, qalbi bdiet issib il-mistrie\u0127 hekk kif bdejt inferra\u2019 \u0127sibijieti fuq il-karta.<\/p>\n\n\n\n<p>G\u0127addew tliet snin, u s\u2019issa g\u0127andi \u017cew\u0121 <em>prayer journals<\/em>. Matul dawn il-kitbiet in\u0127oss li Alla jkun pre\u017centi \u0127dejja u mieg\u0127i. Dak li ma nkunx kapa\u010bi nitlob bil-fomm, g\u0127ax kont na\u0127seb li t-talb huwa tan-nanniet, sibt li t-talb tieg\u0127i qed nag\u0127mlu permezz tal-kitba fuq il-<em>journal<\/em>. Permezz tal-kitba, in\u0127ossni nikkomunika ma\u2019 Alla.<\/p>\n\n\n\n<p>B\u0127al \u017cew\u0121t i\u0127bieb li jift\u0127u qalbhom dwar kollox, jien sibt \u0127abib ta\u2019 vera f\u2019dan il-<em>prayer journal<\/em>.<\/p>\n\n\n\n<p>Kollox sirt nikteb fuqu. Meta nkun imdejjaq nifta\u0127 pa\u0121na u nikteb id-dwejjaq. Meta nkun irrabjat g\u0127al xi \u0127add, jew anke g\u0127alija nnifsi, nikteb dak li nkun qed in\u0127oss. In\u0127ossni nistrie\u0127 wara g\u0127ax inkun \u0127ri\u0121t ir-rabja minn \u0121o fija.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan il-<em>prayer journal <\/em>qed jag\u0127tini l-opportunit\u00e0 li nieqaf ftit mir-rutina tal-\u0127ajja u nsib spazju fejn jien nikteb anke mistoqsijiet tqal li n\u0127oss \u0121o fija. Mistoqsijiet kbar li ma nsibx il-kura\u0121\u0121 nistaqsihom lil \u0127add.<\/p>\n\n\n\n<p>Aktar ma jg\u0127addi \u017c-\u017cmien qed ninduna kemm sirt kapa\u010bi nesprimi aktar lili nnifsi dwar dak li nkun g\u0127addej minnu. Sirt nikteb il-we\u0121g\u0127at tal-passat, ir-rabja li g\u0127andi g\u0127al xi \u010birkustan\u017ca partikolari, l-inkwiet tieg\u0127i li jinqala\u2019 ta\u2019 kuljum, il-mard, u anke l-bi\u017cg\u0127at dwar dak li g\u0127ad isir minni fil-futur. Mhux biss, imma sirt nikteb il-\u0127olm tieg\u0127i u dak li nixtieq li jse\u0127\u0127 aktar \u2019il quddiem matul \u0127ajti.<\/p>\n\n\n\n<p>Tg\u0127allimt napprezza aktar il-kobor tal-\u0127ajja u tan-nies li nkun imdawwar bihom. Ta\u2019 dan nikteb talba ta\u2019 ringrazzjament lil Alla. Meta nkun fuq l-internet, spe\u010bjalment Facebook, u niltaqa\u2019 ma\u2019 xi kwotazzjoni sabi\u0127a u po\u017cittiva, niktibha wkoll. Nikteb ukoll xi vers sabi\u0127 mill-Iskrittura Mqaddsa. U meta xi \u0127add jg\u0127idli xi kelma ta\u2019 \u0121id immur niktibha malajr biex nibqa\u2019 niftakarha.<\/p>\n\n\n\n<p>Sirt in\u017cejjen il-kitbiet tieg\u0127i b\u2019xi tpin\u0121ija g\u0127ax l-arti hija wie\u0127ed mit-talenti tieg\u0127i. \u0120ieli nwa\u0127\u0127al xi stampa u nikteb dak li jkun laqatni dwarha. Xi drabi nwa\u0127\u0127al xi <em>card <\/em>jew <em>bookmark <\/em>biex inkompli nsebba\u0127 il-kitbiet tieg\u0127i.<\/p>\n\n\n\n<p>Meta ji\u0121u mumenti xotti u ma nkunx naf x\u2019se nikteb, nie\u0127u gost inqalleb fil-pa\u0121ni u noqg\u0127od naqra dak li nkun ktibt fil-kitbiet ta\u2019 qabel. Nara lili nnifsi nikber u nimmatura kemm f\u2019dak li nkun g\u0127addejt minnu kif ukoll fl-g\u0127aqda s\u0127i\u0127a mal-Mulej.<\/p>\n\n\n\n<p>Illum di\u0121\u00e0 naf x\u2019se nikteb! Se nikteb li s-sodisfazzjon li nsib fil-kitba, l-hena u l-pa\u010bi li niltaqa\u2019 mag\u0127hom permezz tal-<em>prayer journal <\/em>illum qsamtu mag\u0127kom!<\/p>\n\n\n\n<p><em>Grazzi tal-\u0127in li \u0127adtu biex taqraw din il-kitba. Jekk tit\u0127ajru tibdew i\u017c\u017commu Prayer Journal, tistg\u0127u tie\u0127du \u0127afna ideat minn fuq Youtube billi tiktbu Prayer Journals.<\/em><\/p>\n\n\n\n<p><span style=\"background-color:rgba(0, 0, 0, 0);color:#ffffff\" class=\"has-inline-color\">&#8211;<\/span><\/p>\n\n\n\n<p>Jannar 2016<\/p>\n\n\n\n<hr class=\"wp-block-separator has-alpha-channel-opacity\"\/>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\">Attivit\u00e0 ta&#8217; Talb<\/h3>\n\n\n\n<p>Wara l-animazzjoni tal-istorja riflettiva, tista&#8217; tie\u0127u ftit \u0127in biex tieqaf, tirrifletti, u titlob bil-g\u0127ajnuna ta&#8217; wa\u0127da mill-attivitajiet ta&#8217; talb minn hawn ta\u0127t: <\/p>\n\n\n\n\n\n\n<div id=\"wpv-view-layout-8611-CATTR55d81b4c0df4089be4608d25369cfb36TCPID228551\" class=\"js-wpv-view-layout js-wpv-layout-responsive js-wpv-view-layout-8611-CATTR55d81b4c0df4089be4608d25369cfb36TCPID228551\" data-viewnumber=\"8611-CATTR55d81b4c0df4089be4608d25369cfb36TCPID228551\" data-pagination=\"{&quot;id&quot;:8611,&quot;query&quot;:&quot;normal&quot;,&quot;type&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;effect&quot;:&quot;fade&quot;,&quot;duration&quot;:500,&quot;speed&quot;:5,&quot;pause_on_hover&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;stop_rollover&quot;:&quot;false&quot;,&quot;cache_pages&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_images&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_pages&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;preload_reach&quot;:1,&quot;spinner&quot;:&quot;builtin&quot;,&quot;spinner_image&quot;:&quot;https:\/\/sds.mt\/wp-content\/plugins\/toolset-blocks\/embedded\/res\/img\/ajax-loader.gif&quot;,&quot;callback_next&quot;:&quot;&quot;,&quot;manage_history&quot;:&quot;enabled&quot;,&quot;has_controls_in_form&quot;:&quot;disabled&quot;,&quot;infinite_tolerance&quot;:&quot;0&quot;,&quot;max_pages&quot;:0,&quot;page&quot;:1,&quot;base_permalink&quot;:&quot;\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228551?wpv_view_count=8611-CATTR55d81b4c0df4089be4608d25369cfb36TCPID228551&amp;wpv_paged=WPV_PAGE_NUM&quot;,&quot;loop&quot;:{&quot;type&quot;:&quot;&quot;,&quot;name&quot;:&quot;&quot;,&quot;data&quot;:[],&quot;id&quot;:0}}\" data-permalink=\"\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228551?wpv_view_count=8611-CATTR55d81b4c0df4089be4608d25369cfb36TCPID228551\">\n\n\t\n\t\n\t<table width=\"100%\" class=\"pa-rl wpv-loop js-wpv-loop\" cellspacing=\"5\">\n\t\n\t\t\n\t\t<tr>\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/appreciating-nature\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"600\" height=\"400\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/caterpillar.png\" alt=\"\" class=\"wp-image-144569\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/caterpillar.png 600w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/caterpillar-300x200.png 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2020\/11\/caterpillar-20x13.png 20w\" sizes=\"auto, (max-width: 600px) 100vw, 600px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/appreciating-nature\/\">Appreciating Nature<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p><span data-sheets-value=\"{&quot;1&quot;:2,&quot;2&quot;:&quot;This time offer one the chance to show gratitude for what nature has to offer. &quot;}\" data-sheets-userformat=\"{&quot;2&quot;:769,&quot;3&quot;:{&quot;1&quot;:0},&quot;11&quot;:4,&quot;12&quot;:0}\">During this prayer space, one shows gratitude to God for what nature offers. <\/span><\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/big-questions\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"2560\" height=\"1707\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-scaled.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-233043\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-scaled.jpg 2560w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-300x200.jpg 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-1024x683.jpg 1024w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-768x512.jpg 768w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-1536x1024.jpg 1536w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-2048x1365.jpg 2048w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-640x427.jpg 640w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-800x533.jpg 800w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/02\/interschool_ZAK-23-1200x800.jpg 1200w\" sizes=\"auto, (max-width: 2560px) 100vw, 2560px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/big-questions\/\">Big Questions<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p>During this prayer activity, one is given the space to ask his honest questions to God.<\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/worry-boats\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"960\" height=\"576\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-11060\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats.jpg 960w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats-300x180.jpg 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats-768x461.jpg 768w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats-800x480.jpg 800w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/worries-paper-boats-20x12.jpg 20w\" sizes=\"auto, (max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/worry-boats\/\">Worry Boats<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p>This prayer activity helps one to understand God&#8217;s love in our life turbulences.<\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t<\/tr>\n\t\t\n\t\t\n\t\t<tr>\n\t\t\t<td class=\"smaller\">\n\t\t\t\t\n<figure class=\"wp-block-image tb-image tb-image-dynamic\" data-toolset-blocks-image=\"4237204bb0f2388c8cd0daeb4e0ed893\"><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/weightlifting-worry\/\"><img loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" loading=\"lazy\" decoding=\"async\" width=\"2560\" height=\"1707\" loading=\"lazy\" src=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled.jpg\" alt=\"\" class=\"wp-image-5024\" srcset=\"https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled.jpg 2560w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-300x200.jpg 300w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-1024x683.jpg 1024w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-768x512.jpg 768w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-1536x1024.jpg 1536w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-2048x1366.jpg 2048w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-800x533.jpg 800w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/sds.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/IMG_4603-scaled-20x13.jpg 20w\" sizes=\"auto, (max-width: 2560px) 100vw, 2560px\" \/><\/a><\/figure>\n\n\n\n<h3 class=\"wp-block-heading\"><strong><a href=\"https:\/\/sds.mt\/mt\/resource\/weightlifting-worry\/\">Weightlifting Worry<\/a><\/strong><\/h3>\n\n\n<p>This prayer space helps one to think of his worries and to ask God for strength and guidance.<\/p>\n\n\t\t\t<\/td>\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"empty\"><\/td>\n\t\t\n\t\t\t<td class=\"empty\"><\/td>\n\t\t<\/tr>\n\t\n\t<\/table>\n\t\n\t\n\t\n<\/div>\n\n\n\n\n<p><\/p>\n","protected":false},"featured_media":7706,"template":"","topic":[5],"resource-category":[428],"resource-type":[327],"language":[25],"activity-type":[],"related":[],"activity-set":[],"class_list":["post-228551","resource","type-resource","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","topic-identity-self-esteem","resource-category-hajti-prezzjuza","resource-type-story","language-malti"],"toolset-meta":{"field-group-for-resources":[],"custom-fields":{"subtitle":{"type":"textfield","raw":"minn Silvana Cardona"}},"resource-material":{"hide-material":{"type":"checkbox","raw":"1"}},"resource-details":{"resource-shortdescription":{"type":"wysiwyg","raw":""},"age-groups":{"type":"checkboxes","raw":{"wpcf-fields-checkboxes-option-996cf779532c2bd1cc348a2c439963da-1":["Middle Years"],"wpcf-fields-checkboxes-option-32f628303212f57d5bbc89ef8bc09789-1":["Secondary Years"]},"checked":["Middle Years","Secondary Years"],"formatted":"Middle Years, Secondary Years"},"link-to-other-resource":{"type":"url","raw":""},"link-description":{"type":"radio","raw":"3"},"date":{"type":"date","raw":"","formatted":null},"equipment":{"type":"textfield","raw":""},"scripture":{"type":"textfield","raw":""},"scripture-api-code":{"type":"textfield","raw":""},"link-liturgy":{"type":"textfield","raw":""}}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228551","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource"}],"about":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/resource"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228551\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":236466,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource\/228551\/revisions\/236466"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7706"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=228551"}],"wp:term":[{"taxonomy":"topic","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/topic?post=228551"},{"taxonomy":"resource-category","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-category?post=228551"},{"taxonomy":"resource-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/resource-type?post=228551"},{"taxonomy":"language","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/language?post=228551"},{"taxonomy":"activity-type","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-type?post=228551"},{"taxonomy":"related","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/related?post=228551"},{"taxonomy":"activity-set","embeddable":true,"href":"https:\/\/sds.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/activity-set?post=228551"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}